90 sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech (I)

Nhar il-Hadd li gej, 17 ta’ April, jahbat id-90 anniversarju mill-mewt ta’ Manwel Dimech. Minn hawnhekk, nixtieq ninghaqad ma’ bosta ohrajn li qeghdin ifakkru dan l-avveniment u wkoll nistieden lilek sabiex tinghaqad maghna f’din it-tifkira.

Sens ta’ gratitudni

Tifkira bhal din ghandha zewg skopijiet ewlenin. L-ewwel nett, ghandha sens ta’ gratitudni. Din il-virtù hija wahda mill-hiliet l-aktar profondi tal-personalità umana. Bniedem tkun taf kemm hu matur minn kemm hu kapaci jkun grat ghal dak li ghandu u ghal dak li rcieva.

Bniedem ingrat hu bniedem ta’ karattru u personalità immatura. Dan ghaliex mhuwiex kapaci japprezza r-rigali li rcieva fil-hajja minghajr m’ghandu dritt ghalihom. Il-bniedem ingrat jippretendi li kollox jigi ghandu b’xi dritt. Jahseb li jisthoqqlu jircievi l-hafna hwejjeg sbieh li ghandu f’hajtu. Il-gratitudni hija s-sigriet tal-ferh; l-ingratitudni, tal-imrar.

Dan is-sentiment jinfirex ukoll fl-imghoddi taghna daqskemm fil-prezent. Jinfirex ukoll biex ihaddan personalità tant sabiha bhalma hi dik ta’ Manwel Dimech. Il-mewt qalila tieghu, mifrud minn familtu u eziljat minn pajjizu, ma kinetx ghalih innifsu, imma ghal dawk li ghalihom iddedika l-bicca l-kbira ta’ hajtu, fosthom anki ghalik.

Li jkollok sens ta’ gratitudni ghas-sagrificcju suprem tieghu huwa biss sinjal ta’ kemm int kapaci tapprezza haga tal-ghageb bhal din.

Sens ta’ impenn

L-iskop ewlieni l-iehor ghala ghandna nfakkru anniversarju bhal dan huwa s-sens ta’ impenn li ghandu jkollna ghall-ideali li ghalihom ghex, bata’ u miet Manwel Dimech. Dan is-sens igib mieghu sens ta’ responsabbiltà quddiem l-isfidi tal-hajja, mhux taghna personali biss, imma ta’ haddiehor ukoll.

Zmienna hu partikularment immarkat minn attenzjoni personali esklussiva. Il-filosofija neo-liberali ta’ zmienna twassalna sabiex nesageraw l-individwalità taghna minghajr ma nqisu li ahna parti mill-familja umana. Hafna drabi nagixxu bhallikieku ahna biss nezistu; nagixxi bhallikieku haddiehor mhuwiex affari taghna.

Id-dedikazzjoni ta’ Dimech tul il-bicca l-kbira ta’ hajtu kienet sabiex igib l-emancipazzjoni tal-poplu Malti. Dan ifisser li n-nies ma jibqghux imgieghla jahsbu li ma jghoddu ghal xejn ta’ siwi jew xieraq, u jiehdu sehem ugwali fid-decizjonijiet li jaffettwaw il-hajja taghhom u ta’ haddiehor.

Dan l-ideal gholi jfakkarna fid-dmir taghna li niehdu hsieb, mhux biss lilna nfusna, imma wkoll lill-familja umana u lid-dar naturali taghna (li hi d-dinja).

Martirju?

Nistghu nirreferu ghal “martirju” meta nitkellmu dwar il-mewt ta’ Dimech? Il-kelma “martirju” gejja mill-Griek “martyrjon”, li tfisser “xhieda”. Biex bniedem jissejjah “martri” jehtieg li hajtu tkun giet attivament mitmuma minn haddiehor appositament minhabba t-twemmin tieghu; ghaldaqstant, mewtu ssir hi stess manifestazzjoni, stqarrija, ta’ dak it-twemmin.

Nistghu nazzardaw nghidu daqstant dwar Dimech minghajr ma nkunu qeghdin nesageraw jew inharrfu? Jien jidhirli li nistghu.

L-ewwel nett, nistghu nghidu li “inqatel” flok sempliciment “miet”? Iva, nistghu. Minn dak kollu li nafu minn dokumenti kurrenti, Dimech gie konxjament mitmum illegalment, abbuzivament u prematurament. Il-mewta tieghu ma kinetx ta’ mument wiehed istantanju (bhal meta xi hadd jaqta’ ras xi hadd, jisparalu jew jghallqu). Kienet mewta li giet ikkawzata konxjatment minn haddiehor fuq medda ta’ sitt snin u nofs.

It-tieni, nistghu nghidu li “inqatel” b’dan il-mod appositament minhabba t-twemmin tieghu u mhux ghal raguni ohra? Iva, nistghu. Ghal darba ohra, mid-dokumenti kollha ezistenti relattivi ghall-perjodu bejn l-1914 u l-1921, nafu bic-cert li r-raguni ewlenija ghala Dimech gie konxjament eziljat, ikkalzrat u mxejjen kien minhabba t-twemmin emancipatorju tieghu u ghal ebda raguni ohra.

Mixja Simbolika

Ghaldaqstant, mewt hi xhud tat-twemmin tieghu. “Ftakru fil-kelmiet ta’ Manwel Dimech, ghall-anqas wara mewtu,” kien kiteb hu stess meta kien ghadu Malta, “meta huwa jkun hiemed u kwiet taht l-art, biex ma jarax izjed il-qerq tal-ghedewwa taghkom, u l-genn taghkom, li temmnu kulma jghidulkom, u thallu lil kull proxxmu hazin jaqbadkom minn imnehirkom u jigbidkom ’il fejn irid.”(1)

Sabiex jitfakkar l-anniversarju tad-90 sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech, nhar il-Gimgha, 15 ta’ April, se ssir Mixja Simbolika minn ghadd ta’ ghaqdiet flimkien, kif ukoll minn kulmin ihoss dan d-dmir li jfakkar, bi gratitudni u impenn, lil dan il-qalbieni Malti. Inghaqad maghna int ukoll!

Il-Mixja Simbolika se tibda fil-5.30 ta’ waranofsinhar minn fejn qabel kien hemm il-British High Commission, il-Furjana (Triq Sant’Anna), u tintemm fuq il-monument ta’ Dimech f’Misrah Kastilja, quddiem l-ufficcju tal-Prim Ministru.

Ghall-okkazjoni, ikun apprezzat jekk iggib mieghek fjura wahda biex tqieghda f’riglejn il-monument. Dan ikun gest zghir ta’ solidarjetà u radd il-hajr.

_____________________________________

(1) Minn Il Bandiera tal Maltin tat-30 ta’ Awwissu tal-1913, pagna 2.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?