Posts

Zwigijiet gay

Fil-harga ta’ l-orizzont tat-Tnejn, 23 ta’ Jannar, 2006, f’pagna 9, Dun Ang Seychell kiteb li “[ahna l-Insara] ma naccettawx li jitqies bhala ‘zwieg’ kull ghaqda bejn persuni ta’ sess wiehed jew li dawn jadottaw tfal taht l-età”. Dwar dan, u fid-dawl tar-rispett kbir li ghandi lejn Dun Ang, nixtieq naghmel xi riflessjonijiet ta’ natura filosofika: 1. Ghall-precizjoni, ma jistax jinghadd b’mod kategoriku li z-zwigijiet gay mhumiex accettati mill-insara KOLLHA. Il-kelma ‘nisrani’ tigbor fiha d-denominazzjonijiet kollha Kattolici, Protestanti u Ortodossi; u huwa fatt li, apparti l-pozizzjoni ufficjali ta’ kull denominazzjoni, mhux l-imsiehba kollha ta’ kull denominazzjoni ma jaccettawx iz-zwieg gay. Sahansitra hemm denominazzjonijiet insara li dan jaccettawh ufficjalment. Hemm ukoll Kattolici nfushom li, minkejja l-pozizzjoni ufficjali tad-denominazzjoni partikulari taghhom, dan jaccettawh ukoll. Ghalhekk, lanqas ma kien ikun preciz li kieku ntqal li ‘ahna l-Kattolici ma naccettawx, e...

Ir-relattivizmu religjuz

Fl-ahhar messagg tieghu, zewgt Ihdud ilu fl-okkazjoni tal-festa ta’ Kristu Re li saret il-Marsa (20/11/05), l-Arcisqof tkellem dwar ir-relattivizmu religjuz. Huwa qal (skond il-gazzetti) li ‘dan ir-relattivizmu―li fuq kollox huwa mgieba prattika―jaghmel hsara tant kbira li, fejn jahkem, il-hsara li jgib isejhulha d-“dittatura tar-relattivizmu modern”. Din twarrab ghal kollox l-istess verità u sahansitra lill-istess Alla’. Minn fejn gej? Il-kelma ‘relattivizmu’ gejja mill-kelma ‘relattiv’ (Lat. relativus , relazzjoni), jigifieri komparattiv ghal xi haga ohra. Ir-relattivizmu religjuz jiehu l-ispunt tieghu mir-relattivizmu xjentifiku, li hareg mit-teorija ta’ l-evoluzzjoni ta’ Charles Darwin (1809-82) ta’ l-1859 u sseddaq bit-teorija ta’ Albert Einstein (1879-1955) ta’ l-1905. Hemm differenza essenzjali bejn it-teoriji tar-relattività ta’ Darwin u Einstein (ta’ l-ewwel marbuta mal-bijologija; tat-tieni mal-kosmologija) u l-applikazzjoni taghhom f’oqsma differenti (is-socjologij...

When the law is an ass

It is surprising how some laws go unchallenged for so long even when they are so blatantly in conflict with the provisions that guarantee the universal respect of human rights. This alone makes them unconstitutional. Notwithstanding, such laws are continuously made use of at our courts by our prosecutors without the slightest twinge of conscience, magistrates rule on the basis of such laws arguably without pointing out their inequity, and lawyers defend clients against the imputation of such laws apparently without the slightest remonstration. This seems to me quite incredible (not to mention troubling). In particular, I refer to Article 30 of Chapter 101 of the Laws of Malta (Dangerous Drugs Ordinance), which, in part, states the following: Where a person has purchased or otherwise obtained or acquired a drug [...], the evidence of such person in proceedings against the person from whom he shall have purchased, obtained or acquired the drug, shall not require to be corroborated by...

“Veritas”

F’kulma naghmlu, huwa dejjem importanti li nzommu kull kunsiderazzjoni taghna f’perspettiva. L-esagerazzjoni, nghidu ahna, jew dik li tissejjah il-“megalomanija” – jigifieri, biex nghid hekk, li “tara kbir” –, ma jghinux meta tkun qed taghmel ezaminazzjoni tieghek innifsek jew tas-sitwazzjonijiet ta’ madwarek. Lanqas, min-naha l-ohra, ma tghin dik li tissejjah il-“pussillanimità” – jigifieri li ccekken lilek innifsek. Dawn il-hwejjeg joholqu “distortion”, jew deformazzjoni, fil-hars u l-gudizzji taghna, u jgeghluna naslu ghal konkluzjonijiet hziena. Meta nitkellmu dwar il-motto ta’ l-Ordni Dumnikan, “Veritas”, u ghalhekk dwar l-ispirtu dumnikan kollu kemm hu, imnebbah minn San Duminku ta’ Gusmán, huwa essenzjali li nevitaw dejjem it-tinfih iz-zejjed u n-nieqes. Li naraw dan l-ispirtu, jew il-karattru, f’perspettiva gusta u proporzjonata huwa servizz li naghmlu lill-istess spirtu dumnikan. San Tumas u “veritas” Sa mill-bidu tieghu, l-Ordni Dumnikan, jew l-Ordni tal-Predikaturi, de...

In-natura u t-trattament tal-annimali fil-filosofija ta’ San Tumas ta’Akwinu

Mhuwiex okkazjonali jew arbitrarju li gie maghzul San Tumas ta’ Akwinu ghal dan l-istharrig filosofiku f’rabta man-natura u t-trattament ta’ l-annimali. San Tumas huwa meqjus bhala l-hassieb ewlieni li l-kitbiet tieghu huma fost l-aktar li hallew influss qawwi fuq it-teologija nisranija u l-filosofija tal-punent, partikularment fil-mod kif gew mifhuma l-annimali mis-seklu 13 ’l quddiem, u fil-mod kif gew tradizzjonalment ittrattati mill-insara. Dan l-influss mhuwiex meqjus pozittiv, u f’dan is-sens il-filosofija ta’ San Tumas rigward l-annimali oggettivament tipprezentalna problema. Infatti, generalment hu San Tumas li jinghata l-htija kollha ghat-trattament predominantement hazin, u ghac-cahda ta’ drittijiet proprji, li tradizzjonalment inghataw l-annimali min-nies tal-puntent, specjalment dawk ta’ gheruq insara. Aktar minn hekk, hu wkoll San Tumas li jinzamm bhala l-htija ewlenija ghall-imbokk li ghadu jezisti prezentement fil-progress filosofiku u teologiku min-naha ta’ l-insara fir...