Komplicità (3)

IT-TIELET PARTI

Il-kuntest fi fih tista’, f’sens pozittiv, titnissel u tikber il-virtù umana tal-komplicità – ghallanqas skond Paulo Freire – huwa kkaratterizzat mill-ghozza u l-imhabba, mill-lealtà u s-sedqa u mix-xirka u s-shubija li tinholoq bejn in-nies.

Kwalità tar-ruh

Fi kliem iehor, tnejn min-nies (jew aktar) li jghozzu lil xulxin, li huma leali lejn xulxin u li bejniethom hemm sens ta’ shubija joholqu komplicità ta’ fehma u sentimenti komuni li biha jaffrontaw ir-realtà ta’ madwarhom. Din il-komplicità ta’ bejniethom turi kemm waslu li jgibu ruhhom qrib ta’ xulxin; li m’ghandhomx bzonn kliem – imma mqar harsa – sabiex jifhmu lil xulxin u jagharfu x’hemm fil-qalb ta’ xulxin.

Din is-sura ta’ komplicità hija kwalità tar-ruh. Mhijiex xi gharfien intellettwali jew filosofiku. Hija kultura jew trobbija interjuri li biha l-persuni jiksbu armonija ta’ sentimenti u ekwilibriju ta’ fehmiet. Din il-kultura tizhar u twarrad bis-smigh. Persuni li ghandhom komplicità sabiha bhal din ikunu tabilhaqq semghu lil xulxin. Ikunu semghu specjalment il-hsus tal-qalb u l-lehhiet tal-mohh.

Hemm ghozza kbira bejn persuni bhal dawn. Hemm lealtà qawwija lejn xulxin. Hemm shubija profonda li b’xi mod iggibhom biex jixtiequ l-istess ideali u jaqsmu l-istess holm. Huma persuni li ghandhom fiducja f’xulxin; li hallew ir-rispett ta’ bejniethom tikber f’kumplicità ma’ ta’ xulxin.

Hbiberija vera

Persuni bhal dawn mhux bilfors ikollhom l-istess stil ta’ hajja. Mhux bilfors ikunu mizzewwgin jew mahbubin b’mod romantiku. Imma zgur li bilfors huma hbieb ta’ xulxin; hbieb tassew. Ghalhekk, jaccettaw minghajr diskussjoni l-personalitajiet ta’ xulxin u ma jfittxux li jibdlu lil xulxin skond kif iridu huma.

Huma l-ispirti taghhom – jew ruhhom, jekk trid – li jinsabu f’armonija ta’ hbiberija vera. F’relazzjoni bhal din, mhemmx min irid jirkeb fuq il-parti l-ohra jew jiddomina ’l-parti l-ohra. Hemm mixja parallela f’sinkronija minghajr sforzi. Hemm ftehim mimli rispett li jigi minn certa affinità bejn l-ispirti tal-persuni.

“Li jkollok il-hbieb,” jghid il-poeta u l-kittieb Braziljan tas-seklu 19, Machado de Assis, “hija l-aqwa komplicità.” U l-filosfa u mistika Franciza tas-seklu 20, Simone Weil, tghid hekk: “Huwa l-Gmiel li jinsab fil-qiegh tal-komplicità”.

Id-direttur maghruf Ingliz tal-films, Peter Cattaneo (ta’ The Full Monty u Opal Dream), jghid li “jezisti certu livell ta’ komplicità pozittiva meta tim ta’ nies iharsu dahar xulxin”.

Hsieb ghall-ghemil

Forsi inti gieli nnutajt din is-sura ta’ komplicità ‘pozittiva’ bejn il-hbieb jew anki bejn xi mizzewwgin. Kif b’daqqa ta’ ghajn jew b’caqlieqa ckejkna ta’ id jew ta’ ras, jew anki b’espressjoni tal-wicc jew tal-halq, jiftiehmu perfettament bejniethom. Forsi anki nnutajt kif persuni li jgibu hafna lil xulxin jafu implicitament parti u ohra x’ikunu qeghdin jahsbu.

Din it-tip ta’ komplicità tmur aktar lil hinn minn hwejjeg purament personali, specjalment meta persuni jaqblu bejniethom fuq perspettivi jew filosofiji partikulari dwar ir-realtà ta’ madwarhom; meta jaraw id-dinja – bil-komplessitajiet politici, socjali, ekonomici u religjuzi taghha – minn angolu u mhux minn iehor. Bejn dawn il-persuni tinholoq certa shubija fuq kif janalizzaw id-dinja, kif jiggudikaw dak li jigri jew ma jigrix go fiha u anki kif ghandhom jagixxu f’cirkustanzi partikulari li jinqalghu.

Fil-Bibbja hemm storja interessanti dwar komplicità bhal din (aktarx imsemmija ta’ spiss fit-Teologija tal-Liberazzjoni), meta l-qwiebel m’obdewx lill-Farghun li joqtlu s-subien Ebrej (Ezodu 1:25-20). “Ghalhekk Alla ghamel il-gid mal-qwiebed,” tghid l-Iskrittura.

Gesù wkoll jirreferi ghal komplicità simili, meta jheggeg lil “ulied id-dawl” biex “jimxu bil-ghaqal … ma’ min hu tal-qatgha taghhom” (Luqa 16:8).

Darba ohra, nikkonkludi billi nuri x’hemm fil-qiegh tal-komplicità pozittiva; x’inhu dak li jzommha hajja.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?