Posts

L-illitteriżmu l-ġdid

Image
Jgħidu li l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għamlet passi ta’ ġgant fi ftit ġenerazzjonijiet. Illum daċ-ċittadini żgħar tagħna jafu bil-wisq aktar mill-ġenituri tagħhom jew, aktar u aktar, minn nanniethom. Tabilħaqq. Imma x’jafu? X’edukazzjoni hi li qed jingħataw? X’tagħlim qed jiġi mgħoddi lilhom? Jekk jafu kollox mingħajr ma jafu l-litteriżmu tal-komputer, allura għada pitgħada (jekk mhux diġà llum) jitqiesu bħala illitterati. Litteriżmu Ħafna drabi, il-kelma ‘litteriżmu’ norbtuha biss ma’ li xi ħadd ikunx jaf jaqra u jikteb. Bil-maqlub, l-illitterat jew l-illitterata huma ħafna drabi dawk il-persuni li ma jafux jaqraw u jiktbu. Sa ftit ilu kellna raġun naħsbu hekk meta nużaw dal-kliem. Madankollu, dan m’għadux jgħodd għal-lum il-ġurnata u wisq anqas għal għal pitagħada. Jista’ bniedem jaf jaqra u jikteb b’għoxrin ilsien differenti. Minkejja dan, jekk ma jafx l-ilsien tal-komputer u, għalhekk, ukoll mal-effiċjenza teknoloġika li tiġi miegħu, allura xorta w...

Il-politika tas-servizz

Image
Illum il-politika trid issib spazji dejjem ġodda biex toffri servizzi aħjar kemm lill-poplu lokali kif ukoll lill-barranin li jżuru l-inħawi. Dan hu żmien is-servizzi. Ir-raġuni ewlenija hija li kemm il-poplu lokali kif ukoll il-barranin li jżuruh huma xi ftit jew wisq nies li għandhom sold taħt rashom u jridu ħajja ta’ kumdità hienja. Il-bidu tas-sebgħinijiet Il-poplu tagħna beda jħoss sewwa l-ħtieġa għas-servizzi f’nofs is-snin sebgħin meta l-politika tal-gvern Laburista mmexxi minn Dom Mintoff kien irnexxielu jibda jgħolli l-livell tal-ħajja tan-nies. Qabel, għalkemm il-poplu Malti u Għawdxi ma kienx eżattament qed imut bil-ġuħ, lanqas ma kien qed jgħix fil-lussu jew kien f’pożizzjoni li jagħmel kapriċċi kbar. Dal-istat ta’ bejn faqar serju u ċertu grad ta’ lussu jidhirli li dam tul is-snin sittin. F’dan iż-żmien is-servizzi ma kinux l-aktar għall-Maltin u l-Għawdxin imma għat-turisti li bdew iżuruna f’għadd dejjem akbar. Il-poplu Malti, però, kien għadu qed jitqabad mal-ħaj...

L-antigoverniżmu vizzjat

Image
L-oppożizzjoni għall-gvern tal-ġurnata—għal kull  gvern tal-ġurnata—hija ħaġa tajba f’demokrazija. Tajba u b’saħħitha. Hija sinjal ta’ ċittadini ħajjin, ta’ attenzjoni politika. Iżżomm ukoll lill-gvern fuq ix-xwiek. Iżda meta l-oppożizzjoni ssir b’motivazzjonijiet partiġġjani, ma tibqax aktar ta’ fibra, għax tkun ivvizzjata. Il-partiġġjaniżmu jeqred sa l-isħaħ, l-isbaħ u l-oħla kawża li qatt tista’ teżisti fid-dinja. Protesti inkoraġġiti Dan mhuwiex kummentarju kontra l-protesta konsiderevoli li saret ftit ilu għall-ħarsien tas-siġar. Anzi. Hija favur dik il-protesta jekkemmildarba dawk li ssieħbu fiha m’aġġixxewx b’mod partiġġjan. Naf li kien hemm xi wħud li hekk għamlu; lil dawn ma nqishomx protestaturi ġenwini jew ukoll onesti. Inqishom opportunisti. Għax jinqdew b’kollox ħalli jsawtu l-gvern. Għalhekk għemilhom hu ivvizzjat, diżonest u ikrah. Il-ħafna oħrajn, però, li ssieħbu fil-protesta irrispettivament jekk hemmx dan il-gvern jew ieħor, nies li setgħu ssieħbu wkoll f...

Il-perfezzjoni u l-kaos

Image
Il-ħajja hi dik li nagħmluha aħna. Ilkoll kemm aħna jiġuna ma’ wiċċna l-problemi, ħafna żgħar, imma xi kultant kbar ukoll. Jiddependi ħafna minna nfusna x’nagħmlu b’dal-problemi: inħaffux jew intaqqlux is-soluzzjoni tagħhom; jew, jekk ma jkollhomx soluzzjoni, ngħixux kuntenti jew imdejqin bihom. L-attitudni li nieħdu tagħmel id-differenza kollha. Espressjoni kurjuża Ftit ilu kont qed nara film daqxejn antik (bħali), u fl-istorja kien hemm bħal speċi ta’ diżgwid bejn tnejn min-nies. Ma setgħux jaqblu bejniethom għaliex l-attitudni tagħhom lejn il-ħajja kienet differenti. Ħin minnhom, wieħed mill-atturi donnu ntebaħ x’kienet l-imma li tofroqhom u pprova jfisser kif. Il-kliem tiegħu laqatni ħafna u xtaqt naqsmu miegħek hawnhekk. Dan l-attur stqarr li n-nies jieħdu attitudnijiet differenti minn xulxin fil-ħajja għax, meta jirraġunaw, jibdew minn punti differenti. Ir-raġunar ta’ xi wħud huwa “mill-perfezzjoni ’l isfel”; ta’ oħrajn, “mill-kaos ’il fuq”. Bl-Ingliż kienet hekk: “From p...

It-tagħlim soċjalista

Image
Niddubita jekk f’pajjiżna għadx fadal post wieħed, fil-Partit Laburista jew barra minnu, fejn il-pubbliku jista’ jikseb it-tagħlim soċjalista. Dan in-nuqqas ilu s-snin, jekk mhu ukoll l-għexieren ta’ snin, u donnu ftit huma dawk li jħossuh jew jixtiequh mod ieħor. Dan jista’ jkun ta’ ħsara kbira għall-ġejjieni daqskemm hu ta’ ħsara għall-preżenti. L-analiżi politika Soċjaliżmu u tagħlim imorru flimkien. Dejjem, mill-bidu nett, is-soċjalisti fehmu l-eżistenza tagħhom bħala waħda li biċċa kbira minnha hi informattiva. Tagħlim mhux bilfors ifisser universitajiet, skejjel u ċertifikati. Jekk mhux dawn, żgur li jfisser il-mogħdija tat-tagħrif. Is-soċjalisti minn dejjem kienu nies li jitgħallmu u jgħallmu minn u lil xulxin. Dan hu naturali għalihom għax is-soċjalisti huma nies li għandhom il-ħila jaqraw ir-realtajiet tagħhom infushom u ta’ madwarhom b’għodod politiċi. Dal-għodod janalizzaw ir-realtajiet sabiex jiskopru fihom il-kontenut politiku, jiġifieri n-nisġiet li bihom kull ħaġ...

It-Turkija f’Ċipru

Image
Il-kwestjonijiet bejn it-Turkija u Ċipru mhux biss iġibu ma’ wiċċna xi realtajiet tal-Baħar Mediterran, kif ukoll ta’ pajjiż li bħalna hu ċkejken u gżira u bħalna kien kolonja Britannika. Iġib ukoll ma’ wiċċna l-inkapaċità tal-Unjoni Ewropea li, bil-paroli kollu tagħha, mhijiex kapaċi tressaq il-kwestjonijiet għal xi tip ta’ soluzzjoni suriet in-nies. L-inkwiet f’Ċipru Bħalissa għaddejja waħda kbira bejn it-Turkija u Ċipru. Wieħed jiftakar kemm daż-żewġ pajjiżi ilhom bl-inkwiet ma’ xulxin. It-Turkija taħkem fuq nofs Ċipru; Ċipru jkollu jaċċetta dil-ħakma. Niftakru wkoll kemm kien diffiċli għaċ-Ċiprijotti Griegi li jinqatgħu minn mal-Ingliżi, jiksbu l-indipendenza u jibqgħu ma jinbelgħux mit-Torok. Il-qasma ta’ Ċipru ilha xewka f’dahar il-Mediterran għal ħafna għexieren ta’ snin. Iżda wieħed irid ma jinsiex li t-Turkija wkoll hija pajjiż tal-Mediterran, u li jekk il-Mediterran għandu jkollu l-ġnus kollha ta’ madwaru magħquda fi ftehim ma’ xulxin, allura dan għandu jinkludi kemm ...

Il-provinċjaliżmu Ewropew

Image
Ftit jiem ilu saru l-ħatriet għall-aqwa ħames uffiċċji tal-Unjoni Ewropea. Il-proċess li wassal għall-ħatriet suppost kellhom mill-anqas juru bil-qawwa kollha mhux biss x’għaqda kien hemm f’din l-imbierka Unjoni, imma wkoll kemm kiber u saħħaħ il-kunċett u l-ideal Ewropew innifsu. Imma l-proċess la wera l-waħda u lanqas l-oħra. Anzi, wera x’firda kerha hemm fost l-imsieħba tal-Unjoni kif ukoll x’provinċjaliżmu ikreh jsaltan f’moħħhom u f’qalbhom. Biża’ li sparixxa Il-gvernijiet Ewropej għamlu minn kollox biex l-estremisti politiċi fl-Ewropa ma jirkbux ir-riħ fl-elezzjonijiet għall-parlament Ewropew li saru ftit tal-ġimgħat ilu. Il-biża’ kbir tagħhom kien li dawn l-estremisti se jagħmlu kisbiet kbar kullimkien fl-Ewropa, u l-parlament ikun hekk mimli bil-kandidati tagħhom li jqajmu fl-Ewropa t-theddida faxxista. Għalkemm il-biża’ kien kemm għall-estrem xellugi daqskemm għall-estrem lemini, kien l-aktar minn dan tal-aħħar li l-gvernijiet Ewropej riedu jilqgħu. Huma basru li r-reb...