L-anniversarji tas-sena

L-anniversarji sirna nħobbuhom ilkoll kemm aħna. Jum twelidna kull sena sar wieħed li niċċelebrawh b’ħafna tifkiriet u festeġġjamenti. Dan ma kienx minn dejjem. Sa ftit għexieren ta’ snin ilu ħadd ma kien joqgħod jiċċelebra xejn, anqas u anqas il-jum tat-twelid. Iżda llum xort’oħra.

Għal min jiddeletta bit-tifkiriet, hawn għandek lista sħiħa ta’ anniversarji li se jiġu mfakkra din is-sena tal-2017. Mhux kollha għandhom l-istess importanza. Għall-insara Kattoliċi u Protestanti, u għandu mnejn mhux għalihom biss, l-ewwel fil-lista t’hawn taħt aktarx hu wieħed mill-aktar ewlenin. Għall-dawk delettanti tal-istorja ta’ Malta, l-anniversarji tal-George Cross, il-ftehim ta’ Mintoff u Carrington, u l-qtil brutali ta’ Karen Grech jistgħu jiġbduhom aktar. Għall-mużiċisti, dak ta’ Elvis se jkunilhom ewlieni. Għal oħrajn, għandu mnejn ta’ Marilyn Monroe ukoll. Xi wħud jistgħu ma jħallux l-anniversaru tar-revoluzzjoni Russa tgħaddi mingħajr grogg.

Insomma, hawnhekk jidher li hawn xi ħaġa għal kulħadd. Ma’ dawn l-anniversarji tul l-2017 għandek iżżid tiegħek personali, għax int parti mill-istorja wkoll. Fuq kollox, l-imgħoddi għandna niftakruh biex jgħallimna ngħożżu dak li għandna llum u jqawwilna qalbna għall-ġejjieni.

Hawn huma xi wħud mill-aktar anniversarji ewlenin tas-sena 2017:

• 500 sena mit-teżijiet ta’ Luteru f’Vittenburgu (Ottubru)
• 150 sena mill-ewwel titjira tal-aħwa Wright (April)
• 100 sena mill-abdikazzjoni tat-Tżar Nikola II (Marzu)
• 100 sena mid-dikjarazzjoni tal-Amerika fuq il-Ġermanja (April)
• 100 sena mir-revoluzzjoni Russa (Novembru)
• 95 sena mill-mewt tal-esploratur tal-Antartika Ernest Shackleton (Jannar)
• 85 sena mill-ħtif tat-tarbija ta’ Charles Lindbergh (Marzu)
• 85 sena mill-kurunazzjoni tal-ewwel imperatur ta’ Manchukuo Pu Yi (Marzu)
• 80 sena mill-bombardiment ta’ Guernica fi Spain (April)
• 80 sena mill-għejbien ta’ Amelia Earhart (Lulju)
• 75 sena mit-twelid ta’ Stephen Hawking (Jannar)
• 75 sena mill-waqa’ ta’ Sajgon (Frar)
• 75 sena mill-għoti tal-George Cross lil Malta (April)
• 75 sena mill-Battalja ta’ Stalingrad (Awwissu)
• 70 sena mill-partizzjoni tal-Palestina mill-Ġnus Magħquda (Novembru)
• 60 sena mill-ħruġ tal-ewwel Premium Bonds (Ġunju)
• 60 sena minn meta l-Prinċep Karim sar Aga Khan IV (Lulju)
• 65 sena mill-mewt ta’ Eva Peron (Lulju)
• 55 sena mill-bidu tal-ewwel servizz tal-hovercraft (Lulju)
• 55 sena mill-mewt ta’ Marilyn Monroe (Awwissu)
• 50 sena mill-mewt traġika tal-veloċist Ingliż Donald Campbell (Jannar)
• 50 sena mill-ewwel tiġdid kariżmatiku fil-Knisja Kattolika (Frar)
• 50 sena mill-ftuħ tad-diega ħajdroeletronika tal-Iran (Mejju)
• 50 sena mill-bidu tal-Gwerra tas-Sitt Ijiem (Ġunju)
• 50 sena mill-kurunazzjoni tas-Shah tal-Iran (Ottubru)
• 50 sena mill-ewwel transplant tal-qalb (Diċembru)
• 45 sena mill-ftehim storiku ta’ Mintoff mal-Gran Britannja (Marzu)
• 45 sena mill-qtil tal-atleti Iżraelin f’Munich (Settembru)
• 40 sena mill-ftuħ taċ-Ċentru Pompidou (Frar)
• 40 sena mill-mewt ta’ Elvis Presley (Awwissu)
• 40 sena mill-mewt tal-mużiċista u poeta Ingliż Marc Bolan (Settembru)
• 40 sena mill-qtil tal-attivista antiapartista Sudafrikan Steve Biko (Settembru)
• 40 sena miż-żjara storika ta’ Sadat f’Iżrael (Novembru)
• 40 sena mill-qtil ta’ Karen Grech (Diċembru)
• 30 sena mill-ewwel vot sinodali mogħti lin-nisa fil-Knisja tal-Ingilterra (Frar)
• 30 sena mill-invażjoni tal-Gżejjer Falklands (April)
• 30 sena mill-mewt tan-Nażista Rudolph Hess (Awwissu)
• 30 sena mill-ftehim bejn Reagan u Gorbachev biex jeqirdu l-bombi nukleari (Diċembru)
• 25 sena mil-Laqgħa Għolja Dinjija fil-Brażil għall-ħarsien tal-ambjent (Ġunju)
• 25 sena mill-vot tal-Knisja tal-Ingilterra biex tordna nisa saċerdoti (Novembru)
• 20 sena mill-ewwel klunaġġ tan-nagħġa Dolly (Frar)
• 20 sena mill-mogħdija ta’ Hong Kong liċ-Ċina (Ġunju)
• 20 sena mill-mewt traġika tal-Prinċipessa Diana (Awwissu)
• 15-il sena mill-ħolqien tal-Ewro (Jannar)
• 10 snin mill-qtil ta’ Benazir Bhutto (Diċembru)

Jalla s-sena l-ġdida ġġiblek ir-riżq, kif nixtieqlek minn qalbi.



Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?