Komplicità (1)

L-EWWEL PARTI

Minn xi xhur ilu ’l hawn, bdejt naffaxxina ruhi (u anki, xi ftit jew wisq, nimtela kurzità) dwar kif, fit-tahdit ta’ bejnietna, siehbi Fra Gwann Xerri, dumnikan bhali, kien juza’ l-kelma ‘komplicità’. Ahna dejjem nuzaw din il-kelma b’mod negattiv; hu kien juzaha b’tifsira pozittiva. Waqaghli s-suspett li dan l-uzu mhux tas-soltu tal-kelma kien aktarx gej mill-esperjenza twila Latino-Amerikana li Fra Gwann kellu. U hekk kien.

Izda l-interess tieghi fl-esplorazzjoni ta’ din il-kelma – jew, ahjar, ta’ dan il-kuncett – ma kienx biss ta’ natura kurzitarja jew superficjali. Hemm sustanza fl-uzu pozittiv ta’ din il-kelma sfortunata u kien dan li ridt nikseb.

Tifsir legalistiku

Meta ahna nghidu li xi hadd hu ‘komplici’ aktarx dejjem ghandna f’mohhna li hu msieheb f’xi delitt jew f’xi haga hazina. Naturalment, hu aktarx minn hawn li gej l-uzu esklussivament negattiv taghha, uzu li, bhal hafna kliem u kuncetti ohra li nhaddmu komunement fid-diskors taghna, jidher li hu mxekkel u mfaqqar minn mentalità eccessivament legalistika. L-istess, nghidu ahna, bhal meta nuzaw kliem bhal ‘dnub’, ‘knisja’, ‘nazzjon’, ‘salvazzjoni’ u ohrajn.

Infatti, l-uzu negattiv tal-kelma ‘komplici’ jew ‘komplicità’ jirrifletti dak li jistqarr il-Kodici Kriminali taghna f’Artiklu 42, fejn jghid: “Persuna titqies komplici jekk hija (1) ordnat delitt, (2) gieghlet delitt isir permezz ta’ rigali, weghdiet, theddid, maniggi, b’qerq jew b’abbuz ta’ poter, (3) tat armi, ghodod jew mezzi ohra biex jintuzaw f’delitt, (4) ghenet biex delitt jigi mhejji jew imwettaq, (5) xewwxet lill-offensur jew sahhitlu r-rieda tieghu sabiex jaghmel id-delitt u/jew (6) weghdet lill-offensur li tieqaf mieghu jew tikkompensah wara d-delitt”.

Ghalina, fl-uzu komuni tal-kelma, anki b’mod familjari, ‘komplicità’ tintuza dejjem b’xi wiehed jew aktar minn dawn it-tifsiriet li jissemmew fil-ligi. Qajla nuzawha b’xi tifsira ohra. Dawn it-tifsiriet huma kollha negattivi u ma jhallu ebda lok ghal uzu pozittiv tal-kelma.

Komplicità passiva

Ma’ dawn it-tifsiriet negattivi nistghu nzidu ohra: il-‘komplicità tas-silenzju’ jew, kif gieli tissejjah, il-‘komplicità passiva’. Din l-espressjoni nuzawha ta’ sikwit biex nesprimu l-agir ta’ xi hadd li jissiehab f’azzjoni hazina billi ma jaghmel xejn biex irazzanha. Il-passività quddiem il-hazen b’xi mod jaghmilna komplici fih; ahna etikament obligati nrazznu l-hazen.

F’dan l-uzu tal-ahhar, nistghu inkunu wkoll komplici f’sens negattiv meta niskuzaw lil min ikun hati ta’ xi agir hazin. Dan ukoll jaghmilna b’xi mod komplici, jew imsiehba, fl-agir tieghu. Bhal meta omm, nghidu ahna, tiskuza lil uliedha wara li jkunu ghamlu xi haga hazina, jew meta awtorità legittima tiskuza jew tahfer lil xi kriminal ghal ghemilu, jew anki meta zewg t’ihbieb jaghlqu ghajnejhom ghall-izbalji ta’ xulxin.

Dan japplika wkoll ghal dawk is-sudditi li, ghal xi raguni jew ohra, jiskuzaw il-hazen li seta’ qieghed jaghmel dak li jkun jinsab fit-tmexxija taghhom. Fuq l-istess principju li ahna obligati nirrezistu, niddenuncjaw u niggieldu l-hazen, dan l-agir jaghmilhom komplici – ghal darba ohra f’sens negattiv – tal-hazen tal-mexxej taghhom.

Possibbiltà ohra

Minkejja dawn it-tifsirijiet negattivi kollha tal-kelma ‘komplicità’, fir-realtà l-istess kelma tista’ tkun hafna aktar rikka jew ghanja minn hekk, specjalment fit-tifsir u fl-uzu pozittivi taghha. L-uzu taghha m’ghandux ghalfejn ikun necessarjament jew esklussivament negattiv.

Infatti, fis-sens pozittiv li jista’ jsir minnha hija thaddan medda sabiha ta’ tifsiriet u implikazzjonijiet li, jekk mifhuma sewwa, jistghu tabilhaqq jaghnu u jsebbhu l-personalitajiet u r-relazzjonijiet taghna. F’sens pozittiv, nistghu – u forsi ghandna - inkunu tassew komplici. Fuq kollox, din il-komplicità tista’ tifthilna perspettivi godda ta’ hbiberija, ta’ shubija u ta’ kollaborazzjoni ma’ haddiehor.

Fil-bqija ta’ din il-kitba, huwa dan li nixtieq nipproponilek: l-ghana li fiha l-komplicità pozittiva (jew il-‘komplicità kritika’, kif isejhulha xi whud) u anki xi modi ta’ kif tista’ taghrafha, thaddanha u tkattarha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?