Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (9)

ID-DISA' PARTI

Xi whud aktarx zviluppaw il-pozizzjoni li jifirdu r-religjon mill-ispiritwalità f’reazzjoni ghal dak li kienet il-Knisja Kattolika, specjalment fuq il-livell lokali, fl-ahhar hamsin sena u aktar. Din il-firda jidher li giet iggenerata minn ghadd ta’ kawzi, fosthom, b’mod generali, id-dubju fl-istituzzjonijiet, l-isfiducja fl-awtoritajiet, il-kontradizzjonijiet apparenti bejn diversi oqsma ta’ taghlim religjuz, in-nuqqas ta’ qbil bejn it-teorija religjuza u l-prattika, il-pika bejn membri ta’ religjonijiet differenti, in-nuqqas ta’ awtenticità li jaraw fil-Knisja Kattolika, ir-rikkezza tal-Vatikan, l-istorja mdemma tar-religjonijiet, id-dubji ideologici mnissla mir-riflessjonijiet ta’ xjenzati u filosfi kbar, l-access ghal studji u stharrig li jimmina s-sisien tat-twemmin religjuz, l-inkonsistenza apparenti tal-Bibbja, u hwejjeg bhal dawn.

Religjosità personalizzata

B’dan il-mod, ir-religjozità ta’ bosta nies tidher li saret aktar personalizzata. Dan ifisser li aktarx ma baqghetx titqies essenzjali l-medjazzjoni ta’ xi istituzzjoni ghar-relazzjoni ta’ individwu mad-divin. Ghaldaqstant, bosta nies (anki Kattolici) bdew jirragunaw li tista’ tinholoq qrubija ma’ Alla jew ma’ Gesù―hi x’inhi l-forma li jistghu jiehdu fil-mohh u l-qalb ta’ dak li jkun―anki minghajr il-htiega ta’ knejjes organizzati, religjonijiet partikulari, manifestazzjonijiet pubblici jew intermedjarji sacerdotali. L-enfasi f’dan kollu jidher li hu aktar fuq il-prattika milli fuq it-teorija religjuza jew, fi kliem iehor, aktar fuq l-essenzjal ta’ kull religjon milli fuq il-hafna teorizzazzjoni teologika, li, fl-ahhar mill-ahhar, titqies spekulattiva u hafna drabi anki kontradittorja.

Dan ovvjament naqqas is-sens komunitarju tar-religjon. Imma dan, hekk jew b’hekk, jidher li kien digà beda jitqies bhala xi haga zejda, jew ghallanqas mhux essenzjali jew mehtiega, ghall-prattika religjuza. Dawk li aktarx bdew jitqiesu tabilhaqq essenzjali, anki kwazi kwazi ghalihom u fihom infushom, kienu l-onestà u s-sincertià fir-relazzjonijiet umani u fir-relazzjonijiet mad-divin, hwejjeg li hafna drabi r-religjonijiet aktar ghenu biex ifixklu milli biex jghinu. Din il-perspettiva individwalista setghet saret possibbli, l-ewwelnett, minhabba li, bil-mezzi l-godda ta’ komunikazzjoni, it-taghlim spiritwali sar aktar accessibbli fuq livell individwali u personali. It-tieninett, saret ukoll possibbli minhabba li l-kultura kapitalista li nghixu fiha tinkuraggixxi l-individwalizmu f’kull qasam. B’dan il-mod, aktarx ma nhass aktar il-bzonn ta’ korp ta’ ghalliema (specjalment sacerdoti) li jaghtu taghlim spiritwali jew religjuz, anki peress li bosta sacerdoti jidher li ma nhassux imhejjija bezzejjed fih.

Rapprezentazzjoni apparenti

Dawn il-bidliet fl-attitudni fundamentali religjuza ta’ bosta Maltin u Ghawdxin tidher li ghadha mhijiex riflessa bizzejjed fuq il-lat ufficjali. Infatti, wiehed jista’ jinnota li, fuq dan il-livell burokratiku, ir-religjon Kattolika ghadha qed tigi meqjusa mill-istat civili bhala dik li fil-fatt tirrapprezenta n-nazzjon Malti, anki jekk fir-realtà dan aktarx mhuwiex il-kaz. Anke l-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika lokali donnhom ghadhom jahsbu li jirrapprezentaw il-poplu Malti u Ghawdxi kollu, jew li ghad ghandhom xi prerogattiva li jitkellmu f’isem kulhadd.

Nghidu ahna, fil-Kostituzzjoni ta’ Malta ghadu ddikjarat ufficjalment li ‘r-religjon ta’ Malta hija r-Religjon Kattolika Apostolika Rumana’, allavolja din fir-realtà aktarx ma tfissirx wisq. Ukoll, f’certi anniversarji nazzjonali li suppost ifakkru l-kisbiet u r-realtajiet kollha tal-poplu taghna, il-kapijiet tal-amministrazzjoni governattiva lokali jingabru fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann ghal quddiesa mmexxija mill-Arcisqof bhalma kien isir sa minn zmien li l-gzejjer Maltin kienu kolonja Britannika, allavolja llum fir-realtà l-Arcisqof huwa l-kap religjuz ta’ anqas minn nofs il-poplu Malti. Dan aktarx ma jfissirx li aktar minn nofs il-poplu Malti ma jirrispettahx jew ma jigix influwenzat minn dak li jghid u jaghmel, imma kwazi certament mhux bhala l-kap jew rapprezentant religjuz taghhom.


Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?