Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (10)

L-GHAXAR PARTI

Aktar profond minn dawn l-affarijiet xi ftit jew wisq superficjali li juru li l-istat civili ghadu jqis ir-religjon Kattolika bhala dik li tirrapprezenta n-nazzjon Malti anki jekk mhuwiex hekk fir-realtà, jidher li mhijiex rari li diversi diskussjonijiet u decizjonijiet tal-gvern jigu rregolati mill-morali Kattolika, allavolja din il-morali aktarx m’ghadhiex imhaddna mill-bicca l-kbira tal-poplu Malti u Ghawdxi. Lanqas ma huwa rari li certi diskussjonijiet ma jsirux, u certi decizjonijiet ma jittiehdux, minhabba l-oppozizzjoni probabbli li l-Knisja Kattolika tista’ taghmel ghalihom. B’mod partikulari, dan narawh f’kwestjonijiet li jorbtu, nghidu ahna, mad-divorzju, il-prostituzzjoni, iz-zwieg, id-drittijiet tal-omosesswali u kwestjonijiet ohra li ghandhom x’jaqsmu mal-bijoetika.

Recentement, xi nies qrib hafna tal-gvern, inkluz xi ministru u membri parlamentari tal-gvern, sa anki kienu pproponew li r-rifjut tal-abort ghandu jigi mnaqqax fil-Kostituzzjoni tal-pajjiz, allavolja dan l-istrument legali ewlieni m’ghandux jimponi ebda moralità religjuza partikulari fuq il-poplu kollu. Narawh ukoll, nghidu ahna, mir-riserva li ghandu l-gvern biex jiddiskuti b’mod miftuh id-dhul tad-divorzju jew ta’ l-abort fil-gzejjer Maltin.

Nuqqas ta’ rikonoxximent

Hwejjeg bhal dawn aktarx juru li l-attitudni ufficjali tal-awtoritajiet Maltin u Ghawdxin ghadhom mhumiex qeghdin jirrikonoxxu jew jaccettaw, ghallanqas fuq livell burokratiku, ir-realtà socjali u religjuza gdida li zviluppat fil-gzejjer Maltin f’dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin. Aktarx juru wkoll li l-attitudni ufficjali tal-amministrazzjoni governattiva qisha qed taghzel li tahdem u tirrelata mal-Knisja Kattolika bhallikieku r-realtà socjali u religjuza ghadha dik ta’ qabel is-snin sebghin tas-seklu l-iehor b’tali mod li jidher li hemm firda bejn il-mexxejja tal-istat civili u l-ghajxien konkret tal-poplu.

Din l-attitudni, però, probabbilment aktar taccentwa t-tbeghid tal-bicca l-kbira tal-poplu Malti u Ghawdxi minn dik li ghadha meqjusa bhala r-religjon predominanti taghhom. Ghax aktar ma r-religjon Kattolika tidher f’dawl ufficjuz u formali, forsi aktar tnaffar nies, li jidher li ma jridux ikollhom wisq x’jaqsmu aktar minn din il-forma ta’ religjosità.

Religjonijiet ohrajn

Waqt li ghaddejja din il-‘messa in scena’, wiehed jista’ jinnota fostna l-prezenza dejjem aqwa ta’ religjonijiet ohrajn, l-aktar dik Islamika. Dan il-fenomenu jidher li ghadu mhuwiex rikonoxxut ghal kollox, ghallanqas mhux b’mod ufficjali. Hafna drabi, hu meqjus li hu biss nies mid-dinja Gharbija li jghixu fil-gzejjer Maltin li fil-fatt jaghmlu parti minn din ir-religjon. Dan jinjora l-fatt li ghandna diversi Maltin―originarjament imwielda Kattolici―li haddnu r-religjon Islamika u qeghdin irabbu ’l uliedhom bhala Islamici. Jidher li l-ghadd ta’ dawn in-nies qieghed bil-mod il-mod jizdied.

Ghalkemm dan il-fenomenu jista’ ghadu mhuwiex qed jinhass fostna, kemm fuq livell socjali u politiku kif ukoll fuq livell religjuz, huwa kwazi cert li ghad jaghmel xi differenza fil-futur, hekk kif maz-zmien jitkattru l-generazzjonijiet. Kif dan ghad jista’ jibdel is-socjetà Maltija ma jistax ikun maghruf ghalissa, ghalkemm digà qed jinhass il-bzonn ta’ xi bidliet istituzzjonali halli jakkomodawh. Nghidu ahna, fil-qrati tal-gustizzja u f’imkejjen ohra pubblici ma baqghetx haga rari li l-guramenti jsiru fuq il-Koran. Barra minn hekk, fl-iskejjel digà qeghdin isiru xi arrangamenti li huma aktar attenti ghall-prezenza ta’ tfal Islamici.


Komunitajiet ohrajn

Religjonijiet ohrajn ukoll, apparti dik Islamika, ghad juru prezenza aktar qawwija fil-gzejjer Maltin. S’issa jidher li ghadha mhijiex qieghda tigi moghtija bizzejjed attenzjoni l-prezenza fostna ta’ nies―partikularment nisa mill-Balkani―ta’ religjon Ortodossa jew anki dawk―partikularment mill-Afrika centrali―ta’ religjon Protestanta. Ma’ dawn, importanti li nsemmu wkoll id-diversi komunitajiet Evangelici (kif ukoll komunitajiet insara ohra) li digà jezistu fil-gzejjer Maltin. Dawn huma maghmulin minn membri Maltin li l-bicca l-kbira taghhom kienu originarjament Kattolici.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?