Posts

Showing posts from September, 2018

Il-blogiżmu rieqed

Image
Il-blogiżmu huwa fenomenu ta’ żmienna li beda fuq l-Internet fit-tmeninijiet tas-seklu l-ieħor. Fil-Gżejjer Maltin hu aktar riċenti minn hekk. Il-firxa u l-popolarità tiegħu huma bla qies u għandhom sehem importanti fil-kultura tal-pajjiżi li għandhom soprastruttura teknoloġika. Madanakollu, f’pajjiżna jidher li għadu mhuwiex qed jagħti l-aqwa li jista’ Ġurnali ħajjin Jissejjaħ ‘blog’ kwalukwe sit jew paġna fuq l-Internet li jikkonsistu f’għadd ta’ kontribuzzjonijiet, aktarx kitbiet, tipikament irranġati f’ordni kronoloġiku maqlub. B’hekk, l-iġded kontribuzzjonijiet jidhru l-aktar ’il fuq, u l-eqdem l-aktar ’l isfel. Ġieli l-kontribuzzjonijiet jiġu miżjuda b’tagħrif ġdid mill-awturi tagħhom jew ukoll mill-qarrejja. Il-blog jista’ jinkludi wkoll diskussjonijiet sħaħ. Dal-kontribuzzjonijiet kollha jsawru speċi ta’ ġurnal ħaj. Infatti, il-kelma ‘blog’ tiġi mit-terminu ‘weblog’, li tfisser ġurnal tax-xibka elettronika. Il-blogijiet huma magħrufa għall-ħeffa li biha jinbidlu, għall-

Il-kostruzzjoni

Image
Kulfejn tħares, tara l-krejnijiet. Malta jew Għawdex, tmur fejn tmur, dejjem, ibqa’ ċert, se jkun hemm quddiem għajnejk xi krejn, jekk mhux tnjen u tlieta u erba’, tiela’ ’l fuq ’l fuq qisu xi insett ġigantesk li tistħajlu għandu ġuħ li ma jista’ jaqtgħu qatt. Il-krejn huwa l-lanza tal-kostruzzjoni. L-inkwiet ta’ ħafna, u mhux mingħajr raġun, huwa li hawn wisq minnhom, u li s-sitwazzjoni donnha ħarbet minn taħt idejna. Soqfa meħtieġa Il-kostruzzjoni fiha nnifisha mhijiex ħażina. Hemm ħafna aspetti li tista’ tqis fiha. Wieħed minnhom huwa l-iżvilupp, dejjem meħtieġ, li jrid isir fl-ambjent mibni. Aspett ieħor huwa t-tmexxija tal-kummerċ, li dawn l-aħħar snin donnu qabad ritmu sod. Aspett importanti huwa l-ambjent naturali u l-ħarsien tiegħu għalina u għall-ġenerazzjonijiet ġejjiena. Aspett ieħor huwa l-impjiegi li l-kostruzzjoni tiġġenera. Ieħor huwa t-tħaddim tal-flus. U l-bqija. L-aspetti kollha li semmejna, u oħrajn magħhom, fihom is-siwi tagħhom u wieħed ma jistax ma jagħtix

Ir-riga tal-maturità

Image
Ir-riga hija xi ħaġa li biha tkejjel l-affarijiet. Il-maturità tal-persuni, għal ħafna hekk diffiċli biex tkejjilha sew u bl-eżattezza, jidhirli li għandha r-riga tagħha tagħha wkoll. Hija riga li ma tidhirx li tfalli. Hija riga li turi kemm, minkejja l-apparenzi kollha, inklużi dawk tal-età u l-kompetenza, il-maturità ta’ persuna hija żviluppata b’mod xieraq. Din ir-riga hija s-sens ta’ gratitudni. Nuqqas ta’ apprezzament Il-gratitudni hija kelma li tiġi mill-ilsien Latin ‘gratus’, li tfisser hena jew ħajr. Jidher li mis-seklu 15 ’il hawn din il-kelma, ‘gratitudni’, bdiet tintuża biex tesprimi l-apprezzament li xi ħadd ikollu ta’ xi ħaġa li tkun ingħatatlu u li jaf li setgħet ma ngħatatlux. Il-gratitudni hija wkoll għamla ta’ dejn li jitħallas ta’ xi ħaġa li xi ħadd ikun qala’. Dik li nsejħulha ‘ingratitudni’, bil-prefiss ‘in-’ fuq quddiem hija l-kontra tal-gratitudni. Din il-kelma, ‘ingratitudni’, nużawha biex nuru l-attitudni ta’ xi ħadd li ma jurix apprezzament ta’ dak li j

Ir-rovina tal-aqwa ħaddiem

Image
Min imexxi xi entità, tkun xi tkun, ta’ xogħol u għandu l-ħaddiema taħtu spiss jaqa’ fl-iżball li bl-aġir u l-attitudni tiegħu jirrovina l-aqwa ħaddiema li jkollu. Hemm ħafna modi kif dan jista’ jsir. Wieħed minnhom hu li jwassal lil dal-ħaddiema fl-estremità li ma jibqgħux aktar jinpurtahom la mix-xogħol u lanqas mill-istess entità li jaħdmu magħha. Dan huwa żball serju li jfaqqar is-soċjetà daqskemm lid-dinja tax-xogħol. Biex infisser dak li rrid ngħid se nuża tliet kelmiet kemxejn tqal, għall-anqas tnejn minnhom, u ngħid x’nifhem bihom. Huma dawn: ‘kritika’, ‘sarkażmu’ u ‘ċiniżmu’. Il- kritika  hija meta xi ħadd jagħmel analiżi ta’ xi ħaġa u juri kif u għala tista’ tiġi mtejba. Is- sarkażmu huwa attitudni ta’ xi ħadd li jidħaq b’xi ħaġa li jistmell. Iċ- ċiniżmu huwa attitudni ta’ xi ħadd li tilef kull fiduċja f’xi ħaġa. Qed nuża dawn it-tliet kelmiet għax irrid nuri li huma tliet fażijiet li jiġu wara xulxin fi proċess li bih ħaddiem jitlef kull motivazzjoni biex jibqa’ jaħd

Iż-żokra t’Adam

Image
Sal-bidu tas-seklu 16, ħafna drabi Adam kien jitpitter mingħajr żokra. Kien Michelangelo, bis-saqaf tal-Kappella Sistina, bil-magħruf ‘Ħolqien t’Adam’ madwar l-1512, li biddel din id-drawwa. Il-fama ta’ dal-ġenju artistiku Fjorentiż kienet hekk kbira li warajh kulħadd beda jagħmel bħalu. Madanakollu, għad hawn nies li jaħsbu li, bħal Adam, lanqas huma m’għandhom żokra. Tibdila ċkejkna Adam kien jitpitter mingħajr żokra għax ħafna kienu jemmnu li, għalkemm kien tabilħaqq bniedem bħal kull wieħed u waħda minna, ma kellux omm; ma ssawwarx f’ġuf; ġie maħluq minn Alla direttament. Għaldaqstant, ma kellu qatt korda umbilikali; inħoloq mill-ewwel adult, u Alla ma kienx se joqgħod jagħmel dettall bħaż-żokra għall-estetika, għall-kappriċċ jew għad-dehra biss. Din kienet tkun ukoll gidba, u Alla ma jigdibx. (Eva kienet titpitter l-istess.) Hekk kienu jirraġunaw f’dak iż-żmien (u jista’ jkun xi wħud għadhom sal-lum). Però Michelangelo ma ħasibx bħalhom. Il-bniedem perfett li ried joħloq b