Għażliet emozzjonali

Hija aktarx waħda mir-regoli mill-aktar ċari tal-ħajja li l-għażliet u d-deċiżjonijiet emozzjonali rarissimament iwasslu għal riżultati tajba. Dan ma jfissirx li bil-fors dejjem iwasslu għal riżultati ħżiena. Imma għandhom mnejn aktar iva milli le. Huma ħafna aktar fiż-żgur għażliet jew deċiżjonjiet razzjonali.

L-istinti

Dad-deċiżjonijiet u għażliet tal-aħħar insejħilhom “razzjonali” mhux għax ikunu għal kollox nieqsa mill-emozzjonijiet. Dan aktarx huwa impossibbli. Lanqas ma nsejħilhom “razzjonali” għax bil-fors ikunu jagħmlu sens aktar mill-għażliet u d-deċiżjonijiet emozzjonali. Le. Insejħilhom hekk għax ikun daħal fihom xi ftit aktar ħsieb milli jidħol fl-għamla l-oħra, dik emozzjonalil.

Bil-Malti għandna l-ħabta ngħidu li d-deċiżjonijiet emozzjonali jsiru billi n-nies jużaw biss qalbhom, jiġifieri s-sentimenti li jħossu. Min-naħa l-oħra, d-deċiżjonijiet li jsir “razzjonalment” huma dawk li ngħidu li jsiru billi nħaddmu moħħna aktar milli qalbna. “Tiħux deċiżjoni b’qalbek,” tisma’ lil min jgħid. “Ħu deċiżjoni b’moħħok.”

Għalkemm spiss nisimgħu lil min jgħid li trid tisma’ minn qalbek, jiġifieri tafda l-istinti tiegħek, dan aktarx ma jgħiduhx biex kull deċiżjoni jew għażla importanti f’ħajtek teħodha aktar b’qalbek milli b’moħħok (għalkemm ħafna nies hekk jagħmlu, fil-fatt). Ifisser li, filwaqt li għandek tafda fl-istinti tiegħek, m’għandekx twarrab jew ma tagħtix widen għal kull argument sensat li jsirlek.

Il-konsegwenzi

F’kull deċiżjoni jidħol il-moħħ u jidħlu l-emozzjonijiet. Imma meta dawn tal-aħħar ikunu qawwija ħafna, mhux biss għandhom il-ħila li jegħelbu lill-moħħ imma saħansitra jġibuh jitkellem waħdu. L-emozzjonijiet bla lġim mhumiex gwida biżżejjed tajba, weħedhom, biex tagħmel deċiżjonijiet u għażliet tajba. Ir-raġuni trid tkun. U hi ta’ importanza kbira.

Meta l-għażliet u d-deċiżjonijiet isiru bl-emozzjoni biss, ma jkunux qed jiġu meqjusa—kif għandhom—l-aspetti kollha tal-kwestjoni. Ħafna drabi, min jirraġuna b’qalbu biss, jibgħat jixxejjer il-konsegwenzi. Jgħid, “Ħa nagħmel hekk, imbgħad naraw.” Huwa għalhekk li ħafna nies, mhux biss jiżbaljaw f’ħafna mill-għażliet u d-deċiżjonijiet importanti tagħhom, imma wkoll joħolqu aktar problemi milli jsolvu, u spiss jikkumplikaw ħajjithom għalxejn.

Fl-aħħar mill-aħħar, id-deċiżjonijiet u l-għażliet emozzjonali jridu jduru għar-raġunar tal-moħħ, li hu aktarx aktar kalm u meqjus fil-kunsiderazzjonijiet li jagħmel. L-emozzjonijiet, speċjalment meta huma mqanqla jew eċċitati, jiżbaljaw għax iġiegħlu l-persuna tagħmel dak li trid mhux dak li għandha tagħmel.

Il-folol emozzjonati

L-emozzjonijiet kapaċi jinpressjonaw rwieħhom malajr. Huwa l-moħħ, il-ħsieb, li jeħodha aktar fit-tul biex għall-anqas iqis l-affarijiet mitt darba qabel ma jaqta’ darba. Kif għedt, ebda bniedem jew grupp ta’ bnedmin qatt ma jistgħu jkunu ħielsa mill-emozzjonijiet—u allaħares ikun hekk, wara kollox, għax niġu qisna robots—imma mhux li jħallu l-emozzjonijiet weħedhom jimpressjonaw irwieħhom bil-periklu li jiġu mmanipulati u kkontrollati minn ħaddieħor.

Hawnhekk dan ngħidu aktar għal deċiżjonijiet jew għażliet li jridu jagħmlu gruppi sħaħ ta’ nies milli kull persuna għaliha weħedha. Meta għandek grupp ta’ nies, il-ħarsien mill-emozzjonaliżmu jrid ikun akbar, għax in-nies kapaċi jimpressjonaw in-nies u jkaxkru lil xulxin lil hinn minn kull raġuni.

Il-folol, filwaqt li huma aktar suxxettibbli għall-emozzjonijiet kollettivi, kapaċi jiżbaljaw aktar minn individwi waħedhom. Min-naħa l-oħra, meta l-folol ikollhom bilanċ xieraq emottiv u razzjonali, allura aktarx tista’ tavdaha aktar minn individwi weħedhom. Imma meta ma jkunx hekk, meta l-folla ħarbet bl-emozzjonijiet, il-periklu huwa ħafna aktar u l-konsegwenza agħar u agħar.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?