Il-fidwa tal-anarkizmu
Din il-gimgha, hrigt ghall-pubbliku ktejjeb ta’ ftit pagni bl-isem “Il-Fidwa tal-Anarkizmu”. Naf, it-titlu aktarx jigbdek lura, ghax jaghtik l-impressjoni li gejja xi gwerra. Imma l-ktejjeb ma fih xejn minn dan. Huwa riflessjoni dwar xi aspetti tal-hajja li l-bicca l-kbira taghna nghixu ta’ kuljum u dwar mod kif nistghu naghmlu din il-hajja xi ftit isbah u ahjar. Individwalità prezzjuza Il-kelma “anarkizmu” aktarx tissuggerixxi xi tip ta’ ribelljoni jew taqbid. Fil-fatt, fil-letteratura politika u filosofika hija wzata f’hafna sensi. Il-kelma tigi minn zewg kelmiet Griegi: “arkos”, li tfisser ‘tmexxija”; u “a” quddiemha, li tfisser “bla”. Ghalhekk, il-kelma kollha tfisser “bla tmexxija”. Sa minn dejjem, però, it-tifsira tal-kelma giet marbuta mat-tip ta’ tmexxija li wiehed ikollu f’mohhu. Wiehed jista’ jorbotha, nghidu ahna, mat-tmexxija b’mod assolut (jew universali) u jista’ jorbotha ma’ tipi ta’ tmexxija b’mod aktar partikulari. Huwa b’din ir-rabta tal-ahhar li jien nuza l-kel...