Posts

Showing posts from April, 2021

Annimali domestikati u nies oħra (1)

Image
L-annimali domestikati huma dawk li ġew indorrijin jobdu. Huma l-annimali li nżommu fid-djar tagħna. Imma mhux biss. L-annimali domestikati huma l-biċċa l-kbira tagħna li darrewna nġibu ruħna sew, bil-għaqal u mingħajr ma nagħtu wisq fastidju. Madwar id-domestikazzjoni tagħna nbnew il-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet, li xogħolhom hu li jħarsu u jassiguraw l-ubbidjenza tagħna. Din hi d-dinja li trabbejna fiha u li ngħidu fiha, imma li mhuwiex meħtieġ li nibqgħu għal dejjem mgħaffġa fil-morsa tagħha. Interessi tas-sid Annimal domestiku hu kwalunkwe annimal li dara jġib ruħu skont ir-regoli domestiċi, jiġifieri r-regoli li jagħmillu sidu. Annimal bħal dan jidra bis-swat ikun doċli, ubbidjenti u ħaġa ħajja li ma jurta kemm jista’ jkun ftit lil sidu. Annimal domestiku huwa mħarreġ jgħix man-nies f’dar, li jħares l-interessi tagħhom, u li joqgħod f’kollox għal li jgħidu huma. Hu x’inhu l-annimal --- qattus, kelb, serp, tigra, iljunfant --- dejjem irid jibdel in-natura tiegħu għall-i

Dimech ifakkar dmirijietna

Image
Nhar is-Sibt, 17 t’April, kellhom isiru attivitajiet nazzjonali speċjali ħalli jfakkru l-100 sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech fl-1921. Xi sfortuna! Dal-bniedem donnu ftit affarijiet ġewlu żewġ. Din mhijiex waħda minnhom, għax it-tifkira ċentinarja, mistennija għal bosta snin, se jkollha tgħaddi kważi fis-skiet. Mewt għalina Min-naħa l-oħra, is-skiet jista’ jkun l-aħjar mod kif mewt Dimech titfakkar. Il-qtil tiegħu --- “qtil” għax ma mietx mewta naturali --- ġie maħdum minn ħafna fatturi u minn bosta nies. L-eżilju tiegħu kien mill-aktar ħarex u qalil, mhux bħan-Nazzjonalisti li kienu ntbagħtu l-Uganda nofs seklu waħda. Barra l-umiljazzjoni, Dimech għex il-maltrattament totali li wasslitu għall-mewt bikrija fl-età ta’ sittin sena. L-eżilju tiegħu kien politiku. Kien l-Eġittu tturufnat minn pajjiżi għax qabeż għall-ħaddiem, għall-emanċipazzjoni tal-mara, għall-iżvilupp kostituzzjonali ta’ pajjiżna, u għall-maturità ġenerali politika tal-poplu Malti u Għawdxi. Dimech ġie eżiljat u m

Il-festa tal-ftit

Image
L-Għid il-Kbir, li jiġi ċċelebrat minn bosta nsara llum, sar fil-Gżejjer Maltin il-festa indifferenti tal-biċċa l-kbira, il-festa kulturali tal-ħafna, u l-festa reliġjuża tal-ftit. Dan juri l-bidliet kbar li seħħew fil-Gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar snin. Dan mhuwiex neċessarjament ħażin; u lanqas ma jista’ jkun neċessarjament tajjeb. Hu fatt. Dan hu biżżejjed biex jurina l-importanza tiegħu. Il-fatti. “Id-dinja hi magħmula minn fatti”, kien qal darba filosfu magħruf. Naħseb li hu minnu. Huma l-fatti li jgħoddu. Dak li ngħidu fuqhom jiġi wara. Id-dinja tal-interpretazzjonijiet tista’ tkun qarrieqa, għax tipproġetta affarijiet li ma jeżistux jekk mhux f’moħħ minn jagħmilhom. Il-fatti, min-naħa l-oħra, huma xi ħaġa li jiġu ma’ wiċċna mingħajr ma nkunu nistgħu niċħduhom. Dan ma jfissirx li aħna, bħala bnedmin konxji tagħna nfusna, m’għandniex ninterpretaw il-fatti jew inlewnuhom. Il-fatti huma niexfa; donnhom jitolbu li nlewnuhom bit-tifsiriet tagħna. Imma rridu noqogħdu dejjem atten