Sunday, 22 November 2009

Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (11)

IL-HDAX-IL PARTI

L-insara Ortodossi jew Protestanti li hawn f’Malta ghad m’ghandhomx fostna qafas religjuz bizzejjed zviluppat istituzzjonalment biex jasserixxu lilhom infushom b’mod aktar ufficjali u pubbliku, u forsi ghalissa lanqas huma interessati hafna f’dan. Imma ’l quddiem aktarx li din is-sitwazzjoni ma tibqax hekk u l-affarijiet ikollhom jinbidlu halli jinholoq spazju ghalihom ukoll.

Tkabbir ta’ religjonijiet

Xi whud jistghu jaraw il-prezenza ta’ dawn ir-religjonijiet u t-tkabbir taghhom bhala xi tip ta’ intruzjoni jew anki ta’ theddida ghal dik li jobsru hija l-identità Maltija. Il-verità hi li dawn il-fenomeni jaghmlu parti integrali minn din l-identità, li, fl-ahhar mill-ahhar (bhalma rajna fix-xbieha grafika ta’ fuq), hi xi haga li dejjem inbidlet, qieghda tinbidel u tibqa’ tinbidel.

Barra l-prezenza ta’ dawn ir-religjonijiet fil-gzejjer Maltin, wiehed ma jistax ma jaghrafx komunitajiet ohra stabbiliti istituzzjonalment li aktarx la huma mdaqqsa daqs dawk li ghadna kemm semmejna u lanqas qeghdin jikbru b’xi rata sinifikanti. Xi whud minn dawn il-komunitajiet ilhom fostna hafna snin, imma ma jidhirx li qatt influwenzaw b’xi mod effettiv il-hajja socjali, politika jew religjuza tal-gzejjer Maltin.


Prezenzi sinifikanti

Fost dawn il-kumunitajiet nistghu nsemmu dawk tal-Knisja Anglikana, tal-Knisja Skocciza, tal-Knisja Griega Ortodossa, tax-Xhud ta’ Gehova, tar-religjon Ebrajka, tal-Knisja Protestanta Germaniza, tal-Assemblea Spiritwali ta’ Bahija, tar-religjon Buddista Zen u tal-Era Gdida.

Dawn kollha―u forsi xi whud ohrajn ukoll―ghandhom xi tip ta’ prezenza fix-xena religjuza lokali. Minkejja dan, huwa dubjuz ferm kemm jitqiesu attrattivi ghall-Maltin u l-Ghawdxin jew qattx ezercitaw xi forza attrattiva ghall-bicca l-kbira taghhom. Infatti, probabbilment wiehed ma jistax iqis li l-imsiehba ta’ dawn il-kumunitajiet―kollha flimkien―qattx kienu jirregistraw xi persentagg sinifikanti fost il-popolazzjoni Maltija. U l-probabbilità l-kbira hi li, la ma rregistrawhx s’issa, mhumiex se jirregistrawh fil-gejjieni qarib.

Radikalità spiritwali

Però, wiehed ma jistax jinjorahom jekk irid jaghti kwadru shih tal-qaghda tar-religjon fostna. Naturalment, il-gejjieni hadd ma jaf x’jista’ jzomm u x’sorprizi jista’ jaqla’ minn taht ir-rih. Wiehed dejjem jitkellem dwar il-gejjieni f’termini ta’ probabbilitajiet u possibbiltajiet. Imma anki f’dan il-kuntest, wiehed ma jkunx wisq ’il boghod mis-sewwa jekk isostni li, b’mod generali, bhalma l-mentalità Maltija tal-imghoddi ma tidhirx li kienet wisq inklinata li thaddan dawn il-forom ta’ religjositajiet, il-mentalità Maltija gejjiena aktarx se tkun anqas u anqas inklinata li thaddanhom, ghallanqas mhux fil-gejjieni previdibbli.

Ir-raguni ghal dan tidher li hi l-istess wahda li aktarx qieghda timmina l-Knisja Kattolika lokali, jigifieri n-nuqqas ta’ radikalità spiritwali. Dan ma narawhx, nghidu ahna, fir-religjon Musulmana u l-Knisja Evangelika, zewg komunitajiet religjuzi li jidhru li (b’konsistenza differenti) qed izidu l-membri Maltin taghhom. In-nuqqas (kwazi fanatiku) ta’ kompromessi li dawn jitolbu mill-imsiehba taghhom, u n-nuqqas apparenti ta’ inkonsistenzi u kontradizzjonijiet fit-taghlim u t-twemmin li jhaddnu, aktarx jaghmilhom aktar attrattivi ghal certu nies li jhossu l-bzonn ta’ impenn spiritwali serju u bla kantunieri. Kemm dan, fit-tul taz-zmien, se jhalli effett pozittiv dejjiemi hu diskutibbli.


Spiritwalitajiet ohrajn

Min-naha l-ohra, dan it-trazzin ma jidhirx li japplika bl-istess mod jew bl-istess qawwa ghal religjositajiet jew spiritiwalitajiet ta’ xejra aktar ‘moderna’. B’mod partikulari, nirreferu hawnhekk ghal bosta spiritwalitajiet li huma mhaddnin mhux biss minn persuni fuq bazi individwali u privata, imma wkoll minn gruppi ta’ Maltin u Ghawdxin b’xi fasla organizzata bejniethom li hi xi ftit jew wisq fluwida. Hawnhekk, nuzaw il-kelma ‘spiritwalitajiet’ b’mod wiesgha hafna biex nirreferu ghal dawk is-suriet ta’ twemmin li, b’xi mod jew iehor, jirrikonoxxu xi tip ta’ realtà superjuri li hi xi ftit jew wisq distinta minn dawk li jemmnu fiha. Din ir-‘realtà’ tista’ ma tkunx meqjusa bhala xi divinità fiha nnifisha, imma mqar bhala xi haga li l-bniedem li jemmen fiha joqghod ghaliha bhala gwida ta’ hajja u agir.

No comments:

Post a Comment