Il-Knisja u r-refugjati

Il-fenomenu tad-diskriminazzjoni razzjali fost il-poplu Malti hija l-aktar kwestjoni vitali li tezisti llum. Il-Knisja istituzzjonali ma tistax tinjoraha, kif aktarx qed taghmel, ghax din tinvolvi bicca kbira mill-fidili taghha stess. Id-diskriminazzjoni razzjali tolqot l-ispirtu u l-messagg nirani fil-laham il-haj. Il-fatt li l-bicca l-kbira tal-Kattolici Maltin ghandhom minnha juri l-urgenza li bih jehtieg li tigi ttratta mill-istituzzjoni ekklezjastika.

Il-gravità tal-problema

Dan il-fenomenu huma marbut l-aktar mal-migja tar-refugjati f’Malta. Dawn l-imsejkna jissejjhu ‘suwed’ minn hafna u huwa mahsub li huma kollha Musulmani. Il-fenomenu ghandu marbut mieghu hafna kwestjonijiet ohra, fosthom: l-inumanità tal-kampijiet ta’ detenzjoni, kemm dawk maghluqa u kemm dawk miftuha, it-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet lemini-estremi u t-tlablib esplicitu taghhom fil-pubbliku, u l-mod kif diversi gurnalisti jipprezentaw is-suwed fil-kontribuzzjonijiet taghhom.

Barra minn dawn, hemm il-mod maghluq u ambigwu li l-politici Maltin jittrattaw il-migja tar-refugjati, l-attitudni legalista li l-gvern qed jaddotta f’kwestjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mar-refugjati, l-istmerrija generali li ghandu l-poplu rigward il-migja tar-refugjati, u n-nuqqas ta’ kapacità li nifhmu sewwa dan il-fenomenu jew it-tragedja tar-refugjati.

Hemm aktar: ic-cahda tax-xoghol lis-suwed u l-isfruttament taghhom meta jinghataw xoghol, ic-cahda ta’ diversi Maltin li jikrulhom fejn joqoghdu, l-accettazzjoni ta’ diversi politici – kemm Nazzjonalisti u kemm Laburisti – li jaqblu ma’ politika neo-faxxista tal-gvern Taljan, l-isfruttament u s-serq ta’ nies fix-xatt tal-Libya li jkunu qed jaharbu mill-mizerja, u l-mod xi kultant tendenzjali li jittrattaw lis-suwed il-pulizija u l-qrati.

Pjan pastorali komprensiv

Dawn kollha huma kwestjonijiet serji hafna li l-Knisja istituzzjoni aktarx mhijiex qed tiehu b’serjetà bizzejjed. Iva, hemm xi whud li qed isemmghu lehenhom, bhall-Isqof Grech, il-JRS u l-Laboratorju tal-Paci. Imma s’issa l-Knisja istituzzjonali ta’ Malta ghadha passiva wisq fuq dan il-fenomenu hekk fundamentali ghall-hajja religjuza u spiritwali tal-Kattolici Maltin.

Il-Knisja istituzzjonali ghandha taghmel minn dan il-fenomenu l-fus ta’ pjan pastorali shih. Ma tistax tibqa’ thalli l-parrocci taghha jkomplu bil-hajja tas-soltu taghhom – bic-cerimonji, il-purcissjonijiet, il-festi u l-elf miljun haga li joholqu – bhallikieku l-fenomenu tar-refugjati u l-kwestjonijiet kollha li huma marbutin mieghu ma jezistux.

Dan jista’ jkun mument storiku u importanti ghall-Knisja Kattolika f’Malta jekk biss tintebah li hawn ghandha opportunità mhux biss li turi x’issarraf tabilhaqq, imma wkoll li ggedded il-hajja tal-fidili taghha. Digà huwa tard wisq. Imma mhuwiex tard bizzejjed biex dan il-Knisja ma taghmlux. Li hu zgur hu li n-nuqqas tieghu ghad igibilha hafna ghajb minhabba l-passività li wriet f’mument bhal dan.

Min qed jisma’ ’l-Ispirtu?

Is-sitwazzjoni hija cara li qed tiddeterjora dejjem aktar. Imma minkejja dan, il-Knisja istituzzjonali f’Malta qed tibqa’ ma’ taghmel xejn sostanzjali sabiex taqbad il-barri minn qrunu u turi fejn thabbat qalbha. Il-ftit ilhna li semmejna mhumiex bizzejjed. Jehtieg li l-istituzzjoni kollha tal-Knisja tigbor lilha nnifisha fuq dan u tahdem bhala korp wiehed.

Il-Knisja istituzzjonali f’Malta jehtieg li tigbor il-forzi u r-rizorsi kollha li ghandha sabiex torganizzahom madwar dan il-fenomenu u l-kwestjonijiet kollha marbuta mieghu. B’hekk taghti tabilhaqq xhieda x’inhuma l-valuri umani u socjali taghha, kif ukoll tigbor ftit giehha quddiem dawk li m’ghadhomx jitqiesu bhala Kattolici.

Din l-azzjoni f’waqtha zgur li tista’ taghti lill-Knisja Kattolika f’Malta n-nifs gdid li ghandha bzonn. Nifs gdid lill-fidili taghha stess, inkluz dawk kollha li, minkejja r-religjozità taghhom, ihaddnu sentimenti li mhumiex skond l-Evangelju, imma wkoll nifs gdid lill-istituzzjoni nnifisha, li turi li lesta taqta’ mill-koxxa sabiex tiddefendi ’l min ghandu bzonnha.

Il-waqt ghal din l-azzjoni wasal u ghaddej. L-Ispirtu qieghed isejjah. Imma min qed jisimghu?

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?