Komplicità (2)

IT-TIENI PARTI

Minbarra t-tifsir negattiv taghha, il-kelma ‘komplicità’ jista’ jkollha wkoll tifsir pozittiv ghani hafna. Dan it-tifsir jista’ jghinna sabiex niskopru xejriet tal-esperjenza umana li ghandhom il-hila jghinuna nsahhu relazzjonijiet ta’ shubija u ftehim.

L-etimologija tal-kelma

Etimologikament, il-kelma ‘komplicità’ gejja mill-kelma Latina ‘complicare’, li tfisser ‘titwi flimkien’, bhal meta jkollok xi bicctejn drapp jew karta u tqeghidhom ezatt ma’ xulxin. Ghaldaqstant, minnha nnifisha, il-kelma timplika certu xebh u reciprocità ta’ haga ma’ ohra. Fuq il-lat uman, il-kelma bdiet tintuza ghal dak il-ftehim mill-qrib bejn il-persuni.

Izda bhalma aktarx jigri dejjem fl-uzu tal-kliem, maz-zmien it-tifsira tal-kelma djieqet u bdiet tintuza, mhux ghal kull shubija u ftehim, imma ghal dik biss li ssir bejn persuni li jissiehbu flimkien biex iwettqu xi haga hazina. B’hekk, ftit ftit it-tifsir originali u generali tal-kelma ntilef u ntesa, u baqa’ biss dak idjeq u negattiv.

Is-sejbien mill-gdid tal-implikazzjonijiet pozittivi tal-kelma ‘komplicità’ u l-uzu taghha, kif ukoll tal-indikazzjonijiet li taghtina mill-lat ta’ relazzjonijiet umani, tehodna lura ghall-iskoperta ta’ realtajiet li aktarx huma essenzjali ghall-bini ta’ shubijiet u ftehimijiet specjali, intimi u produttivi.

Paulo Freire

Jidher li wiehed mill-ewlenin li, ghallanqas b’mod pubbliku, influwenti u mifrux, rega’ skopra l-lat pozittiv tal-kelma ‘komplicità’ kien l-edukatur u l-filosfu Braziljan maghruf, Paulo Freire (1921-1997). Hu jithaddet dwar dan l-aspett tal-‘pedagogika kritika’ tieghu f’diversi kitbiet, imma l-aktar f’‘Conscientizar para Libertar’ (Gharfien ghall-Helsien), ktieb ippubblikat fl-1979, editjat minn Carlos Alberto Torres.

Skont stqarrija tal-2008 li ghamlet it-tieni mara tieghu, Nita (Ana Maria Araújo), Paulo Freire tghallem it-tifsir l-aktar shih tal-komplicità miz-zewg nisa u kollaboraturi li kellu: Elza (Elza Maia Costa de Oliveira, li zzewweg fl-1944; mietet fl-1986) u Nita nnifisha (li zzewweg fl-1988).

Skond Paulo Freire nnifsu – fl-ahhar intervista li kien ta f’April tal-1997 (lil Luciana Burlamaqui) – jghid li din il-komplicità beda jitghallimha meta fl-1946 mar jghix u jahdem mal-fqar f’Pernambuco, qrib Recife (Brazil). Huwa stqarr li tghallimha fi hdan tip ta’ ghajxien mal-fqar li kkwalifikah bi tliet kelmiet: ‘amorosidade’ (ghozza, imhabba), ‘lealdade’ (lealtà, sedqa) u ‘camarada’ (xirka, shubija).

Il-fqar, jghid Freire, ghallmuh jghix ‘fil-fidi’, jigifieri bi twemmin li ma jaghmilx ferq bejn il-profan u s-sagru; bejn il-materjalizmu storiku u l-ghajxien fi Kristu. Gharaf li kien hemm ‘komplicità’ (bhalma tghid il-filosfa u mistika Franciza Simone Weil) bejn Alla, l-univers u l-fqar.

Kuntest liberatorju

Kien aktarx bit-tnebbih ta’ Paulo Freire li fl-Amerika Latina kibret u xxettlet dik li baqghet tissejjah it-‘Teologija tal-Liberazzjoni’, specjalment permezz tal-Peruvjan Gustavo Gutiérrez, il-Braziljan Leonardo Boff, l-Elsalvadoren Jon Sobrino u l-Urugwajiz Juan Luis Segundo.

Il-kuncett ferm ghani ta’ komplicità kien parti integrali minn din it-teologija. Ir-raguni hi li t-Teologija tal-Liberazzjoni, bhall-Pedagogija Kritika ta’ Paulo Freire, ma bdietx mill-ispekulazzjoni teoretika, mill-astrazzjonijiet filosofici jew mit-tnebbih akkademiku. Bdiet mill-ghajxien, it-tigrib u l-fidi tal-fqar, iz-zghar u l-maghkusa f’kuntest specifiku ta’ mhabba, lealtà u shubija; kuntest spiritwali.

Huma dawn il-kwalitajiet – u ohrajn maghhom – li s-sejbien mill-gdid tat-tifsira pozittiva tas-sentiment tal-komplicità tista’ tnissel f’dawk li jagharfuha. Huma kwalitajiet li jitfghu dawl fuq x’ghamla ta’ lealtajiet inhaddnu ahna; x’sura ta’ shubijiet bnejna f’hajjitna; ma’ xiex irbattna l-imhabbiet u ghozziet taghna.

F’dan is-sens, inti u jien aktarx jehtieg li nistaqsu ma’ xiex u ma’ min ahna komplici, kemm b’mod attiv u kemm b’mod passiv: Ma’ min jaghmel il-hazen? Ma’ min ighassar in-nies? Jew ma’ min jikkontribwixxi fil-helsien u l-emancipazzjoni psikologika, socjali, politika u ekonomika ta’ haddiehor?

Id-darba li gejja, nixtieq nistharreg b’mod aktar sistematiku dan il-koncett ta’ komplicità.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?