Is-sahta tal-medjokrità

Fl-Iskrittura Mqaddsa hemm storja sabiha ta’ wahda mara li kienet giet akkuzata ingustament minn zewg imhallfin korrotti. Li kieku ma kienx ghal zaghzugh li ndahal biex jaghmilha ta’ avukat taghha, kienu jaqtghuhielha ghall-mewt. Minflok, il-mewt haduha z-zewg imhallfin. Dan kollu gara ghax iz-zaghzugh ma kellux sabar izomm postu, kif suppost. Ghazel li ma joqghodx kwiet. Ghazel li ma jkunx medjokri. Hu hekk li ghamel il-gid. Il-medjokrità hija wahda mis-sahtiet tad-dinja.

L-istorja

L-istorja tghid li z-zewg imhallfin korrotti riedu jaghtu fastidju lill-mara, li kienet mizzewga, imma hi ma taghthomx wicc. Ghalhekk qalghu l-qlajja li kienu rawha tizni ma’ guvni go gnien. Iz-zaghzugh li ghamel lilu nnifsu avukat tad-difiza uza metodu semplici hafna biex jikxef ix-xhieda falza taghhom

Dan firidhom minn xulxin u staqsa lil kull wiehed minnhom x’sigra kienet dik li tahtha raw lill-mara tizni. Wiehed qal li s-sigra kienet ta’ l-akacja u l-iehor qal li kienet tal-ballut. B’hekk ma qablux fix-xhieda taghhom u nkixfu li kienu qeghdin jigdbu.

Din ma kinetx l-ewwel darba li dawn l-imhallfin kienu kkundannaw nies bla htija. Imma r-rispett socjali li kienu jgawdu fil-komunità u l-apatija tan-nies ghall-qerq taghhom, zammew l-ingustizzji ghaddejjin minghajr l-oppozizzjoni ta’ hadd. Dan ifakkarni f’dak li jinghad: li kulma jrid il-hazin biex isaltan hija l-indifferenza tat-tajbin.

Kwalitajiet mehtiega

Iz-zaghzugh li qabez ghall-mara innocenti ma felahx jibqa’ indifferenti. Ma qaghadx bi kwietu jara d-dinja tibqa’ kif sabha. Tkellem u biddel l-affarijiet. Tkellem minkejja l-periklu li kien se jidhol fih, periklu li seta’ johloqlu min kellu s-setgha u l-gieh falz tan-nies. Tkellem b’nuqqas ta’ sabar, forsi anki b’ghadab, imma certament b’generosità kbira.

In-nuqqas ta’ sabar, l-ghadab, il-generosità ... u maghhom inzid ukoll doza zghira ta’ genn ... huma ingredjenti essenzjali ghat-tqanqil favur il-gustizzja fid-dinja. In-nuqqas ta’ sabar mehtieg minhabba l-urgenza li l-gustizzja titlob minna, bhal fl-istorja li rrakkontajt, fejn iz-zaghzugh qalbieni htieglu jagixxi u jagixxi immedjatament.

L-ghadab hawnhekk huwa kwalità tajba. Huwa mehtieg ghax johrog lil bniedem mill-indifferenza u l-apatija li s-socjetà ta’ madwaru tkun ghallmitu u heggitu biex ihaddan. Il-generosità hi mehtiega ghax hu mill-qalb kbira, mill-qalb altruwista, li bniedem jista’ jagixxi f’rizq haddiehor minghajr ma jhares lejn il-gwadann tieghu nnifsu u lejn il-qliegh personali li jista’ jaghmel.

Fl-ahharnett, il-htiega ta’ doza mqar ckejkna ta’ genn. Ghax din timbotta bniedem biex jikser il-konvenzjonijiet, id-drawwiet u t-tradizzjonijiet ta’ komunità socjali li hsiebha hu biss li tikkonserva t-tradizzjonijiet, anki jekk huma hziena jew skaduti.

Socjetà hajja

Minghajr dawn il-kwalitajiet essenzjali toktor l-ingustizzja ghax issaltan il-medjokrità, jigifieri dik li tissejjah l-“istatus quo”, l-istat attwali. Imma l-istat attwali jehtieglu dejjem jiggedded ghax inkella jitqaddet. Socjetà li ma tafx tiggedded, li ma tisfidax lilha nnifisha, hi socjetà mejta fiha nnifisha, socjetà li ssalva t-tradizzjoni, imma li tonqos mill-gustizzja.

X’inhi socjetà minghajr gustizzja? Mhijiex ghajr belliegha tat-tajjeb, ta’ dak li hu decenti, ta’ dak li hu onest, sincier u awtentiku. Mhijiex ghajr socjetà li teqred il-kwalitajiet xierqa li jgeddu d-dinja u jaghmluha sabiha.

L-istorja li semmejt fil-bidu tghallimni din: li ma jiswiex tiskot quddiem l-ingustizzji. Li skiet bhal dan hu godard. Li l-apatija u l-indifferenza quddiem il-hazen jaghmlu minna komplici tal-hazin u l-korrott. Li wara kollox hu dejjem onorabbli u mqaddes li tixtieq dinja ahjar milli ghandna u li tahdem halli ftit ftit, bin-naqra n-naqra, nersqu lejn il-kisba taghha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?