Posts

Showing posts from March, 2021

Il-bniedem t’għada

Image
Kull bniedem li hu parti minn soċjetà, li jagħti sehem fil-ħajja ta’ dik is-soċjetà, u li jemmen fil-futur tagħha, jista’ jissejjaħ “bniedem t’għada”. Dan ifisser li s-soċjetà għandha mill-ħajja ta’ dal-bniedem daqskemm hu fih għandu mill-ħajja tas-soċjetà li jagħmel parti minnha. It-tnejn jagħtu l-ħajja lil xulxin; it-tnejn jistgħu jkabbru u jgħinu lil xulxin daqskemm jistgħu jfixklu u jweġġgħu lil xulxin. Kontribuzzjonijiet Ħa nibda minn dal-ħsieb tal-aħħar. Għax ħafna nies, għalkemm huma parti mis-soċjetajiet tagħhom, jixtiequ li ma jkunx hekk. Jixtiequ jitilquhom. Iħossu li s-soċjetà toħnoqhom, ma tifhimhomx. Iħossuhom aktar mifrudin mis-soċjetà milli parti minnha. Dan-nies, mhux biss ma nħossux li jikkontribwixxu lis-soċjetà, jew li għandhom jikkontribwixxu, imma saħansitra jħossu li s-soċjetà ma tikkontribuwixxi xejn lilhom. Dawn huma sentimenti mifruxin ħafna u wieħed jista’ jifhimhom. Mhumiex sentimenti superfiċjali jew azzardati. Huma sentimenti sinċiera li jistħoqqilhom

In-natura ma tiżbaljax

Image
Kemm hawn anzjani, kemm hawn nisa u rġiel adulti, kemm hawn żgħażagħ u kemm hawn saħansitra tfal li jaħsbu li huma żball tan-natura. Jaħsbu hekk, aktarx, għax qalulhom li hu hekk tant drabi li saflaħħar qishom ikkonvinċew lilhom infushom li hu hekk tassew. Bħallikieku jekk tgħid gidba ħafna drabi ssir verità. Le, ngħidlek, jekk int taħseb hekk: in-natura ma tagħmilx żbalji. Ebda persuna, lanqas int, m’int żball. Sofferenza li m’għandhiex tkun Ħafna nies huma ta’ din il-fehma, jiġifieri li huma żball tan-natura, għax il-personalità tagħhom jarawha li ma taqbilx mal-ambjent naturali ta’ madwarhom. Jaħsbu li huma mhumiex bħall-bqija tal-bnedmin, jew għall-anqas bħall-biċċa l-kbira tagħhom. Jaraw lil ta’ madwarhom u jixtiequ jkunu bħalhom; parti min-nies “normali”; parti mill-bqijia; parti mill-maġġoranza. Oħrajn ġew mgħajra li mhumiex normali; li huma strambi; li ma jinkwadrawx. Ġew mgħajra biex jintwera lilhom li huma ’l barra min-“normalità”, mid-dinja tal-maġġoranza, mill-ambjent

Żmien diffiċli

Image
L-għeluq li sirna naraw kullimkien, b’kulħadd imsakkar ġewwa, b’kuntatt mill-anqas, jimla lil kulħadd bl-imrar u saħansitra d-dwejjaq. Hu żmien diffiċli ħafna meta l-imxija qed tbegħdna minn xulxin, imma wkoll, aktarx agħar minn hekk, qed tagħmel lil ħajjitna mnikkta. Mhux ċajta Ilna aktar minn sena bl-imxija Covid-19 magħna. Dejjem naħsbu li l-agħar għadda. Imma donnu issa hu l-agħar. Meta l-biċċa l-kbira tal-ħwienet magħluqin; meta l-firda hi kważi totali. Il-knejjes jonqoshom jerġgħu jagħalqu biex żgur ilkoll ninsew bl-eżistenza ta’ xulxin. Dan kollu mhuwiex għalxejn. L-imxija mhijiex ċajta. Min diġà sfortunatament esperjenza xi mewt ta’ xi ħadd qrib tiegħu, bħalma esperjenzajt jien ukoll, allura jista’ jgħid kemm dan kollu huwa meħtieġ. Aħna uff inkella aħħ. Aħjar noqogħdu pass lura milli nagħmlu s-sitwazzjoni agħar. Dal-għeluq ma jħobbu ħadd. Żgur li tal-ħwienet qed jarawh infern sħiħ. Imma lkoll jeħtieġ li niġbdu dal-ħabel ikreh u iebes flimkien biex inħeffu ż-żmien li jg

Wiċċ Alla fl-annimali

Image
Kienu jgħidulna meta konna żgħar li min ma jħobbx l-annimali lanqas lill-bnedmin ma jħobb. Jien naħseb li dan hu minnu. Għax min għandu qalbi iebsa jew ħadra mal-innoċenti tal-ħolqien, allura kif jista’ jkollu qalb tajba għal min mhux. Jekk Alla juri ruħu fil-bnedmin, kemm aktar fil-ħlejjaq l-oħra tiegħu? Ir-ruħ tal-ħajja Il-filosfu l-kbir tal-qedem Aristotli, li għex madwar tliet mitt sena qabel Kristu, kien jgħallem li kull ħaġa li għandna l-ħajja fiha ruħ. Mhux biss il-bniedem, imma l-annimali kollu u l-ħxejjex kollha ... ilkoll fihom ir-ruħ. Madanakollu, kien jgħallem ukoll li r-ruħ tal-bniedem biss hi immortali, u dan minħabba r-raġuni. Jekk il-ħxejjex u l-annimali għandhom ruħ, ukoll jekk mhijiex immortali, ma jfissirx dan li għandhom xrara mill-Ħajja, li hi Alla? Huma wkoll, bil-mod tagħhom, għandhom xi ħaġa, imqar farka, mix-xbieha t’Alla. U jekk il-qdusija tixraq lil Alla li hu l-Ħajja, allura mhux ukoll lil kull għamlu u sura tal-ħajja? Ir-ruħ tal-annimali, ukoll jekk