Dimech bl-Esperanto
Ftit tax-xhur ilu, gie mahrug ktieb interessanti li, biex nghiduha kif inhi, ftit li xejn minna jistghu jaqraw. Huwa ktieb bl-Esperanto, ilsien li jafu jitkellmuh ftit eluf biss ta’ nies fid-dinja. Minkejja dan, jidhirli li jkun interessanti jekk hawnhekk nghid xi haga dwar din il-pubblikazzjoni kurjuza. L-Esperanto Jezistu ilsna fid-dinja li nholqu bl-iskop li, appart l-ilsna differenti li jezistu fost il-gnus, jintuzaw bhala ilsna komuni fost in-nies kollha tad-dinja. L-aktar popolari fost dawn l-ilsna huwa l-Esperanto. L-isem ta’ dan l-ilsien jfisser (fl-Esperanto stess) ‘xi hadd li jittama’. Huwa isem li kien uza fl-1887 il-Pollakk Ludwig Zamenhof (1859–1917) flok ismu meta ppubblika l-ktieb UNUA LIBRO , li fih fisser kif wiehed jitghallem l-ilsien Esperanto. L-iskop ta’ Zamenhof kien li johloq ilsien li jitghallmu malajr in-nies kollha tad-dinja halli jkabbru l-paci u l-ftehim bejniethom. Illum jinghad li dan l-ilsien jithaddtuh xi 10,000 ruh jew aktar f’madwar 115 pajjiz ...