Stedina ghalik

Nhar il-Gimgha, 24 tax-xahar, nixtieq nistiednek ghal serata ckejkna li fiha se nohrog ghall-pubbliku ktieb gdid bl-isem 20th Century Philosophy in Malta. Bhalma jindika l-isem, il-ktieb jittratta l-istorja tal-filosofija f’Malta tul is-seklu 20. Is-serata se ssir fil-Lukanda Osborne, Triq Nofsinhar, il-Belt, fis-6.30 ta’ filghaxija.

Tahrig ta’ djalogu

F’din is-serata, se jitkellmu l-Professur Peter Serracino Inglott, Dr Mario Vella u Michael Grech, tliet filosfi li jiena ghandi stima kbira lejhom u nqis bhala hbieb tieghi. Barra dawn id-diskorsi, ikun hemm ukoll l-opportunità li inti wkoll tesprimi l-fehma tieghek fid-diskussjoni li ssir.

Il-ktieb il-gdid qed jigi ppubblikat minn Agius & Agius Books, ta’ Triq il-Kbira San Guzepp, Hamrun. Ghaldaqstant, minn hawnhekk nixtieq pubblikament nirringrazzja lill-proprjetarju, Bastjan Agius, li accetta bil-qalb u bil-ferh li jippubblikali dan ix-xoghol gdid tieghi.

Din is-serata ghandha tkun wahda semplici u sabiha li fiha ghandu jkun hemm l-opportunità li naqsmu ftit ideat flimkien fi spirtu ta’ djalogu. Il-filosofija, jekk mhijiex djalogu, ma hija xejn. Ghax id-djalogu jitlob is-smiegh u s-sensittività lejn il-fehmiet u l-qaghda ta’ haddiehor, u hu ghalhekk li l-filosofija hi essenzjalment djalogu: ghax hija frott tas-smiegh.

Hsieb u storja

Dan il-ktieb il-gdid jipprezentalek ghadd ta’ filosfi Maltin li hadmu tul is-seklu 20. Fost dawn, hemm: Pietru Pawl Borg, Anastasju Cuschieri, Manwel Dimech, il-Lega Proletarja (jew Socjalista), Anglu Pirotta, Nazzarenu Camilleri, Edward de Bono, Peter Serracino Inglott, Joe Friggieri, Mario Vella, Oliver Friggieri, Kenneth Wain, John Portelli u Michael Zammit.

Fil-ktieb ma nghidx biss x’ghamlu jew x’kitbu dawn in-nies, imma nipprezenta l-filosofija taghhom f’certu dettall. L-idea hi li, aktar milli nsiru nafu lilhom, insiru aktar nafu x’jahsbu u x’jipproponu fil-filosofiji taghhom.
Izda lanqas ma nieqaf hemm. Fil-ktieb naghti wkoll il-kuntest storiku, intellettwali, politiku u socjali li fih ghexu u hadmu dawn il-filosfi. B’hekk, insawwar storja ta’ kif il-hsieb filosofiku seta’ influwenza ruhu u hareg minn dan il-kuntest li fforma s-seklu 20 kollu.

Holoq ta’ hsieb

Il-ktieb fih prezentazzjoni ta’ Peter Serracino Inglott u gheluq kritiku ta’ Michael Grech. L-ewwel wiehed idahhalna ghas-suggett tal-ktieb u t-tieni wiehed jinnota l-elementi dghajjfa li jista’jkollha l-kitba. Lil dawn ghazilthom biex jifthu u jaghalqu l-ktieb tieghi ghax nemmen li, ghalkemm il-kitba, wara kollox, tipprezenta l-fehma personali tieghi, m’ghandhiex tieqaf hemm. Il-qarrej ghandu jara li jifforma l-fehma personali tieghu wkoll.

Infatti, kien ghalhekk li ghamilt dan il-ktieb: biex min ihobb il-filosofija jew anki hu migbud lejn l-istharrig dixxiplinat tieghu nnifsu u tad-dinja ta’ madwaru jkollu fuqhiex jibbaza l-hsieb tieghu. Is-seklu 20 jirrapprezenta l-ahhar holqa fit-tradizzjoni twila tal-filosofija f’Malta. Ghalhekk, min irid li jkompli din it-tradizzjoni jrid ikollu idea xierqa ma’ xiex se jqabbad il-holqa l-gdida tieghu.

Il-ktieb iddedikajtu lil P. Gwann Xerri, siehbi dumnikan u, ghandi l-unur nghid, habib tieghi. Dan ir-ragel gheni hafna f’hajti: mhux biss tani l-hajra li nohrog mill-provincjalizmu li hafna drabi jkidd il-personalitajiet taghna f’dawn il-gzejjer ckejkna u izolati, imma wkoll nissel fija gibda specjali ghas-smiegh ta’ haddiehor, specjalment liz-zghir u l-batut.

Okkazjoni sabiha

Ghaldaqstant, nixtieqek hafna li tithajjar taccetta din l-istedina tieghi sabiex tonorani bil-prezenza tieghek ghas-serata semplici li se naghmlu nhar il-Gimgha li gej. Din tista’ tkun okkazjoni, mhux biss li niltaqghu flimkien, imma wkoll, nittama, li nitkellmu ftit bis-sens dwar il-hajja ta’ madwarna u dwar dawk in-nies li ghandhom ftit melh f’mohhhom.

Ta’ dan, nirringrazzjak bil-quddiem.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?