Obama fis-seba’ sema

Jekk il-poplu Amerikan izomm it-tendenza statistika li stabbilixxa sa mill-1960 lil hawn, anqas minn 50% tal-votanti registrati se jmorru jivvutaw nhar it-Tlieta biex jaghzlu l-president taghhom ghall-erba’ snin li gejjin. (Il-medja fuq 40 sena hi ta’ 48%.) Din id-darba, minkejja li t-tellieqa bejn iz-zewg partiti l-kbar kienet xi ftit jew wisq ras imb’ras, Barack Obama mistenni johrog rebbieh ghat-tieni darba. Hi rebha li se ttellghu fis-seba’ sema.

Kampanja difficli

Ghalina, li nharsu lejn l-Amerika ‘minn barra’, ghandna l-hila nistaghgbu ghala, f’din il-kampanja elettorali, Obama kellu jeghreq l-gharaq tad-demm u jissielet bi snienu ghal kull pulzier li kiseb. L-oppozizzjoni ghalih min-naha tal-Partit Repubblikan u ta’ partiti ohrajn kienet formidabbli. Nistaghgbu ghax ma jidhirx ghal kollox car x’inhu, wara kollox, dak li jrid l-elettorat Amerikan.

L-ewwel u qabel kollox irid li pajjizu jibqa’ fil-quccata ekonomika u politika tad-dinja. Dan huwa cert. Fi kliem iehor, irid prosperità domestika akkost ta’ kollox. Ma jinpurtax kemm pajjizu jghaffeg gnus, kemm ideffes imniehru fi hwejjeg interni ta’ haddiehor u x’mezzi juza biex jimmanipula gvernijiet ohrajn. L-aqwa li l-Amerika tibqa’ tahkem u tistaghna. F’din il-haga, Obama kellu zvantagg fuq Mitt Romney (il-kandidat Repubblikan), ghax dan hu ehrex u aktar intransigenti mill-iehor.

Izda min-naha l-ohra, minkejja din ir-rieda komuni, il-prosperità domestika ma tidhirx li jirnexxielha tmiss l-istess lil kulhadd. Minn hawn tidher li tigi l-akbar differenza bejn il-pozizzjonijiet tad-Demokratici u tar-Repubblikani. It-tnejn huma favur il-kapitalizmu, izda filwaqt li xi ftit jew wisq tal-ewwel aktarx jahseb fil-haddiema tal-produzzjoni aktar milli fis-sidien tal-mezzi tal-produzzjoni, tat-tieni aktarx jahseb aktar fis-sidien milli fil-haddiema.

Rekord tajjeb

Din tista’ ma taghmilx differenza kbira ghall-bicca l-kbira tal-50 miljun fqar tal-Amerika (xi 17% tal-popolazzjoni kollha), ghax hekk jew b’hekk, kemm taht wiehed u kemm taht l-iehor, xorta se jibqghu fqar. Izda tista’ taghmel differenza sustanzjali ghall-klassi tan-nofs (xi 70% tal-popolazzjoni), li jistghu jispiccaw ihallsu anqas jew aktar taxxi diretti, interessi fuq self u l-bqija skont ikunx hemm Obama jew Romney fil-gvern rispettivament.

Ghalkemm fl-erba’ snin li ghaddew Obama jidher li pprova jagevola ’l din il-klassi tal-popolazzjoni, ma jidhirx li l-impressjoni li halla fuqha kienet xi haga ta’ barra minn hawn. Id-diffikultajiet li sab ma’ wiccu la kienu ftit u lanqas zghar. Izda kollox ma’ kollox, jidher li fl-ahhar mill-ahhar irnexxielu jikkonvinci l-bicca l-kbira tal-votanti tan-nofs (ghall-anqas aktar minn Romney) li hu jista’ jkun president ahjar ghal buthom.

Skont ‘DW-Nominate’ (sistema ta’ kejl politiku-xjentifiku), fl-ahhar erba’ snin Obama wera li kien decizament liberali fl-ideologija u l-politika tieghu. Meta mqabbel ma’ presidenti demokratici ohra, fatturi differenti juru li Obama kien kemxejn aktar liberal minn Johnson, Roosevelt u Truman, izda kemxejn aktar konservattiv minn Carter, Clinton u Kennedy.

Jikteb storja hajja

Dan hu rekord tajjeb li kapaci jigi mtejjeb fl-erba’ snin li gejjin, issa li Obama se jkollu perjodu iehor ta’ presidenza. Ovvjament, mhux kulma ghamel jew iddecieda Obama fl-erba’ snin li ghaddew seta’ sab l-approvazzjoni ta’ kulhadd, specjalment fil-kamp liberali madwar id-dinja. Izda b’mod generali, l-andament jidher li kien fil-bicca l-kbira tieghu pozittiv.

Waqt il-kampanja elettorali Amerika li ghaddiet, wiehed kummentatur politiku stqarr li l-Amerikani jiddeciedu lil min ghandhom jivvutaw fuq il-bazi ta’ tliet mistoqsijiet: ‘Do I know you?’ (Nafek?), ‘Do I trust you?’ (Nafdak?) u ‘Do I like you?’ (Toghgobni?). Jista’ jkun li hu f’kull elezzjoni li l-elettorat jiddeciedi b’dawn it-tliet mistoqsijiet f’rasu. Izda fl-Amerika jidher li s-simpatija tahdem wisq; u Obama din is-simpatija ghandu.

Issa jrid isarrafha f’aktar hidma. X’jista’ wiehed jistenna minnu? Forsi anqas kompromessi. Aktar minn hekk, forsi wkoll aktar radikalità liberali f’certi oqsma (bhad-drittijiet tas-sessi; l-immigranti illegali; is-sahha; it-tnaqqis tat-taxxi diretti). Obama digà kiteb b’mod haj l-istorja bl-elezzjoni tieghu u bl-ewwel erba’ snin tal-presidenza tieghu. Aktarx issa jista’ jkompli jiktibha b’energija mgedda fl-erba’ snin li gejjin.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?