Sunday, 15 May 2011

Mill-harsa taz-zghir

Illum jahbat il-50 anniversarju mill-pubblikazzjoni tal-ittra universali, maghrufa bhala MATER ET MAGISTRA (Omm u Ghalliema), tal-Papa Gwanni XXIII. L-ittra storika u famuza giet mahruga ezattament it-Tnejn, 15 ta’ Mejju tal-1961, u tat toghma gdida lill-hekk imsejjah “taghlim socjali” tal-Knisja Kattolika.

Bidla ta’ attitudni

Din l-ittra universali (jew “Enciklika”) tal-Papa t-twajjeb giet mahruga f’gheluq is-70 sena minn ohra simili ghaliha (u forsi aktar famuza minnha) mxandra l-Gimgha, 15 ta’ Mejju tal-1891, mill-Papa Ljun XIII (bhal-lum 120 sena ilu), maghrufa bhala RERUM NOVARUM (Hwejjeg Godda). L-ittra tal-Papa Ljun bdiet tradizzjoni ta’ taghlim socjali ekklezjastiku li ghadha sejra sal-lum.

Fis-sebghin sena li kienu ghaddew mir-Rerum Novarum sal-Mater et Magistra, il-Papiet Kattolici wiegbu ghall-qawmien tal-moviment tal-haddiema, ghall-kapitalizmu u ghas-socjalizmu b’attitudni li hegget il-kontroll tat-taqtigha bejn il-klassijiet socjali u l-militanza tal-unjins tal-haddiema. Bazikament, din l-attitudni fittxet li ssalva l-ordni ekonomiku stabbilit u tliggem kemm jista’ jkun ir-rivoluzzjoni socjali li kienet qed issehh fil-qasam tax-xoghol.

Gwanni XXIII bidel din l-attitudni u tkellem mill-pozizzjoni politikament u ekonomikament zvantaggjata tal-haddiem fit-triq u fuq il-lant tax-xoghol, specjalment il-bidwi, li kien qieghed jitqabad mhux sempliciment ghad-drittijiet daqskemm ghad-dinjità, il-gieh u r-rispett. Fl-ittra tieghu, forsi ghall-ewwel darba fl-istorja moderna tal-Knisja Kattolika, il-Papa jiehu perspettiva liberali u riformista tal-“kwestjoni socjali”.

Perspettiva eccezzjonali

It-temi ewlenin li gew mistharrga mill-Papiet f’dawn l-ahhar 120 sena ta’ taghlim socjali huma essenzjalment ghaxra: id-dinjità ta’ kull bniedem; il-komunità u l-gid komuni; id-drittijiet umani u r-responsabbiltajiet li jgibu maghhom; l-ghazla ghall-fqar u l-vulnerabbli; il-partecipazzjoni ta’ kulhadd fil-hajja ekonomika, politika u kulturali tas-socjetà; id-dinjità tax-xoghol u d-drittijiet tal-haddiema; il-harsien tal-holqien; is-solidarjetà globali; ir-rwol kostruttiv tal-gvernijiet; u l-promozzjoni tal-paci u l-gustizzja.

Minkejja li dawn kollha huma temi “socjali”, mhux bil-fors li wiehed ihares lejhom b’kuxjenza verament socjali. Anki l-kapitalisti, l-ispekulaturi u l-awtoritarjanisti leminin u xellugin ilabalbu dwarhom. Xi Stalin u Mugabe, biex insemmu zewg awtoritarjanisti xellugin, kienu jtaqtqu dwarhom daqs Hitler, Pinochet, George W. Bush, Thatcher, Aznar, Brown u Prodi. L-istess bhalma llum jaghmlu Gaddafi, Kim Jong-li, Abbas u Putin, kif ukoll Olmert, Berlusconi, Sarkozy, Zapatero, Merkel, Cameron u Gregg.

Dawn kollha, b’xi mod jew iehor, haddnu (jew ihaddnu) politika socjali u ekonomika li tvarja minn pozizzjonijiet kollettivisti sa ohrajn faxxisti u ohrajn neo-liberali. Dan jista’ jghodd ukoll ghall-perspettivi li haddnu l-bicca l-kbira tal-Papiet minn Ljun XIII lil hawn, li fosthom Gwanni XXIII jista’ tabilhaqq jitqies bhala xi ftit jew wisq eccezzjonali. Naturalment, dan jirrifletti wkoll direttament fuq l-attitudni generali tal-Isqfijiet fid-djocesijiet taghhom madwar id-dinja.

Sejha dejjem hajja

Illum, b’mod generali r-rih fil-Knisja Kattolika mhuwiex qieghed jonfoh fid-direzzjoni tal-gustizzja socjali. Ovvjament, ma jistax jonqos li jkun hawn hafna preokkupazzjonijiet socjali. Biss biss, nghidu ahna fl-ahhar ittra universali tieghu, maghrufa bhala Deus Caritas Est (All hu Mhabba; 2009), il-Papa Benedittu XVI sahaq l-aktar fuq l-importanza tad-dmirijiet socjali, gharfien shih tal-bniedem u l-perikli tat-teknologija fil-hajja ta’ kuljum.

Madanakollu, prokkupazzjoni socjali mhux necessarjament tfisser tiftix ta’ soluzzjonijiet socjali li jibdlu s-sistemi politici u ekonomici li joholqu l-faqar, id-dizugwaljanza, l-eskluzjoni u l-ingustizzji. Tista’ wkoll tfisser, fost hwejjeg ohra, accettazzjoni tas-sistemi u xewqa ghal bdil, adattament jew tirqim fihom ta’ xi tip jew iehor. Infatti, Benedittu XVI ma jidhirx li, fil-bicca l-kbira ta’ hsiebu, heggeg harsa socjali min-naha taz-zghir; aktarx li ghamel kien li, ta’ intellettwali li hu, nizel aktar fil-fond ta’ dak li l-Papiet ta’ qablu kienu digà thaddtu dwaru.

L-ittra Mater et Magistra, flimkien ma’ ittra ohra mahruga minn Gwanni XXIII sentejn wara, imsejha Pacem in Terris (Il-Paci fid-Dinja), xi ftit jew wisq hejjew l-art ghall-hidma tal-Koncilju Vatikan II. Flimkien, dawn sejhu lill-Knisja ghal hidma li taghraf lilha nnifisha bhala l-komunità taz-zghir, komunità li, fid-dawl ta’ Alla, timxi lejn liberazzjoni tal-hsieb, tal-qalb u tal-ghajxien fi hdan strutturi socjali, politici, ekonomici u religjuzi gusti.

Illum, 50 sena mill-ewwel eku taghha, din is-sejha jehtieg li tigi mismugha mill-gdid.

2 comments:

  1. hola Mark, deberias hacer tus blogs en ingles o español, algunos nos quedamos con ganas de leerlos, un fuerte abrazo!!

    ReplyDelete

Top posts last 30 days

Top posts ever