Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (13)

IT-TLETTAX-IL PARTI

Fir-realtà, x’effetti konkreti qed ihallu l-qaghda tal-Kattolicizmu fil-gzejjer Maltin, il-prattika Kattolika, il-firda tar-religjon mill-ispiritwalità, id-diversifikazzjoni qawwija tal-fenomenu religjuz f’Malta u Ghawdex, u r-religjonijet emergenti, l-aktar dik Islamika, fil-hajja socjali u politika tal-gzejjer Maltin?

Privileggi politici

Digà semmejna aktar kmieni li, ghallanqas fuq livell ufficjali jew burokratiku, l-amministrazzjoni governattiva tkompli temmen fil-predominanza kulturali tal-Knisja Kattolika. Fil-fatt, dan forsi jkompli jishaq il-qawwa folkloristika ta’ din il-religjon fil-gzejjer Maltin, haga li l-gvern aktarx iqisha importanti li jibqa’ jaghraf, imqar ghas-siwi romantiku tal-haga jew ghall-konvenjenza politika tieghu.

Imma min-naha tal-Knisja Kattolika jidher li hemm siwi aktar minn hekk. Xejn xejn, dan jibqa’ xi ftit jew wisq jassigura l-harsien tal-privileggi politici li kisbet matul is-sekli, anki jekk il-bazi popolari taghha―f’termini ta’ membri prattikanti―manifestament gie imnaqqas bil-kbir. Bhall-gvern taghha, il-bicca l-kbira tal-poplu taghna ghandha thobb ir-romanticizmu u t-teatralità Kattolika, anki jekk predominantement m’ghadhiex temmen fil-Knisja Kattolika bhala istituzzjoni u lanqas f’certi oqsma tat-twemmin taghha. Dan narawh, nghidu ahna, mill-konkorrenza tan-nies ghall-festi religjuzi popolari―li jekk tnehhilhom il-baned, il-loghob tan-nar, ir-retorika u d-dillirji taghhom ftit jibqaghalhom sugu spiritwali jew religjuz―u anki ghall-konkorrenza tan-nies f’celebrazzjonijiet religjuzi bhal dawk tad-duluri, il-gimgha l-kbira u l-purcissjonijiet bl-irxoxt.

Ghazla fit-twemmin

Izda apparti dan il-lat purament folkloristiku li ghad fadlilha fostna r-religjon Kattolika, fuq livell aktar individwali u privat, jidher li decizjonijiet konkreti li jmissu mal-hajja socjali u morali tal-bicca l-kbira tal-poplu Malti u Ghawdxi jittiehdu separatament u, xi kultant, f’oppozizzjoni ghat-taghlim Kattoliku. Jidher li ghall-bicca l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin, dan il-qasam m’ghadux mahkum jew ikkontrollat minn dak li temmen u tghid il-Knisja Kattolika.

Hawnhekk aktarx naraw l-affermazzjoni tal-individwu ’l fuq u lil hinn minn kull istituzzjoni―religjuza u mhux―li tista’ tiddettalu (jew tipprezuni li ghandha tiddettalu) kif jghix il-hajja personali tieghu.

F’dan is-sens, il-bicca l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin tidher li saret taghzel dak li temmen u dak li ma temminx, specjalment fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-sahha u l-morali. Dak li, fuq livell personali, ma jdoqqilhiex bhala razzjonali jew sensibbli, jew anki bhala prattiku jew siewi, aktarx twarrbu minghajr l-icken bizgha ta’ xi retribuzzjoni umana jew divina. Certament, is-sens ripressiv li kellu t-twemmin fi zminijiet ohra tista’ tghid li prattikament ixxejjen kwazi ghal kollox.

Applikazzjoni konkreta

Il-bidla tal-oghla awtoritajiet tal-Knisja Kattolika f’Malta u Ghawdex ftit snin ilu, ghalkemm ghenet biex taghti dehra aktar affabbli u grazzjuza lit-tmexxija Kattolika, aktarx m’ghamlet ebda effett fuq livell strutturali, f’Malta aktar minn f’Ghawdex. Infatti, ma jidhirx li gabet xi bidliet istituzzjonali sinifikattivi fi hdan il-Knisja Kattolika lokali, la fil-politika ekklezjastika u lanqas fil-vizjoni socjali. Jekk din il-linja ta’ azzjoni tippersisti, il-fenomeni li dghajjfu din il-knisja f’dawn l-ahhar ftit ghexieren ta’ snin aktarx se jkomplu jippersistu wkoll. Anzi, wiehed jista’ jobsor li bidla superficjali bhal din ghandha l-hila zzid dawn il-fenomeni minhabba l-frustrazzjoni u d-dizappunt li jistghu jkabbru f’min ittama li l-bidla fit-tmexxija tista’ taghmel xi effett konkret, specjalment mil-lat politiku.

L-oghla awtoritajiet tal-Knisja Kattolika lokali llum jidher li ghadhom mhumiex konxji jew konvinti li aktarx hu biss bl-applikazzjoni konkreta tal-principji tat-taghlim socjali tat-twemmin taghhom li jistghu jergghu jiksbu xi ftit minn dik il-fiducja li l-bicca l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin kellhom fil-Knisja Kattolika fl-imghoddi. Dan jidher li m’ghandux ifisser haga ohra ghajr li qabel kollox il-mexxejja ekklezjastici jridu jibdlu, mhux lil haddiehor halli jizfen ghall-muzika taghhom, imma l-ewwel jibdew jibdlu l-perspettiva u l-vizjoni tal-istruttura interna taghhom stess. Jidher li, jekk dan ma jsirx, il-Knisja Kattolika lokali se tkompli tirrendi lilha nnifisha socjalment aktar irrelevanti milli digà hi.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?