Posts

Showing posts from January, 2006

Zwigijiet gay

Fil-harga ta’ l-orizzont tat-Tnejn, 23 ta’ Jannar, 2006, f’pagna 9, Dun Ang Seychell kiteb li “[ahna l-Insara] ma naccettawx li jitqies bhala ‘zwieg’ kull ghaqda bejn persuni ta’ sess wiehed jew li dawn jadottaw tfal taht l-età”. Dwar dan, u fid-dawl tar-rispett kbir li ghandi lejn Dun Ang, nixtieq naghmel xi riflessjonijiet ta’ natura filosofika: 1. Ghall-precizjoni, ma jistax jinghadd b’mod kategoriku li z-zwigijiet gay mhumiex accettati mill-insara KOLLHA. Il-kelma ‘nisrani’ tigbor fiha d-denominazzjonijiet kollha Kattolici, Protestanti u Ortodossi; u huwa fatt li, apparti l-pozizzjoni ufficjali ta’ kull denominazzjoni, mhux l-imsiehba kollha ta’ kull denominazzjoni ma jaccettawx iz-zwieg gay. Sahansitra hemm denominazzjonijiet insara li dan jaccettawh ufficjalment. Hemm ukoll Kattolici nfushom li, minkejja l-pozizzjoni ufficjali tad-denominazzjoni partikulari taghhom, dan jaccettawh ukoll. Ghalhekk, lanqas ma kien ikun preciz li kieku ntqal li ‘ahna l-Kattolici ma naccettawx, e