Posts

Showing posts with the label Jean-Oliver Mesine

L-‘izballizmu’

Image
L-‘izballizmu’ hu meta xi hadd jiehu zball ghal tal-apposta biex ma jhallasx dwana jew biex flok mill-bieb jghaddi mit-tieqa. Il-kelma tfittixhiex fid-dizzjunarju, ghax mhux se ssibha. Ivvintajtha jien. Izda ghalkemm jien ivvintajt il-kelma, l-ghemil li ghalih il-kelma tirreferi vvintah haddiehor. F’Malta dan l-ahhar rajna zewg ezempji perfetti ta’ din l-invenzjoni sublimi. Zewg kazijiet Jekk ma ntbahtx, qed nirreferi ghall-kaz tal-eks-sacerdot li f’Jannar li ghadda gie mehlus mill-akkuza li stupra subien fil-kura tieghu ghoxrin sena qabel, u ghall-kaz taz-zewg pulizija u bowncer li tliet gimghat ilu gew mehlusa mill-akkuza li sawtu l-istudent Franciz Jean-Oliver Mesine f’Ottubru tal-2009. Fiz-zewg kazijiet, l-akkuzati gew mehlusa minn kull htija minhabba li l-ispetturi rispettivi li kitbu l-att tal-akkuza taghhom hadu zball fid-dettalji tal-akkuzi. Fl-ewwel kaz, l-ispettur zbalja l-lokalità ta’ fejn sar l-allegat abbuz; fit-tieni taz, spettur iehor zbalja d-data u hin ta’ fejn...