Posts

Showing posts from December, 2012

Lil bniedem mhux magħruf

Image
Bosta nies jitkellmu f’isem ħafna oħrajn li lanqas biss jafu jew li qatt ma ltaqgħu magħhom. Komdi fis-sigurtajiet tagħhom, dawn il-bosta nies, aktarx professjonisti ta’ xi tip, jippużaw bħala Difensuri tal-Ġusizzja mingħajr ma huma kapaċi mqar joħolmu jew jobsru xi jfisser tgħix fi stat ta’ inġustizzja. Bl-intenzjonijiet tajba tagħhom kollha, qajla jimmaġinaw li l-poża tagħhom hi falza daqskemm insolenti. Fuq kollox, hi għamla ta’ kif timraħ u tissaħħaħ l-istess inġustizzja li jgħixu kontinwament dawk il-ħafna mhux magħrufa li l-oħrajn taparsi jitkellmu f’isimhom. Espressjoni Griega L-espressjoni li wżat f’ras dawn il-kelmtejn hi mislufa mill-artali Griegi tal-qedem iddedikati lil ‘Alla mhux magħruf’ ( ‘Agnostos Teos’ ). Isemmiha San Pawl fid-diskors tiegħu fl-Areopagu ta’ Ateni ( Atti tal-Appostli 17:23; sek. 1 WK), kif ukoll kittieba oħrajn tas-seklu 2 WK, bħal Pseudo-Lucianus ( Filospatris , 9) u Pausanias ( Perjegeta , 1.1.4). Hemm ukoll evidenza arkeoloġika ta’ dawn l-arta

“Mhux biex inkun moqdi ...”

Image
Dan il-kliem huwa parti minn stqarrija li kien għamel Ġesù: “Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra”. Din hi waħda mill-akbar tifsiriet tal-Milied, tifsira li tmur lil hinn minn sempliċi attitudni umli ta’ qadi. Din il-kelma ta’ Ġesù hi parti minn programm sħiħ ta’ riforma li ried li jseħħ permezz tal-komunità tiegħu. Kuntrast u oppożizzjoni Is-silta li għadni kemm slitt mill-evanġelju ta’ San Mattew (20:28) hija parti minn taħdita akbar li Ġesù kien qiegħed jagħmel lid-dixxipli tiegħu. “Tafu intom,” kien qed jgħidilhom, “fost il-pagani l-kapijiet qegħdin biex jikkmandawhom, u l-kbarat biex iħaddmu fuqhom is-setgħa. Fostkom m’għandux ikun hekk; imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jkun l-ilsir tagħkom” (Mt 20:25–27). Wara dan, jgħidilhom il-kelma li bdejt biha. B’dan it-taħdit huwa ċar li Ġesù qiegħed jipproponi programm ta’ għajxien (politiku u soċjali) li j

L-'impossibbiltà' tal-Milied

Image
It-twemmin li Alla sar bniedem hu impossibbiltà loġika. Anki irrazzjonali, jekk trid. Alla huwa Alla u l-bniedem huwa l-bniedem; in-natura ta’ wieħed ma titħallatx man-natura tal-ieħor. Iżda fil-Milied hu proprju dan li xi wħud minna jiċċelebraw: impossibbiltà fattwali; impossibbiltà li, mhux biss nemmnu li tgħid xi ħaġa dwar il-persuna ta’ Ġesù ta’ Nazaret, imma wkoll dwar il-proġett tiegħu għall-umanità. Ħarsa storika Fost ħafna ħwejjeġ oħra, mit-Testmest il-Qadim u minn għejjun oħra extra-Bibbliċi wieħed jista’ jara l-linji ġenerali tal-evoluzzjoni storika tal-ġens Ebrew. Fit-396 sena mill-ħruġ tiegħu mill-Eġittu (fl-1,446 QK) sat-twaqqif tas-saltna (fl-1,050 QK), il-poplu Ebrew kien organizzat f’sistema ta’ komunjonijiet fejn il-produtturi tal-ġid kienu jgħixu mill-frott ta’ xogħolhom. Is-sistema kienet mibnija fuq mudell ta’ ħidma mwaqqfa minn Mosè fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-komunjonijiet u l-membri kollha tagħhom. Dan tbiddel mat-twaqqif tas-saltna fuq il-mud

Is-'Saltna' ta' Alla

Image
L-espressjoni ‘Saltna ta’ Alla’ spiss tintuża, kemm minn insara u kemm minn monoteisti oħra (fosthom il-Ġudajċi u l-Musulmani). Xi kultant, fost l-insara tintuża wkoll l-espressjoni ‘Ġesù Sultan’ (jew ‘Kristu Re’), u wkoll issir referenza rjali simili għall-Madonna. Dawn kollha huma espressjonijiet li jagħmlu użu minn termini―‘Saltna’, ‘Sultan’, ‘Re’, ‘Sultana’, ‘Reġina’―li jistgħu jissuġġerixxu tip ta’ stat jew gvern politiku. Ikonografikament, huwa wkoll komuni li Ġesù u l-Madonna jiġu murija mlibbsa kuruni u lbies rjali, jew Ġesù saħanstira liebes trirenju papali. Tifsir simboliku Fil-Vanġeli jingħad li Ġesù stess uża terminoloġija rjali, kemm f’rabta ma’ Alla jew mas-Sema (‘Saltna tas-Smewwiet’), u kemm b’referenza għalih innifsu (“Jien sultan”; Ġw 18:37). It-talba stess tal-Missierna għandha l-kliem: ‘Tiġi saltnatek’. Għalkemm il-ħsieb ta’ Ġesù kien biss simboliku―għax hu kategorikament ċaħad li jkun sultan jew li s-‘saltna’ tiegħu hi ta’ xi natura politika―xorta waħda l-k

Il-flus huma frodi

Image
Immaġina din: Kull ċittadin jingħata miljun ewro għall-bżonnijiet tiegħu biex ma jkollux għalfejn jaħdem u jitbagħal aktar il-bqija ta’ ħajtu. Jew immaġina din: Il-flus jiġu aboliti biex ħadd ma jkollu għalfejn jixtri xejn aktar; kollox ikun ta’ kulħadd. Mhux neċessarji Nistħajlek tgħidli millewwel: ‘Impossibbli!’ Daż-żgur li impossibbli, isma’ x’qallu! F’soċjetà bħal tagħna ħaġa bħal din ma tista’ sseħħ qatt. Taf għala? Għax l-idea li l-biċċa l-kbira minna nibqgħu dejjem fil-bżonn tal-flus hija proprju biex nibqgħu dejjem fil-bżonn ta’ ħaddieħor; nibqgħu dejjem indawru r-rota tal-kummerċjanti u l-politiċi. Forsi ħaġa li għandek tkun taf hija din: li kien hemm soċjetajiet―magħmula anki minn miljuni ta’ nies―li effettivament fil-fatt abolew il-flus għal kollox. U taf xiex? Ħadmu . U hawn soċjetajiet illum ukoll li l-flus ma jeżistux fosthom. Hekk hu. L-idea mhijiex impossibbli daqskemm taħseb. Il-flus huma mezz ta’ ħakma u kontroll ta’ dimensjonijiet epiċi. Il-ħolqien u l-użu