Sunday, 13 September 2009

Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (1)

L-EWWEL PARTI

Jidher li l-fenomenu religjuz ilu parti mill-hajja umana fuq il-gzejjer Maltin sa mill-bidunett li n-nies abitaw f’dawn l-inhawi. Matul is-sekli, dan il-fenomenu garrab bidliet qawwija, kif ghadu jgarrab sahansitra sallum, specjalment mis-snin sittin tas-seklu l-iehor lil hawn. Dan l-artiklu jistharreg x’aktarx kienu l-kawzi ewlenin tal-bidla f’dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin u wkoll l-effetti li dawn il-kawzi hallew fuq ir-religjon. B’dan il-mod, huwa jfittex li jfisser l-istat li ghandu bhalissa l-fenomenu religjuz fis-socjetà Maltija tallum.

Il-fenomenu religjuz

Fil-bidu taghha, il-kelma ‘religjon’ aktarx kienet tintuza ghal ‘rabta qawwija’ li xi hadd kien ikollu ma’ xi haga jew ma’ xi hadd b’mod generali. Maz-zmien, l-uzu taghha nbidel u l-kelma bdiet tintuza biex tirreferi biss ghar-rabta ta’ xi hadd ma’ xi divinità u, ghaldaqstant, ma’ agir li jindika twemmin f’xi qawwa divina. Jekk dik il-qawwa divina kinetx tezisti tabilhaqq jew kinetx biss immaginarja ftit taghmel differenza meta wiehed iqis kif twemmin f’qawwa divina jaffettwa l-psikologija tal-bniedem li jemmen jew anki meta wiehed iqis il-prezenza socjali tar-religjon. Li jista’ jitqies bhala cert huwa l-fatt li twemmin bhal dan―jew anki n-nuqqas tieghu―dejjem ihalli effett xi ftit jew wisq qawwi fuq l-agir ta’ min ihaddnu u dan, naturalment, ghandu relevanza psikologika u socjali konsiderevoli. Ghaldaqstant, hawnhekk se nistharrgu l-aktar it-twemmin bhala fenomenu socjali.

L-evidenza xjentifika turi li l-bniedem beda jhaddan xi twemmin fl-ezistenza ta’ qawwiet divini kmieni hafna fil-grajja evoluttiva tieghu. Fil-bidu jidher li dan kien rizultat ta’ gharfien li kien hemm bosta affarijiet fin-natura li dehru hafna aqwa mill-bniedem li la seta’ jifhem ghala u kif isehhu u lanqas seta’ jikkontrollahom; affarijiet bhat-tempesti, it-terrimoti, l-gharar, il-vulkani u hwejjeg bhal dawn.

Evidenza religjuza

Maz-zmien, dan l-gharfien sar aktar sofistikat u l-bniedem jidher li beda jistaqsi minn fejn setghu gew id-dinja, l-ghadd bla qies tal-kwiekeb, it-tlugh u l-inzul tax-xemx u l-qamar, il-bidla tal-istaguni, il-frott tal-art, il-mewt u hafna affarijiet ohra li donnhom kollha kellhom rieda indipendenti minnu. Fuq medda ta’ eluf ta’ snin, minn hawn jidher li tnissel il-kuncett tal-ezistenza ta’ qawwiet divini li b’xi mod kienu responsabbli ghall-bidu u l-kontinwazzjoni ta’ dawn l-affarijiet. Ir-religjon tidher li giet minn dan il-kuncett; meta l-bniedem beda jaghraf li jista’ jidhol f’xi tip ta’ rabta (jew relazzjoni) ma’ dawn il-qawwiet divini. B’rizultat ta’ dan, il-bniedem beda anki jibdel u jfassal hajtu skond ma fehem li ghandha tkun din ir-relazzjoni.

F’Malta u Ghawdex ghandna evidenza diretta ta’ dan. It-tempji neolitici taghna jmorru lura madwar 7,000 sena u huma meqjusa bhala whud mill-eqdem xhieda fid-dinja tat-twemmin religjuz tal-bniedem primittiv. Din ix-xhieda straordinarja mhijiex lanqas nieqsa minn xhieda arkeologika ohra li turi li t-twemmin religjuz fil-gzejjer Maltin issokta fl-eluf ta’ snin li gew wara. Din ix-xhieda―neolitika, Punika, Griega, Rumana, nisranija, Bizantina, Musulmana u Kattolika―tibqa’ gejja bla qtugh sallum u hija evidenza cara li l-psikologiija u l-hajja socjali tal-Maltin dejjem kellha rabta xi ftit jew wisq qawwija mat-twemmin religjuz.

Nuqqas ta’ kontinwità

Din konsistenza li nsemmu hawnhekk setghet ma kinetx daqshekk kontinwa daqskemm llum nassumu li kienet. F’din il-haga probabbilment nissimplifikaw izzejjed. Bhalma aktarx nissimplifikaw izzejjed meta nassumu li kien hemm xi kontinwità bejn il-‘Maltin’ li ghex, nghidu ahna, fi zmien ir-Rumani u l-‘Maltin’ li gew wara jew qabel. Naturalment, dan naghmluh ghal skopijiet ta’ konvenjenza, sabiex nippruvaw niskopru xi ftit il-qrubija jew it-tbeghid tal-fasliet differenti li gew ma’ kull fazi. Ebda qtugh ma seta’ kien la hesrem, la minghajr kontradizzjonijiet u lanqas minghajr tahlit.

No comments:

Post a Comment

Top posts last 30 days

Top posts ever