Ir-riżenja tal-Arċisqof
Dwar ir-riżenja tal-Arċisqof Pawlu Cremona ġimgħa ilu sar ħafna paroli fil-vojt. Kien hemm min ried jgħid xi ħaġa flok ma jgħid xejn. Kien hemm min ried jagħti impressjonijiet ħżiena. U kien hemm min parla mingħajr ma stħarreġ sewwa l-affarijiet. Jien qed nikteb hawnhekk sempliċiment għar-rekord. Biex, għall-anqas, min ’il quddiem jiġi biex jirriċerka l-istorja jkun jaf iqis xi ftit aħjar dak li ġie mxandar fil-gazzetti.
Il-paroli li sar
Dawk li qalu xi ħaġa flok ma qalu xejn għoġobhom jaraw fir-riżenja tal-Arċisqof storja ta’ manuvrar u kompliċitajiet ta’ natura primarjament politika. Dawn aktar tkellmu dwar dak li xtaqu li qiegħed iseħħ milli dwar dak li fil-fatt kien qed jiġri. Ma kellhomx is-sens jagħmlu s-sempliċi distinzjoni li teżisti bejn il-kwalitajiet personali li jkollu persuna u l-ħidma amminstrattiva li kapaċi jwettaq.
Dawk li riedu jagħtu impressjonijiet ħżiena ċarlaw dwar it-tempesta f’kikkra li nħolqot minn ċerti qassisin f’Awwissu li għadda bħallikieku kienu dawn li wasslu għar-riżenja. Ma setgħux ikunu aktar żbaljati. Sempliċi kontroll mal-fatti u l-kronoloġija tagħhom kienet turihom mill-ewwel li dan ma kienx il-każ. Imma xi wħud, lanqas fl-isfortuna ta’ ħaddieħor ma jirreżistu li jagħmluha ta’ primadonna.
Dawk, imbagħad, li parlaw mingħajr ma stħarrġu sew l-affarijiet kienu jafu biċċiet imkittfa tal-istampa u, minn hawn, ħaffew biex jagħmlu konklużjonijiet mgħaġġlin u, fil-biċċa l-kbira, żbaljati. Ħafna rapporti ta’ dawn in-nies kienu sempliċistiċi u superfiċjali sal-punt tar-redikolu. Lanqas biss ġiehom f’rashom il-prinċipju bażiku li ebda avveniment relevanti ma qatt ikollu kawża waħda, imma dejjem bosta kawżi li jaħdmu flimkien sabiex iwasslu għal riżultat komuni.
Viżjoni iffukata
Jiddispjaċini ngħidlek li hawnhekk jien m’iniex se nistħarreġ dawn il-kawżi. Lanqas biss se nsemmihom. Ngħid biss li xi wħud ġew iġġenerati min-natural ta’ Mons. Cremona nnifsu, xi wħud mill-deċiżjonijiet amminsitrattivi li ħa, xi wħud mid-dinamika fi ħdan il-kleru lokali, u xi wħud mill-proċess storiku li l-Knisja f’Malta qabdet f’dawn l-aħħar sittin sena. Bħalma wieħed għandu jistenna, l-istorja hi aktar ikkumplikata milli tidher (anki jekk mhijiex xi waħda ta’ barra minn hawn).
Forsi lanqas ma hi xi waħda li kien jistħoqqilha l-attenzjoni li ngħatat. Ħafna għandhom jagħmlu nuqqas ta’ servizz lejn in-nazzjon Repubblikan Malti u saħansitra lejn il-Knisja nnifisha billi jittrattaw mal-Knisja bħallikieku kienet xi pedina kruċjali jew vitali fil-qafas tas-soċjetà Maltija. Għat-tajjeb jew għall-ħażin, u għal ħafna raġunijiet, dan m’għadux il-każ illum. U aktar ma l-paċpaċa jintebħu b’dan malajr, aktar jagħmlu pjaċir lil kulħadd.
Dan il-pjaċir jagħmluh billi jgħinu lill-istituzzjonijiet, inkluż il-Knisja, jiffukaw fuq il-ħtieġa assoluta li f’pajjiżna l-individwu jingħata l-primat li jistħoqqlu fuq kull ħaġa oħra. Ir-Repubblikaniżmu tagħna għadu infantili u sotto-żviluppat. U hekk se jibqa’ sakemm l-istituzzjonijiet kollha ma jitqegħdux għas-servizz tal-individwu u tiegħu biss. Sakemm jibqgħu jaqdu lilhom infushom, Repubblikaniżmu matur f’dan il-pajjiż ma jistax ikollna.
L-aħħar kelma
Qalbi toħroġ lejn Mons. Cremona. Kienet kif kienet in-natura tal-amministrazzjoni qasira tiegħu bħala Arċisqof, ir-rispett lejh personalment ma tonqosx (bħalma ma tonqos lejn ħadd, wara kollox). Apparti amministrazzjoni djoċesana, tul dawn is-seba’ snin u nofs li għaddew il-preokkupazzjoni ta’ min ilu jafu mill-qrib, inkluż tiegħi, kienet dejjem dwar saħħtu. Kienet għalina ta’ wġieħ il-qalb li narawha, sfortunatament, tiddeterjora bil-mod il-mod.
Hija x-xewqa ta’ kulħadd, nittama, li Mons. Cremona jerġa’ jikseb saħħtu mill-ġdid. Minn hawnhekk nixtieq nawguralu minn qalbi li ma jħallix dan l-episodju jitfgħu aktar lura, iżda li, bil-grazzja t’Alla, jissuperah u jimxi ’l quddiem.

Comments
Post a Comment