Elezzjoni bla gvern
Jekk xejn, is-sena li se tagħlaq pitgħada tibqa’ mfakkra għar-rebħa kbira elettorali li saret f’Marzu mill-Partit Laburista. Iżda sa issa għadni nisma’ lil min jgħid: 'Il-Labour rebħu l-elezzjoni iżda ma ħadux il-gvern’. Hija espressjoni kurjuża. Is-suspett tiegħi huwa li min jgħidha aktarx qed jirreferi għal diversi dipartimenti u mkejjen tal-gvern fejn il-moviment tal-bidla baqa’ jew għadu ma wasalx.
Dak li nbeda
Ma nixtieqx insemmi fejn jaħdmu dawk li wżaw miegħi din l-espressjoni għax il-pożizzjoni tagħhom tista’ ssir aktar vulnerabbli milli hi. Iżda nassigurak li smajtha minn ħaddiema tal-gvern li jaħdmu f’oqsma differenti taċ-ċivil. Ilkoll aktarx huma nies li ttamaw li l-amministrazzjoni l-ġdida kienet se tagħmel bidliet ta’ malajr. Iżda issa, li diġà għaddew disa’ xhur, ma jidhirx li jinsabu eqreb lejn it-tama mitmuma tagħhom.
Wieħed jifhem li, mar-rebħa elettorali, il-gvern il-ġdid daħal għal xogħol iebes u kumpless. Wieħed jista’ anki jinnota faċilment li f’diversi oqsma tal-amministrazzjoni tal-pajjiż sar ħafna xogħol. Iżda jista’ jkun hemm imkejjen f’ċerti dipartimenti fejn ir-reżistenza tal-gwardja ta’ qabel kienet eħrex minn ta’ mkejjen oħra. Dawn setgħu rażżnu jew ċaħdu l-moviment tal-bidla milli jaħdem kemm u kif kien meħtieġ.
Naturalment, disgħa xhur minn ħames snin ta’ mandat mhumiex wisq. Dak li diġà nbeda se jkompli u nobsru li jiżdied ukoll. Iżda għandu jsir sforz sabiex il-firxa tal-ħidma tolqot kull rokna tal-amministrazzjoni ċivili, ukoll dawk fejn għandek nies fit-tmexxija li qed jagħmlu minn kollox biex il-ħakma li gawdew għal ħafna snin ma titnaqqasx u ma tixxejjinx.
Stennija ta’ bidliet
Aktarx li l-monitorjar li l-gvern qed iħaddem ma ddumx ma tiskopri fejn u kif ir-reżistenza għat-tiġdid, it-titjib u l-bidla qed tħalli l-frott. Din l-iskoperta għandha ġġib azzjonijiet korrispondenti ta’ ħidma li ssolvi l-problemi li ilhom jeżistu u li għadhom pjaga għall-benefikarji daqskemm għall-ħaddiema.
Min juża’ l-espressjoni li semmejt hawn fuq, u jgħidha b’diqa, ma naħsibx li għandu għalfejn jaqta’ qalbu wisq malajr. Tabilħaqq, meta wieħed jinsab ġol-borma, jum wieħed jarah bħala elf sena. Jista’ jkun, ukoll, li ilu jistenna ħafna sabiex jara l-bidliet ta’ ġid li dejjem xtaq jara. Iżda x-xogħol meħtieġ hu kbir kullimkien u wieħed għandu jkollu s-sabar li jistenna sa ma l-bidliet iseħħu kullimkien.
Sadattant, ma naħsibx li nies taċ-ċivil li ma rawx iseħħu biżżejjed bidliet meħtieġa għandhom joqogħdu lura milli jwasslu l-fehmiet tagħhom b’mod kunfidenzjali lil min jista’ jagħmel differenza. Naturalment, dan għandu jsir bi prudenza kbira u javviċina biss nies li jaf mija fil-mija li mhumiex se jittraduh. Għax nafuh biżżejjed li xi wħud jiġuk b’wiċċ ta’ ħabib filwaqt li qalbhom tkun imdawra bil-kontra.
Kuraġġ u fiduċja
Il-gvern Laburista għandu mandat kbir u m’għandux joqgħod b’denbu taħt il-blat biex iwassal il-pjan tiegħu ta’ bidla għat-twettiq f’kull parti tal-amministrazzjoni ċivili. Il-prinċipju li ċ-ċittadin jiġi qabel kollox, prinċipju li l-Partit Laburista rebaħ bih l-elezzjoni ġenerali, għandu jibqa’ wieħed ta’ ispirazzjoni u qlubija minkejja d-diffikultajiet kollha, anki l-aktar iebsa, li qed jiltaqa’ magħhom.
Nies li jilmentaw li l-gvern il-ġdid għadu mhuwiex qiegħed jinħass f’xi oqsma (anki sensittivi) taċ-ċivil huma ħbieb u kollaboraturi li jixtiequ jaraw dan il-prinċipju jitħaddem anki fil-post tax-xogħol tagħhom. Bħala esperti fil-qasam tagħhom, ukoll jekk bla kwalifikazzjonijiet akkademiċi, għandhom jingħataw widen.
Jien ninsab fiduċjuż li l-ħidma kbira li bdiet ser tissokta u fis-sena li ġejja għandha mnejn tinħass ukoll fejn s’issa ma nħassitx. Għal dan jeħtieġ il-kuraġġ daqskemm is-sensittività. Jeħtieġ fuq kollox il-fiduċja fina nfusna u t-twemmin li, flimkien u fi sħubija ma’ kulmin għandu rieda tajba, dak li ġie mfassal u maħsub fl-aħħar iseħħ.

Bdiet bit-tajjeb is-sena l-gdid - 90c aktar fuq il-prezz tal-gass u din tabja sa Marzu. Min jaf kemm ser joghla aktar f'Marzu?
ReplyDelete