Posts

L-ambigwità tal-PFP

Image
Ġimgħatejn ilu, eżattament fit-8 tax-xahar, ġewwa Virginia, l-Istati Uniti tal-Amerika, tliet Somali (ta’ bejn l-20 u d-29 sena) ġew rakkomandati minn ġurija li jingħataw għomor il-ħabs għall-allegat qtil ta’ erba’ Amerikani fl-Oċean Indjan fi Frar tal-2011. Dawn is-Somali jitqiesu li kienu fost il-‘pirati’ li kienu qegħdin (u xi wħud għadhom) jaħtfu bċejjeċ tal-baħar li jsibu jbaħħru madwar ix-xtut tas-Somalja. Is-sentenza tat-tliet żgħażagħ għandha tinqata’ għal Ottubru jew Novembru li ġej. Il-prosekuzzjoni kienet talbet li jingħataw il-mewt. Il-problema Somala Il-qtil tal-imsejkna Amerikani kien parti minn offensiva li kienet oriġinarjament bdiet fl-1991 minn xi sajjieda Somali sabiex jiddefendu l-għajxien tagħhom mis-serq tal-ħut li kien qiegħed isir fl-ibħra tagħhom. Studju kkommissjonat fl-2011 mill-proġett ‘Training for Peace’ (imħallas mill-gvern Norveġiż) ikkonferma li din l-offensiva “ma bdietx minn ħallelin jew qattiela fi tfittxija għall-flus, iżda minn sajjieda li ki...

Wirt Dom Mintoff

Image
Nhar it-Tlieta, 20 ta’ Awwissu, hu Jum Mintoff, il-jum li fih, sena ilu, tfewlu d-dawl u raqad. Kienu t-8.20 ta’ filgħaxija (jew 20:20). It-Tnejn. F’dak il-jum, aktarx ilkoll nibqgħu niftakru l-mument eżatt ta’ fejn konna u x’konna qegħdin nagħmlu meta waslet għandna l-aħbar tat-tluq tiegħu. Għall-biċċa l-kbira tagħna kien qisu miet xi ħadd tal-familja; wieħed li għabbejnieh bir-responsabbiltà ta’ ħafna emozzjonijiet li ġarrabbna tul bosta snin. Riħa ta’ preżunzjoni Dawn l-emozzjonijiet għadhom ilewnu t-tifkiriet tal-ġrajjiet l-imgħoddija. Għal xi wħud biex ma jarawx ħlief għaxqa, ukoll fejn hemm l-għajb, u għal oħrajn biex ma jarawx ħlief għajb, ukoll fejn hemm l-għaxqa. It-tnejn ma jistgħux jagħarfu x-xibka mirquma u rqieqa li ssawwar in-nies u l-ġrajjiet daqskemm l-azzjonijiet, id-deċiżjonijiet u r-reazzjonijiet tagħhom. Mintoff għadu mhuwiex magħruf għal dak li kien fih innifsu. Ix-xbihat tiegħu fl-imħuħ tal-biċċa l-kbira tagħna, inkluż tal-bosta li kitbu dwaru (speċjalment...

Knisja medhija biha nnifisha

Image
Il-Ħamis li għadda, gazzetta lokali xandret xi punti minn diskors tal-Kardinal Prospero Grech waqt il-konklavi ta’ Marzu li għadda li fih ġie elett Papa Franġisku. Il-punti li xxandru huma dokument storiku li jixħet dawl interessanti fuq il-qagħda tal-Knisja Kattolika llum. Iżda dokument ieħor, maħluq fl-istess żmien u waqt l-istess okkażjoni, ftit ingħata attenzjoni. Huwa dokument tal-Kardinal Jorge Bergoglio, proprju dak li mbagħad ġie elett Papa. Dokument prezzjuż Id-dokument ġie żvelat madwar ġimgħatejn biss wara li Bergoglio sar Papa. Inġieb fil-ġurnal Palabra Nueva ta’ Hevana, il-Kuba, mill-Kardinal Kuban Jaime Ortega. Id-dokument inkiteb bl-idejn minn Bergoglio waqt il-konklavi meta għadd ta’ kardinali talbuh iniżżel bil-kitba il-ħsibijiet li kien tħaddet dwarhom waqt il-konklavi dwar x’jaħseb li hemm l-aktar bżonn fil-Knisja Kattolika llum. Il-kitba li sawwar Bergoglio (wara Papa Franġisku I) bl-Ispanjol hija qasira: paġna u ftit. Fiha biss erba’ punti ewlenin....

Demostrazzjoni faxxista

Image
Illum suppost issir fil-Belt l-hekk imsejħa ‘Demostrazzjoni Favur il-Gvern Malti Fil-Ġlieda Tiegħu Kontra l-Immigrazzjoni Illegali’. Il-gvern Malti, partikularment il-Prim Ministru Joseph Muscat, ma japprovax din id-demostrazzjoni u talab lill-membri kollha tal-gvern—kif ukoll, nassumi, lill-Laburisti kollha—biex ma jieħdux sehem fiha. U bir-raġun. Hija demostrazzjoni ta’ għajb! Għax hija demostrazzjoni faxxista. Messaġġ imħawwad Il-gvern Laburista qajjem dak li ma riedx: sentimenti faxxisti u razzisti kontra nies vulnerabbli u msejkna. Filwaqt li, minn naħa, qiegħed jaħdem iebes f’kull qasam għall-ġustizzja soċjali, b’effett sfortunat ta’ azzjoni mgħaġġla li ħa fl-4 ta’ Lulju li għadda ta l-impressjoni (żbaljata?) li pajjiżna m’għadx għandu politika ta’ ħniena u mgħodrija mal-imsejkna refuġjati li jaslu fuq xtutna. Il-messaġġ imħawwad li spiċċa biex xandar dak in-nhar (forsi mingħajr ma ried) qiegħed jidher ċar f’din id-demostrazzjoni opportunista u barra minn lokah, li lanqa...

Il-ġlieda kontra d-djuq

Image
Jekk toqgħod tinnota, kulmeta tiltaqa’ ma’ argumenti ġejjin minn persuni konservattivi, wieħed mid-difetti ewlenin tagħhom ikun li l-kunċetti u d-definizzjonijiet jintużaw b’tifsira dejqa. Dak li dejjem jipprova jagħmel persuna ta’ mentalità aktar liberali biex jirribatti dawn l-argumenti huwa li jwessa’ t-tifsira tal-kunċetti u d-definizzjonijiet mogħtija. Dan hu meħtieġ għal viżjoni aktar inklużiva u komprensiva. Tifsiriet dojoq u wiesa’ Hija ħaġa kurjuża kif il-kliem għandhom it-tendenza li jidjiequ maż-żmien. Jibdew minn tifsira wiesa’, imbagħad, ftit ftit, it-tifsira tagħhom tagħhom tidjieq; min jużahom jibda jifhem bihom ħwejjeġ aktar speċifiċi u partikulari. Il-kelma ‘blat’, ngħidu aħna, kienet tirreferi għall-muntanji fi żmien il-qedem, iżda issa tirreferi biss għall-materjal li jagħmel muntanja jew għolja. It-tifsira tagħha djieqet u hekk ħafna drabi jiġri minn kliem ieħor. Dan jgħodd ukoll għall-kunċetti u l-ideat. Jibdew b’tifsiriet li jħaddnu fihom ħafna ħwejjeġ u j...

It-turment ta’ Jean-Pierre Abdilla

Image
Il-każ tal-eks-pulizija Jean-Pierre Abdilla jmur lura għal tmien snin u nofs ilu, fil-bidu tal-2005. F’Diċembru tal-2009, tliet snin u nofs ilu, Jean-Pierre weħel sentenza ta’ 16-il sena ħabs, 40,600 Ewro multa u l-konfiska tal-assi kollha tiegħu. Daqshekk—tliet snin u nofs—ilu jistenna Jean-Pierre fil-ħabs biex jinqatagħlu l-appell tiegħu. F’dan iż-żmien, tellgħuh il-qorti xejn anqas minn 25 darba! Dejjem deferita. Dejjem it-turment tiegħu jitwal bi ftit xhur oħra. Każ stramb Dwar il-każ ta’ Jean-Pierre kont diġà ktibt tliet snin u nofs ilu, f’Jannar tal-2010 . U mhux jien biss . Dan il-missier ta’ żewġt t’itfal li llum għandu 37 sena, l-Avukat Ġenerali kien tellgħu ġuri fuq nofs gramma droga li qatt ma ġiet ippreżentata l-qorti! Il-prosekuzzjoni kienet serrħet l-akkużi tagħha kontra Jean-Pierre fuq ix-xhieda ta’ kriminal ikkonfermat, eks-pulizija ieħor, li jidher li kien qrib ħafna ta’ xi membri għolja fil-Korp tal-Pulizija. Iżda dawn mhumiex l-uniċi stramberiji fil-każ ta’ ...

Il-qalb imħassra ta’ poplu ‘nisrani’

Image
X’sitt t’ijiem dawk ta’ rivelazzjoni! Ġrajja wara l-oħra li flimkien għamlu storja tajba! Fl-4 ta’ Lulju daħlu Malta 291 refuġjat. Dak in-nhar stess, il-Prim Ministru qal li biħsiebu jibgħathom lura l-Libja minfejn ġew. Tmien t’ijiem wara, fit-8 ta’ Lulju, il-Papa żar Lampedusa fejn appella biex ‘nisimgħu d-dmugħ’ tar-refuġjati. L-għada, 9 ta’ Lulju, l-isqfijiet kattoliċi Maltin appellaw lill-gvern li “jkompli jwettaq politika ta’ ospitalità”. Fl-istess jum daħlu Malta 102 refuġjat ieħor. Fl-istess jum, għad ta’ żgħażagħ minn 11-il għaqda mhux-governattiva ipprotestaw quddiem id-Depot tal-Pulizija biex ir-refuġjati ma jintbagħtux lura. Bl-istess skop, f’dak il-jum ukoll 69 avukat (aktarx ta’ xejra nazzjonalista) għamlu protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru u oħrajn. Fl-istess jum, il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet “temporanjament” li l-gvern m’għandux jibgħat ir-refuġjati lura. Filgħaxija tal-istess jum, il-Prim Ministru ħabbar li ġibed lura d-de...