Posts

Showing posts from May, 2018

Erġajna koppi!

Image
Il-Knisja Kattolika f’Malta u Għawdex reġgħet qed tiskjera ruħha kontra l-minoranzi tas-soċjetà. Ma titgħallem qatt! Ibda mill-kwistjoni ma’ Strickland bejn l-1928 u l-1932, għaddi għar-riformi ta’ Boffa biex jidħlu t-taxxa fuq il-qligħ u l-vot tan-nisa, kompli bir-referenda tal-Integration u l-Indipendenza, u spiċċa bir-referendum fuq id-divorzju u bil-liġi tas-sħubijiet ċivili, l-istorja baqgħet tirrepeti u tirrepeti u tirrepeti u tirrepeti ruħha mingħajr qtugħ. Knisja reazzjonarja. Knisja li tidher skjerata kontra ż-żgħir. Knisja magħluqa fil-bużżieqa ta’ moħħha. Wara kollox, ... Knisja li tibqa’ deċiża li tispara f’saqajha. Il-problema Issa waslet id-daqqa fuq il-kwistjoni tal-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun. Erġajna bdejna naraw l-isteriżmi. Erġajna bdejna nisimgħu l-argumenti sempliċisti. Erġajna bdejna naraw il-kruċjati. Erġajna bdejna nisimgħu bix-xenarji apokalittiċi. Erġajna bdejna naraw ... insomma ... erġajna bdejna naraw il-vavati ta’ dejjem. Il-p

Il-politika taċ-ċelebrazzjoni

Image
F’Sidney, l-Awstralja, issir kull sena ċelebrazzjoni immensa msejħa “Mardi Gras” (taqraha mar-di gra ). Din taħbat kull tieni Sibt ta’ Marzu. Huwa l-appuntament annwali tal- gay , il-lesbjani, it-travestiti, it-transesswali u l-bqija. Id-differenza kbira bejn din l-attività u oħrajn simili tagħha li jsiru f’Sidney stess u f’inħawi oħra tad-dinja hija li, filwaqt li dawn huma ċelebrazzjoni politika, din tista’ tissejjaħ il-politika taċ-ċelebrazzjoni. Demostrazzjonijiet apolitiċi X’differenza hemm bejn it-tnejn? Fil-waqt li ċ-ċelebrazzjoni politika tiġbor attivitajiet li jagħmlu preżenza, punt u/jew protesta politika, il-politika taċ-ċelebrazzjoni tiġbor attivitajiet li huma maħsuba biss biex min jieħu sehem fihom―f’dan il-każ, gay , lesbani u l-qbija―jieħdu gost, jiffesteġġjaw, jagħmlu frattarija, joħolqu karnivalata … Ovvjament, diċ-ċelebrazzjoni pjaċevoli jkollha lat politiku, bla dubju. Imma l-iskop ewlieni tagħha ma jkunx politiku; anzi, ikun apolitiku, kontra l-korrettezza

Marx ta’ mitejn

Image
Il-bieraħ, 5 ta’ Ġunju, 2018, il-kbir filosfu u teoriku ekonomiku u soċjali, Karl Marx, għalaq 200 sena mit-twelid tiegħu fl-1818. L-akbar sfortuna taċ-ċivilizzazzjoni tagħna f’dawn l-aħħar seklu u nofs kienet li xi wħud semgħu minnu żżejjed u li oħrajn ma semgħux minnu biżżejjed. Xi wħud għamluh alla, oħrajn dimonju, mingħajr ma kien la l-wieħed u lanqas l-ieħor. Illum, imsoffi mill-forġa tat-tiġrib, fi żmien meta l-oppressjoni kapitalista ħolqot dwiefer ġodda ta’ sfruttament, qed jerġa’ jingħata widen b’qalb ġdida u b’moħħ imġedded. Ħsieb u ħolm Marx twieled fis-saltna tal-Prussja, il-Ġermanja l-antika, f’raħal jismu Trier, u miet f’Londra, l-Ingilterra, erbgħa u sittin sena wara, fl-14 ta’ Marzu tal-1883. Bejn dawn iż-żewġ dati, għadda l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu f’Pariġi, Brussell, il-Kolonja u Londra, maħrub mill-persekuzzjoni tal-gvernijiet minħabba l-kitbiet politiċi tiegħu. F’dil-ħajja, wieħed mill-akbar imsieħba mill-qrib tiegħu u ħabib tal-qalb kien il-filosfu u l-kummerċ