Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (14)

L-ERBATAX-IL PARTI

L-applikazzjoni konkreta mill-Knisja Kattolika lokali tal-principji tat-taghlim socjali taghha jista’ jkollu kemm effett pozittiv kif ukoll effett negattiv fuq il-valuri spiritwali tal-Maltin u l-Ghawdxin. L-effett pozittiv jista’ jkun li bosta nies fostna se jkomplu jissostitwixxu t-twemmin arkajku Kattoliku b’twemmin u agir iehor aktar relevanti u sinifikani, bhal dawk fid-drittijiet tal-bniedem, fil-valuri umani, fil-libertajiet tal-individwu, fil-gustizzja socjali, fil-harsien tal-ambjent u tal-hlejjaq hajjin kollha, u f’valuri ohra bhal dawn. Dan aktarx ma jeskludix li, fil-process, aktar Maltin u Ghawdxin se jkomplu jhaddnu forom religjuzi u spiritwalitajiet li jivvaforixxu u jinkuraggixxu dan it-tip ta’ valuri.

Setgha u fiducja

Min-naha l-ohra, l-effett negattiv jista’ jkun li nies ohrajn fostna―nittamaw mhux hafna―se jkomplu jissostitwixxu t-twemmin Kattoliku b’twemmin u agir li jivvaforixxu u jinkuraggixxu biss forom ekonomici ossessjonati li jaghmlu profitt bla skruplu, nuqqas ta’ rispett lejn iz-zghir, sfruttar tad-dghajjef fis-socjetà, it-tkattir tal-gid tal-ftit fuq dahar il-hafna, kontroll tal-mezzi ta’ komunikazzjoni li ideologikament jaljenaw il-mases, u suriet ohra ta’ pjagi socjali, politici u ekonomici bhal dawn.

Dawn iz-zewg effetti probabbilment se jibqghu mixjin magenb xulxin minghajr ma wahda ma se jkollha l-hila bizzejjed li teghleb lill-ohra ghal kollox.
Fi kliem ftit aktar elaborat, nistghu nghidu li zmienna hu wiehed li fih m’ghandniex nafdaw b’mod implicitu jew awtomatiku lil min ghandu xi setgha politika, ekonomika, militari, religjuza, socjali jew familjari, u lanqas il-mezzi ta’ komunikazzjoni li dawn in-nies jista’ jkollhom b’mod dirett jew indirett sabiex izommu jew ikabbru dik is-setgha. Fi ftit kliem, bosta minna jissuspettaw kull setgha instituzzjonali. Hafna drabi, setgha bhal din aktarx tfisser biss manipulazzjoni, korruzzjoni, abbuz jew tghawwig tas-sewwa; u jekk ma tfissirx hekk, nobsru li llum jew ghada inevitabbilment twassal ghal hekk.

Setgha morali

Minkejja dan, però, dan ma jfissirx li bosta drabi istituzzjonijiet ta’ setgha ma jdahhluniex fl-iskora taghhom. Fil-fatt, it-tattici taghhom huma tant fini, attraenti u mohbija, li mhuwiex rari li nsibu lilna nfusna mkaxkra mill-faxxinu taghhom jew maqbuda fix-xbieki li jifirxulna. Dan aktarx ghandu mnejn jibqa’ jsir sakemm nintebhu bis-superficjalità u l-makakkerija taghhom.

Min-naha l-ohra, hemm ghamla ta’ setgha wahda li llum jidher li nafdaw hafna b’mod implicitu: is-setgha morali. Din la tigi mis-sahha tal-ligi jew mill-qawwa tad-drawwiet, la hi sempliciment politika u lanqas ma tistrieh fuq xi tip ta’ forza istituzzjonali, ekonomika jew fuq xi dritt pozittiv. Is-setgha morali ta’ persuna tigi mir-rispett u l-fiducja li n-nies ikollhom f’dik il-persuna, mhux ghal ragunijiet esterjuri ghaliha, imma fiha nnifisha, ghax jaraw fiha kwalitajiet gholja ta’ personalità awtentika. Dawn il-kwalitajiet aktarx jinkludu l-koerenza bejn il-kliem u l-fatti tal-persuna, sens qawwi ta’ sagrificcju personali u nuqqas ta’ kompromessi mal-principji li thaddan il-persuna. Din is-setgha tista’ tissejjah ‘spiritwali’ u, b’mod aktar wiesgha, tista’ tghodd ukoll (ghalkemm b’mod differenti) ghall-istituzzjonijiet u l-ghamla ta’ kif jorganizzaw lilhom infushom u jahdmu ma’ haddiehor.


Nuqqas istituzzjonali

Ghaldaqstant, kull setgha politika, ekonomika, militari, religjuza, socjali, familjari u l-bqija, jekk ma jkollhiex ukoll setgha morali, fl-ahhar mill-ahhar ma titqiesx xierqa ta’ rispett. Din hi l-problema ewleniija li ghandhom il-bicca tal-istituzzjonijiet illum u l-amministraturi taghhom (inkluz dawk religjuzi): tonqoshom is-setgha morali. Huma b’sahhithom politikament, ekonomikament jew socjalment, imma dghajjfa hafna moralment. Hu ghalhekk li aktarx jitilfu r-rispett u l-fiducja tan-nies.

Dan in-nuqqas ta’ rispett u fiducja taghna f’istituzzjonijiet u amministraturi bhal dawn, però, mhuwiex ghajr twegiba ghan-nuqqas fundamentali ta’ rispett u fiducja li huma wrew―u ghadhom juru―lejna u fina. Ghax istituzzjonijiet li huma nieqsa mis-setgha morali jqieghdu l-interessi taghhom infushom fuq kull interess taghna, specjalment taz-zghir u ta’ min ma jistax jiddefendi lilu nnifsu quddiem is-setgha taghhom. Izommuna bhala inferjuri u sottomessi ghalihom u, fl-ahhar mill-ahhar, ma jemmnux fis-siwi l-aktar gholi tal-individwalità taghna.

Istituzzjonijiet minghajr setgha morali―inkluz istituzzjonijiet religjuzi―huma istituzzjonijiet minghajr umanità.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?