Posts

Showing posts from August, 2020

It-tellieqa Amerikana

Image
Fil-ġimgħat li għaddew telqet it-tellieqa aħħarija fl-Istati Uniti tal-Amerika għall-ħatra tal-president tal-pajjiż fil-bidu ta’ Novembru li ġej. Dit-tellieqa hi dejjem affaxxinanti għal min iħobb isegwiha. Fiha l-eċċitament tal-Formul 1 jew iċ-Champions League, bid-differenza li r-rebbieħ jispiċċa jmexxi għal erba’ snin l-aktar pajjiż b’saħħtu li qatt deher fid-dinja. Bniedem tal-mument Ħobbni jew obgħodni, fil-fehma tiegħi d-Demokratiċi m’għandhomx biex jikkompetu lil Donald Trump, il-president attwali tal-Amerika u l-kandidat ewlieni tal-Partit Repubblikan. L-għażla ta’ Joe Biden min-naħa tal-Partit Demokratiku, dak li kien il-viċi-president ta’ Obama, setgħet kienet l-aħjar waħda fiċ-ċirkustanzi, ukoll jekk mhux l-aktar interessanti (bħalma kienet tkun ta’ Bernie Sanders), imma xorta waħda ma jlaħħaqx ma’ Trump. Ma kienx faċli li d-Demokratiċi joħorġu b’xi ħadd li jista’ jħabbatha ma’ Trump. Mhux għax Trump neċessarjament hu aktar intelliġenti jew aktar kompetenti minn Biden.

L-Artiku mhedded

Image
Waqt li dil-ġimgħa saret fl-Istati Uniti tal-Amerika l-Konvenzjoni Nazzjonali tal-parti Demokratiku, u l-ġimgħa li ġejja se ssir dik tal-partit Repubblikan, bi tħejjija għall-elezzjoni f’Novembru li ġej, l-Artiku, wirt l-umanità, jinsab mhedded mill-amministrazzjoni tal-President Trump. Santwarju imprezzabbli Il-President Repubblikan tal-Istati Uniti tal-Amerika, Donald Trump, jinsab tant ċert li se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss f’Novembru li ġej li lanqas biss jindenja ruħu jżomm daqsxejn lura ċerti deċiżjonijiet li jistgħu ma jkunu popolari xejn. Aktar waħda minn tal-aħħar hija t-tbagħbis f’santwarju naturali nazzjonali fl-Artiku, fit-tramuntana tal-Alaska. Das-santwarju huwa 247 darba akbar mill-Gżejjer Maltin. Iġib aktar minn 78 elf kilometru kwadrat (kważi 20 elf tomna). Hu żona ta’ ġmiel naturali impressjonanti. Fih mhux biss jgħixu eluf ta’ speċi ta’ annimali, żgħar u kbar, imma komunitajiet żgħar ta’ nies ukoll. Is-santwarju hu għani b’riżorsi naturali, speċjalment

Il-politika tal-konfront

Image
Aħna m’aħniex imdorrijin b’politika mod ieħor. Hija l-għamla ta’ politika li għallmuna l-Ingliżi u bqajna biha. Qatt, safejn naf jien, ma qatt kien hemm xi ħadd li pprova jibdilha. Tħobbha jew tobgħodha, il-politika tal-konfront kienet u għadha s-sura tal-politika tagħna. Minnha saħansita għamilna arti. Varjazzjoni apparenti Kull għamla ta’ politika fil-Gżejjer Maltin tidher li tvarja, imma fil-fatt hi l-istess. Il-kontenut jinbidel, ovvjament, imma mhux is-sura, u aktar lanqas l-istruttura. Din tal-aħħar tirreferi għal kif norganizzaw il-ħsieb u d-diskors politiku tagħna. Imma ħa nħallina minn dan għalissa. Huwa fuq l-għamla u s-sura li nixtieq nitkellem hawnhekk. Dawn jirreferu għall-mod ta’ kif issir il-politika. Aħna aktarx naraw ħafna tipi ta’ attività politika, bħal dik fi ħdan il-partiti, dik ta’ bejniethom, dik fuq livell aktar elementari fir-relazzjonijiet ta’ bejn in-nies, u l-bqija. Il-politika hija d-diskors ta’ kif se ngħixu flimkien kuntenti t-tnejn jew aktar. Hija

Il-ħajja tal-Internet

Image
Waqt li għal xi wħud l-Internet lanqas biss jeżisti, għal ħafna oħrajn il-ħajja li jgħixu bl-Internet saret ir-realtà. Għal dawn tal-aħħar donnu l-ħajja ta’ barra l-Internet m’għandhiex sustanza. Ħafna drabi jsibuha ta’ dwejjaq, bla interess, nieqsa mir-rispett. L-Internet għalihom huwa l-post ideali ta’ fejn jistgħu jaħarbu u jkunu kuntenti. Realtà virtuża Meta l-Internet beda mal-erbgħin sena ilu, aktarx ħadd ma kien jobsor kemm kien se jsir importanti għall-umanità; ħadd aktarx ma seta jipprevedi li kien se jsir essenzjali għal ħafna bnedmin. Illum xi wħud mhux biss ma jafux aktar jgħixu mingħajr l-Internet, imma saħansitra l-Internet sar aktar minn biċċa importanti ta’ ħajjithom. L-Internet huwa sistema t’infinità t’universi li xi wħud iħossuhom aktar komdi fih milli ’l barra jew maqtugħa minnu. Il-post tiegħu fil-ħajja tagħhom mhuwiex sempliċiment xi żieda. Sar hekk essenzjali, hekk fundamentali, li tista’ tgħid li sar, hu nnifsu, il-ħajja. B’dan il-mod, issib u tisma’ b’xi