Posts

Il-ġlieda kontra d-djuq

Image
Jekk toqgħod tinnota, kulmeta tiltaqa’ ma’ argumenti ġejjin minn persuni konservattivi, wieħed mid-difetti ewlenin tagħhom ikun li l-kunċetti u d-definizzjonijiet jintużaw b’tifsira dejqa. Dak li dejjem jipprova jagħmel persuna ta’ mentalità aktar liberali biex jirribatti dawn l-argumenti huwa li jwessa’ t-tifsira tal-kunċetti u d-definizzjonijiet mogħtija. Dan hu meħtieġ għal viżjoni aktar inklużiva u komprensiva. Tifsiriet dojoq u wiesa’ Hija ħaġa kurjuża kif il-kliem għandhom it-tendenza li jidjiequ maż-żmien. Jibdew minn tifsira wiesa’, imbagħad, ftit ftit, it-tifsira tagħhom tagħhom tidjieq; min jużahom jibda jifhem bihom ħwejjeġ aktar speċifiċi u partikulari. Il-kelma ‘blat’, ngħidu aħna, kienet tirreferi għall-muntanji fi żmien il-qedem, iżda issa tirreferi biss għall-materjal li jagħmel muntanja jew għolja. It-tifsira tagħha djieqet u hekk ħafna drabi jiġri minn kliem ieħor. Dan jgħodd ukoll għall-kunċetti u l-ideat. Jibdew b’tifsiriet li jħaddnu fihom ħafna ħwejjeġ u j...

It-turment ta’ Jean-Pierre Abdilla

Image
Il-każ tal-eks-pulizija Jean-Pierre Abdilla jmur lura għal tmien snin u nofs ilu, fil-bidu tal-2005. F’Diċembru tal-2009, tliet snin u nofs ilu, Jean-Pierre weħel sentenza ta’ 16-il sena ħabs, 40,600 Ewro multa u l-konfiska tal-assi kollha tiegħu. Daqshekk—tliet snin u nofs—ilu jistenna Jean-Pierre fil-ħabs biex jinqatagħlu l-appell tiegħu. F’dan iż-żmien, tellgħuh il-qorti xejn anqas minn 25 darba! Dejjem deferita. Dejjem it-turment tiegħu jitwal bi ftit xhur oħra. Każ stramb Dwar il-każ ta’ Jean-Pierre kont diġà ktibt tliet snin u nofs ilu, f’Jannar tal-2010 . U mhux jien biss . Dan il-missier ta’ żewġt t’itfal li llum għandu 37 sena, l-Avukat Ġenerali kien tellgħu ġuri fuq nofs gramma droga li qatt ma ġiet ippreżentata l-qorti! Il-prosekuzzjoni kienet serrħet l-akkużi tagħha kontra Jean-Pierre fuq ix-xhieda ta’ kriminal ikkonfermat, eks-pulizija ieħor, li jidher li kien qrib ħafna ta’ xi membri għolja fil-Korp tal-Pulizija. Iżda dawn mhumiex l-uniċi stramberiji fil-każ ta’ ...

Il-qalb imħassra ta’ poplu ‘nisrani’

Image
X’sitt t’ijiem dawk ta’ rivelazzjoni! Ġrajja wara l-oħra li flimkien għamlu storja tajba! Fl-4 ta’ Lulju daħlu Malta 291 refuġjat. Dak in-nhar stess, il-Prim Ministru qal li biħsiebu jibgħathom lura l-Libja minfejn ġew. Tmien t’ijiem wara, fit-8 ta’ Lulju, il-Papa żar Lampedusa fejn appella biex ‘nisimgħu d-dmugħ’ tar-refuġjati. L-għada, 9 ta’ Lulju, l-isqfijiet kattoliċi Maltin appellaw lill-gvern li “jkompli jwettaq politika ta’ ospitalità”. Fl-istess jum daħlu Malta 102 refuġjat ieħor. Fl-istess jum, għad ta’ żgħażagħ minn 11-il għaqda mhux-governattiva ipprotestaw quddiem id-Depot tal-Pulizija biex ir-refuġjati ma jintbagħtux lura. Bl-istess skop, f’dak il-jum ukoll 69 avukat (aktarx ta’ xejra nazzjonalista) għamlu protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru u oħrajn. Fl-istess jum, il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet “temporanjament” li l-gvern m’għandux jibgħat ir-refuġjati lura. Filgħaxija tal-istess jum, il-Prim Ministru ħabbar li ġibed lura d-de...

Soluzzjoni ‘loġika’ għas-Sirja

Image
Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr George Vella, bħala rappreżentant tal-gvern Malti fil-qasam tiegħu fl-Unjoni Ewropea, kien parti minn deċiżjoni li ttieħdet li, fl-aħħar tax-xahar li għadda, ma jiġġeddidx l-embargo tal-armi li kien hemm fil-konfront tas-Sirja u li kull pajjiż individwali tal-Unjoni seta’ jiddeċiedi għal rasu jagħtix l-armi li ‘xi wħud’ mir-ribelli Sirjani jew le. Appoġġ għall-armi Fil-Parlament, Dr Vella ġġustifika din il-pożizzjoni bħala waħda li evitat deċiżjonijiet agħar, ċjoè evitat li l-embargo jitneħħa għal kollox mingħajr ma jinħaseb xejn floku jew li l-Unjoni nnifisha tibgħat l-armi lil ‘xi wħud’ mir-ribelli ta’ kontra l-gvern ta’ Baxar Al-Assad. Wieħed jista’ jiddiskuti jekk din il-ġustifikazzjoni hijiex valida jew le. Ngħidu aħna, Malta dejjem setgħet tieħu l-pożizzjoni li tibqa’ bħal qabel tinsisti fuq l-embargo totali tal-armi lis-Sirja. Minflok, għażlet li, minkejja l-istat kostituzzjonalment newtrali tagħha (jiġifier...

'Jiena l-alfa u l-omega'

Image
Ċittadin, għolli leħnek u għajjat: ‘Jiena l-alfa u l-omega!’; il-bidu u t-tmiem. Għax huwa int dak li għalih jeżisti l-istat. Għalik jeżisti l-gvern. Għalik jeżistu l-istituzzjonijiet. Għalik jeżistu l-liġijiet. Xejn ma jagħmel sens jekk ma jkunx ġej minnek; jekk ma jkunx għalik; jekk ma jkunx tiegħek. Għid, ċittadin, lil kulmin għandu s-setgħa fuqek; għidlu: ‘Huwa jien il-bidu u t-tmiem tas-setgħa li għandek. Int m’int xejn mingħajri. Huwa jien li nagħti bidu għalik; u meta rrid jien int tintemm u tieqaf taħkem fuqi. Mhux jien neżisti għalik, iżda int teżisti għalija. Int m’iniex sidi; huwa jien is-sid tiegħek. Inti tagħmel li ngħidlek jien; mingħajri ma tagħmel xejn għax mingħajri s-saħħa kollha tiegħek tintemm.’ Daħħalha f’moħħek darba għal dejjem, ċittadin, li pajjiżek huwa tiegħek , mhux ta’ min għandu s-setgħa u ta’ min jaħkem fuqek. L-istat huwa tiegħek. Il-gvern huwa tiegħek. L-istituzzjonijiet huma tiegħek. Il-liġijiet huma tiegħek. Anzi aktar minn hekk għandek tku...

Riforma taparsi?

Image
Ftit ġimgħat ilu, fil-5 tax-xahar, il-Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja ippreżentat l-ewwel riżultat tal-ħidma tagħha lis-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, Owen Bonnici. Għalkemm id-dokument ippreżentat joffri 135 proposta għal bdil fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, mal-ewwel daqqa’ t’għajn wieħed jintebaħ li dak propost ma hu ‘riforma’ xejn. Bil-maqlub, huwa pjuttost ‘kontro-riforma’. Il-kelma ‘riforma’ Ħa nibdew bil-kelma ‘rifoma’. Din saret qisha mantra. Jew aħjar, ballun tal-lastiku. Riforma ’l hawn, riforma ’l hemm, riforma ta’ dik u riforma tal-oħra. Għandi l-impressjoni li l-kelma qiegħda tintuża b’wisq laxkezza. Xi wħud żgur li lanqas biss jidhru li jafu d-definizzjoni tal-kelma. Jużawha bħallikieku kienet tfisser sempliċi adattazzjoni, modifika, alterazzjoni, aġġustament, emendazzjoni, reviżjoni. Iżda ‘riforma’ ma tfissirx hekk. Riforma tfisser li dak kollu eżistenti se jiġi organizzat madwar prinċipju differenti minn ta’ qabel. Jekk da...

It-Torok ta' protesti

Image
Wara ġimgħatejn protesti qalila popolari fil-bliet il-kbar tat-Turkija, u wkoll protesti bħalhom ftit tal-ġimgħat qabel ġewwa l-Greċja, u anki protesti oħrajn f’San Paolo, il-Brażil, wieħed jista’ jibda jistagħġeb għala l-bniedem ma jitgħallem qatt. Il-kitba ilha hemm fuq il-ħajt miktuba għal sekli sħaħ; iżda donnu ħadd ma jaf jaqraha. U tgħid hekk: Is-setgħa tikkorrompi lilha nnifisha u lil ħaddieħor. Tinbidel ma tistax Naturalment, dan li qiegħed ngħid mhuwiex ġdid. Iżda l-esperjenza ta’ għexieren ta’ gvernijiet fl-Ewropa u f’inħawi oħra tad-dinja li ħadu s-setgħa bl-għajta ta’ libertà, ugwalja u fratellanza, kważi dejjem spiċċaw biex ħaddmu s-setgħa favur l-interessi tagħhom u tas-sinjuri, kontra l-poplu fqir u bla setgħa. Din l-esperjenza tibqa’ tirrepeti ruħha; u l-popli jibqgħu jemmnu li xi darba tinbidel. Imma tinbidel ma tistax. Għax is-setgħa, minnha nnifisha , iġġib dan l-effett neċessarju: li tuża l-forzi li jkollha ħalli ssaħħaħ lilha nnifisha askapitu tan-nies. Kul...