Posts

Showing posts from March, 2012

AD MEMORIAM: Peter Serracino Inglott (1936-2012)

Image
Ma niftakarx meta ltqajt ma’ Father Peter l-ewwel darba. Aktarx kien mat-tletin sena ilu. Ta’ adolexxent, fl-1980 kont dhalt il-kunvent, u nahseb li kien f’dan iz-zmien li bdejt nisma’ dwaru u niltaqa’ mieghu. Ma jidhirlix li kont nafu qabel. Ftit snin wara, fl-1984, sirt student tieghu u, minn dak iz-zmien ’il quddiem, l-aktar minhabba kif kienu zviluppaw ic-cirkustanzi, bqajna qrib hafna sallum. Telfa iebsa Ir-relazzjoni taghna nbidlet mal-moghdija taz-zmien. Immaturat, bla dubju ta’ xejn, imma wkoll saret dejjem aktar profonda u personali. Minn relazzjoni ta’ ghalliem u student, sirna kollaboraturi; konna imghallem u dixxiplu; konna ghalliema flimkien; konna hbieb; konna konfessuri ta’ xulxin; konna shab; u spiccajna sa konfidanti ta’ xulxin. X’kien jara fija ma nafx. Naf x’kont nara fih: mhux biss bniedem ta’ intelligenza superjuri ferm, bniedem ta’ kultura bla qjies u bniedem ta’ gherf rari, imma wkoll―proprju ghax kien dan kollu―ragel ta’ umiltà impressjonanti, ta’ rispet

Saflahhar bdejna nitghallmu?

Image
Ir-rizultati tal-elezzjonijiet ghall-kunsilli lokali tas-Sibt li ghadda hallew lil hafna nies nistharrgu u jiddiskutu n-numri. Izda forsi l-aktar numru li gibed l-ghajn aktarx kien il-41% ta’ nies li ma marrux jivvutaw. Dan barra s-17% li ma gabrux il-vot halli jkunu jistghu jivvutaw. Ghall-bicca l-kbira tal-esperti u l-kummentaturi politici, dan kien sinjal negattiv ghall-ahhar. Jiena nahseb li dan hu sinjal pozittiv. Azzjoni effettiva Bhalma turi t-tabella li tidher hawnhekk, minn Marzu tal-2010 lil hawn, tista’ tghid li n-numru ta’ votanti fl-elezzjonijiet ghall-kunsilli lokali naqas dejjem. Fl-elezzjonijiet li ghaddew, dan it-tnaqqis lahaq numru rekord. Ovvjament, l-interpretazzjonijiet ghala dan qieghed jigri huma varjati. Xi whud jaghzlu li jinterpretawh bhala speci ta’ protesta kontra l-gvern. Izda dan mhuwiex cert. Jista’ jkun li bosta minna qeghdin saflahhar jitghallmu li l-ahjar mod kif ittejjeb dan il-pajjiz mill-marda politika tieghu huwa billi ma tivvota xejn. Mhux

Meta l-hsieb jitqanqal

Image
Jekk joghgobk, nhar is-Sibt, 17 ta’ Marzu, qieghed nistiednek ghall-hrug ufficjali ta’ ktieb gdid tieghi, Malta’s Philosophy & Philosophers . Dan se jsir fil-Kazin Malti, Triq ir-Repubblika, il-belt Valletta, bejn l-10.30 ta’ filghodu u nofsinhar. Din l-istedina qieghed naghmilhielek sabiex inti jkollok opportunità tiltaqa’ daqsxejn mal-mod kif ahna l-Maltin u l-Ghawdxin nahsbu u nirragunaw. Ktieb ta’ servizz Fi ftit kliem, il-filosofija hija l-istudju tal-hsieb tal-bniedem. Ilkoll kemm ahna nahsbu, u lkoll nahsbu b’certu mod u manjiera. Dan nuruh fil-kliem taghna daqskemm fl-ghemil. Izda jigri li, bosta drabi, il-hsieb taghna mhuwiex hieles. Anzi, hu kkontrollat u llimitat minn hafna impressjonijiet li mhux dejjem ikunu xierqa jew korretti. B’mod generali, il-bicca l-kbira tan-nies ma jirriflettux wisq fuq dak li jghidu jew jaghmlu, u wisq anqas fuq il-mod ta’ kif jahsbu. Ghalihom qisu m’hemmx x’tirrifletti dwar dan. Fil-fatt, mhuwiex hekk. Mohhna hu mizghud pregudizzji, n

Dimech bl-Esperanto

Image
Ftit tax-xhur ilu, gie mahrug ktieb interessanti li, biex nghiduha kif inhi, ftit li xejn minna jistghu jaqraw. Huwa ktieb bl-Esperanto, ilsien li jafu jitkellmuh ftit eluf biss ta’ nies fid-dinja. Minkejja dan, jidhirli li jkun interessanti jekk hawnhekk nghid xi haga dwar din il-pubblikazzjoni kurjuza. L-Esperanto Jezistu ilsna fid-dinja li nholqu bl-iskop li, appart l-ilsna differenti li jezistu fost il-gnus, jintuzaw bhala ilsna komuni fost in-nies kollha tad-dinja. L-aktar popolari fost dawn l-ilsna huwa l-Esperanto. L-isem ta’ dan l-ilsien jfisser (fl-Esperanto stess) ‘xi hadd li jittama’. Huwa isem li kien uza fl-1887 il-Pollakk Ludwig Zamenhof (1859–1917) flok ismu meta ppubblika l-ktieb UNUA LIBRO , li fih fisser kif wiehed jitghallem l-ilsien Esperanto. L-iskop ta’ Zamenhof kien li johloq ilsien li jitghallmu malajr in-nies kollha tad-dinja halli jkabbru l-paci u l-ftehim bejniethom. Illum jinghad li dan l-ilsien jithaddtuh xi 10,000 ruh jew aktar f’madwar 115 pajjiz

Li tirbah il-Gustizzja

Image
Isla - 17 ta' Frar tal-2012 Il-lejla qegħdin inġeddu dak li nebbaħ ġrajjiet ta’ ħamsin sena ilu. Qegħdin inġeddu l-istess xewqa, l-istess tama, l-istess ħolma, l-istess rieda li Mintoff u ħafna oħrajn kellhom f’qalbhom ħames għexieren ta’ snin ilu. Kienet ix-xewqa, it-tama, il-ħolma, ir-rieda għall-ġustizzja soċjali ; ix-xewqa, it-tama, il-ħolma, ir-rieda li ma jkun qatt aktar fil-gżejjer Maltin min jgħaffeġ fuq ħaddieħor, li ma jkun qatt aktar fostna min jagħmilha impossibbli għal xi wħud li jgħixu suriet in-nies; li ma jkun qatt aktar f’Malta u Għawdex min jiddetta kif wieħed għandu jgħix; min jippreżumi x’għamla ta’ ħajja wieħed għandu jkollu; min jikkmanda x’għandhom ikunu l-għażliet personali li ħaddieħor jista’ u ma jistax jagħmel. Din kienet l-għajta għall- ġustizzja soċjali ; l-istess għajta li qegħdin inġeddu l-lejla. Le, lanqas illum ħadd m’għandu jgħaffeġ fuq ħadd, ħadd m’għandu jagħmilha impossibbli li lkoll ngħixu suriet in-nies; ħadd m’għa