Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (12)

IT-TNAX-IL  PARTI

Meta nitkellmu dwar religjositajiet jew spiritiwalitajiet ta’ xejra ‘moderna’, l-ewwel ma forsi ghandhom jigi f’mohhna f’dan ir-rigward huwa x-xjentologisti. Il-Knisja tax-Xjentologija bdiet fis-snin hamsin tas-seklu l-iehor minn Lafayette Ronald Hubbard (1911–1986) u hija mifruxa mad-dinja kollha. Fil-gzejjer taghna l-bosta Maltin u Ghawdxin li xi ftit jew wisq jemmnu fit-taghlim xjentolgu mhumiex ftit. Minkejja li dawn jidher li jzommu profil baxx fix-xena pubblika, il-prezenza taghhom fil-fenomenu religjuz tas-socjetà Maltija kontemporanja aktarx ma tistax titqies insinifikanti.

Drittijiet umani

Twemmin iehor, forsi anqas maghruf bhala tali, imma b’daqshekk mhux anqas ‘religjuz’, huwa dak fid-drittijiet tal-bniedem. Id-‘Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem’, maghmula mill-Gnus Maghquda fl-1948, tista’ titqies bhala l-quccata ta’ riflessjoni relattivament gdida dwar il-bniedem u l-hajja tieghu f’kull aspett taghha. Izda dan id-dokument ta wkoll bidu ghal moviment dinji kbir li jistqarr twemmin kwazi ghami fl-istqarrijiet tieghu, tant li xi whud jirregolaw il-hajja u l-agir taghhom b’dawn l-istqarrijiet u ohrajn li johorgu minnhom, u anki jissottomettu ghalihom kull kunsiderazzjoni politika, socjali u ekonomika ohra li jaghmlu. Din l-ispiritwalità tezisti wkoll fil-gzejjer Maltin u ghal xi whud hija bizzejjed wehidha sabiex tiggwidalhom hajjithom.

Wara li ghedna dan kollu, qabel ma nkomplu fir-riflessjonijiet taghna forsi xieraq hawnhekk li nigbru fi ftit kliem dak li ghedna s’issa fuq il-qaghda tar-religjon fis-socjetà Maltija llum.

Il-Kattolicizmu Malti

L-ewwel punt essenajli li jidher li jehtieg li naghmlu huwa dwar il-qaghda tal-Kattolicizmu fil-gzejjer Maltin. Huwa xi ftit jew wisq car li, ghalkemm ir-religjon Kattolika ghad ghandha fostna siwi kbir folkloristiku, ir-relevanza kulturali taghha naqqset konsiderevolment. Fil-bicca l-kbira taghha, l-identità Maltija m’ghadhiex tigi identifikata mal-Kattolicizmu jekk mhux f’termini primarjament folkloristici. Dan minkejja li, ufficjalment, kontra r-realtà tal-fatti l-Knisja Kattolika ghadha meqjusa mill-istat civili bhala r-religjon li tirrapprezenta l-bicca l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin.

It-tieni punt aktarx ghandu jorbot mal-prattika Kattolika. Skond l-ahhar statistici, anqas minn nofs il-popolazzjoni jipprattikaw it-twemmin Kattoliku fil-gzejjer Maltin. Jidher li l-bicca l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin abbandunaw ghal kollox dan it-twemmin. Min-naha l-ohra, jidher xi ftit jew wisq car li bosta minn dawk li huma prattikanti ma jsegwux xi whud mid-direttivi tal-Knisja taghhom f’diversi oqsma tal-hajja morali taghhom, specjalment dawk li jorbtu mas-sesswalità.

Spiritwalità u diversifikazzjoni

It-tielet, jidher li bicca kbira mill-poplu Malti u Ghawdxi sar jifred ir-religjon mill-ispiritwalità. Bosta nies aktarx ghadhom jemmnu f’Alla u, partikularment, f’Gesù Kristu, imma minghajr dan ma jimplika partecipazzjoni jew assocjazzjoni f’xi knisja jew religjon istituzzjonali. Dawn in-nies jidher li aktar jippreferu li jhaddnu relazzjoni mhux istituzzjonalizzata mad-divin milli jhaddnu strutturi religjuzi li hafna drabi huma mmexxijin minn hafna kunsiderazzjonijiet politici.

Ir-raba’, ghandna evidenza ta’ diversifikazzjoni qawwija tal-fenomenu religjuz f’Malta u Ghawdex. Bosta nies saru jhaddnu spiritwalitajiet personalizzati li jinsistu aktar fuq is-shuhija tal-prattika milli fuq xi kumplikazzjonijiet religjuzi ta’ natura teoretika. It-teorija religjuza jidher li mhijiex afdata daqskemm mhumiex afdati, ghallanqas mhux fl-intier taghhom, l-istituzzjonijiet b’mod generali u l-istituzzjonijiet religjuzi b’mod partikulari.


Religjonijiet emergenti

Fl-ahharnett, hemm il-fatt tar-religjonijet emergenti, l-aktar dik Islamika. Ghalkemm generalment imwarrba mill-ghajn pubblika, din il-religjon qieghda bil-mod il-mod dejjem tikber fil-gzejjer Maltin. Ghalissa dan il-fatt jidher li mhuwiex rikonoxxut la ufficjalment u lanqas mill-hassieba lokali, imma aktarx ma jkunux ghaddew wisq snin meta r-religjon Islamika f’Malta u, forsi b’mod anqas, f’Ghawdex tibda tezercita certa influss socjali sinifikanti li ma jkunx jista’ jigi injorat aktar.

Dawn kollha mhumiex fenomeni li qeghdin isehhu fi hdan il-poplu Malti u Ghawdxi biss. Wiehed aktarx jista’ jilmahhom ukoll f’diversi pajjizi ohra tad-dinja, specjalment fil-punent.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?