Sunday, 27 September 2009

Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (3)

IT-TIELET PARTI

Bil-modi diversi taghhom, it-teorija tal-evoluzzjoni ta’ Charles Darwin (1809-1882), is-socjalizmu u l-kommunizmu ta’ Karl Marx (1818-1883), il-psikanalizi ta’ Sigmund Freud (1856-1939) u t-teorija tar-relattività ta’ Albert Einstein (1879-1955) biddlu d-dinja billi taw perspettivi godda tal-bniedem, tal-mod kif jghix u jagixxi, u tal-pozizzjonijiet tieghu fl-univers. Dawn il-perspettivi affettwaw hafna oqsma tal-hajja xjentifika, politika, ekonomika u socjali tal-bniedem. Ma setax jonqos li, fl-ahhar mill-ahhar, jaffettwaw ukoll il-Knisja Kattolika u l-istruttura taghha.

Jiddghajjef l-assolutizmu

Apparti l-hafna aspetti interessanti tat-teoriji u r-riflessjonijiet ta’ dawn il-personaggi, aktarx wiehed mill-aktar kuncetti fundamentali li, kumplessivament, ghenu biex ibiddlu kien dak tal-assolutizmu. Kollha bil-mod taghhom, ir-riflessjonijiet ta’ Darwin, Marx, Freud u Einstein taw x’jifhmu li bosta affarijiet li qabel kienu jitqiesu bhala assolutament certi, ma setghu jitqiesu certi xejn, u li wiehed irid joqghod pass lura milli jghid jew jistqarr xi haga b’certezza assoluta. Din il-konkluzjoni setghu ma waslux ghaliha dawn il-hassieba direttament daqskemm il-hafna segwaci taghhom matul iz-zmien. Quddiem stqarrija assolutisti, xi whud hadu pozizzjoni relattivista u ohrajn cahduhom ghal kollox.

Bhalma wiehed jista’ jimmagina, ghalkemm riflessjonijiet bhal dawn ma kellhom xejn x’jaqsmu direttament mar-religjon, huma hezzu bil-kbir il-prezunzjoni ta’ certezza li r-religjon spiss ikollha. Dan ma setax jonqos li jaffettwa wkoll il-mod kif in-nies bdew iharsu lejn l-awtorità religjuza li taghmel stqarrijiet donnha kienet dejjem assolutament certa minn dak li tghid.

Il-fenomenu ta’ Mintoff

Dan ghen biex, flimkien ma’ bosta affarijiet ohra (bhal decizjonijiet politici reazzjonarji u nuqqas ta’ adattament xieraq f’socjetajiet industrializzati), tul is-seklu 20 il-Knisja Kattolika tilfet hafna mill-prestigju u l-fiducja li kienet tgawdi bhala istituzzjoni fl-ghajnejn ta’ hafna nies f’diversi pajjizi Ewropej, inkluz ta’ Kattolici stess. Maz-zmien, dawn id-dubji ma waqfux milli jaslu wkoll fil-gzejjer Maltin.

Minkejja li l-iskoperti xjentifici u l-izviluppi politici biddlu b’mod sinifikattiv il-mentalità ta’ miljuni ta’ nies fil-punent, imbaghad bil-mod il-mod madwar id-dinja wkoll, anki rigward ir-religjon u, partikularment, ir-religjon Kattolika, ma jidhirx li kienu l-kawza diretta ghall-bidla fl-ghajxien tat-twemmin Kattoliku fil-gzejjer Maltin. Din il-bidla kellha kawza hafna aktar qrib taghna u, bhalma ghamilna hawnfuq, nistghu telegrafikament naghtuha wkoll isem wiehed: Mintoff. Qisu minn nofs is-seklu 20 ’il quddiem, is-sitwazzjoni socjali, politika u ekonomika tal-gzejjer Maltin tat lok biex dan il-bniedem ta’ personalità kumplessa jinstiga, flimkien ma’ bosta ohrajn, bidla profonda fil-hajja u l-mentalità tal-Maltin, anki fir-rigward tar-religjon. Naturalment, Dom Mintoff (t. 1916) kien politiku u r-religjon ma kinetx tinteressah fiha nnifisha, imma biss bhala istituzzjoni ta’ kontroll.

Il-konfront ta’ Mintoff

L-iskop ewlieni ta’ Mintoff jidher li kien li jkattar il-prosperità ekonomika tal-Maltin. Dan kien jehtieg bidliet politici u istituzzjonali qawwija. Fiz-zmien li huwa beda din il-hidma tieghu, il-gzejjer Maltin kienu ghadhom kolonja tal-Gran Britannja u l-Knisja Kattolika kellha setgha politika, kulturali u psikologika enormi fuq il-poplu. Fic-cirkustanzi, konfront kemm ma’ wahda u kemm ma’ l-ohra kienu kwazi inevitabbli. Dawn gew fis-snin sittin tas-seklu l-iehor u l-konfronti li nholqu, specjalment dak ma’ l-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika fil-gzejjer Maltin, kienu passjonali u sahansitra drammatici.

Aktarx jista’ jinghad li l-konfront ta’ Mintoff ma’ dawn l-awtoritajiet religjuzi kwazi hamsin sena ilu kien bejn zewg ‘mudelli ta’ dinja’. Dan ifisser li z-zewg nahat fittxew li jippromovu perspettivi opposti ghal xulxin ta’ kif il-bniedem ghandu jhares lejh innifsu u lejn is-socjetà li jghix fiha. Fi ftit kliem nistghu nghidu li dik tal-awtoritajiet lokali tal-Knisja kienet essenzjalment tal-bniedem bhala persuna sottomess l-ewwel ghall-ligi divina (jew religjuza), imbaghad ghal dik umana, mentri dik ta’ Mintoff kienet tal-bniedem bhala persuna sottomess l-ewwel ghal-ligi umana, imbaghad dik divina.

No comments:

Post a Comment