Posts

Showing posts from November, 2020

Min pinġa l-“Covid-19”?

Image
Ilkoll kemm aħna sirna mdorrijin b’dik il-ħaġa ħadra tonda tonda li minnha qishom ħerġin trombetti ħomor li kulħadd isejjaħ Coronavirus jew Covid-19. Dix-xbieha ilha issa magħna madwar sena u kulħadd draha. Malli narawha, mill-ewwel nintebħu x’inhi. Mela għandek tkun taf li din hi xbieha maħluqa li ma teżistix fir-realtà. Min pinġiha? Għala? Alissa Eckert Ix-xbieha tal-Coronavirus hija ħlieqa magħmula fil-bidu ta’ dis-sena minn Alissa Eckert, illustrattriċi medika li hija waħda mill-ħdax-il elf ħaddiem fiċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard mifruxa mal-Istati Uniti tal-Amerika. F’Jannar ta’ dis-sena, hija kienet ħadet telefonata minn ta’ fuqha li qaltilha li kien hemm imxija ġdida fid-dinja u li kienet perikoluża ħafna. Eckert kienet taf mill-ewwel x’kellha tagħmel. Bħala artista esperta fix-xjenzi u l-komunikazzjoni, kellha toħloq tpinġija tridimensjonali (3D) tal-vajrus mir-ritratti li tawha. Għalhekk, minnufih sejħet lill-kollegi tagħha, fosthom Dan Higgins, u flim

L-“avukatiżmu”

Image
L-avukati għandi rispett kbir lejhom. Dan ma jfissirx li m’għandix naħseb li għandhom mod partikulari ħafna ta’ kif jaħsbu. Huma klassi għalihom. Aktarx għax studjaw mingħand avukati oħra u tgħallmu flimkien, u ħafna minnhom jibqgħu jagħmluha ma’ xulxin, jgħaddu lil xulxin l-istruttura bażika ta’ kif iħaddmu moħħhom. Dan jgħodd għal professjonijiet oħra, bħal, ngħidu aħna, is-saċerdoti jew it-tobba u l-bqija. Din l-istruttura mhijiex tajba jew ħażina. Hi dik li hi, u għandha ħabta tagħġen ir-realtà biex tiġi taqbel magħha. Biex nagħtiha isem se nsejħilha “avukatiżmu”. Avukati biss Qabel ma ngħid fiex naħseb li jikkonsisti dal-metodu mentali, xtaqt ngħidlek għala qed ngħid dan kollu. Ir-raġuni hi li qed ninkwieta. Biex? B’dal-pajjiż li ġie f’idejn l-avukati. Possibbli ħadd ma nduna? Għala lil ħadd ma donnha tinkwieta dil-ħaġa. Lili tinkwetani proprju minħabba li l-mod ta’ kif jaħsbu l-avukati bħala klassi u, bil-pajjiż f’idejhom, se jdakkru kull rokna tal-ħajja politika tagħna b’dal

L-Amerika lura għan-normalità

Image
Kont żbaljat doppjament meta ftit tal-ġimgħat ilu bsart li Donald Trump kien se jirbaħ l-elezzjoni Amerikana u jirbaħha sewwa ħafna. La ġrat waħda u lanqas l-oħra. Trump sar it-tielet president fost il-ħamsa u erbgħin li kellhom li ġie mneħħi wara perjodu wieħed biss. Minkejja kollox, però, jien diġà qed nimmissjah. Ħaqqu t-tifħir Jien m’iniex “fan” ta’ Trump. Lanqas xejn. Imma l-politika miegħu kienet avventura. Kull ġimgħa, jekk mhux kuljum, jara biex se joħroġ. F’kull ħaġa li għamel, kieku qatt kien politiku konvenzjonali. Tajjeb jew ħażin (aktar ħażin milli tajjeb) dejjem joħroġ b’xi ħaġa oriġinali. Żgur li qatt ma ried jilgħab il-logħba tal-politiċi professjonali. Ta’ dan ħaqqu l-ammirazzjoni ta’ kulħadd. Il-politiku professjonali fil-wiċċ jgħid u jagħmel dak li jridu jisimgħu u jaraw in-nies. Minn taħt jagħmel li jrid. Trump dejjem iddisprezza dan l-atteġġjament; dejjem kien ta’ żaqqu f’fommu. Huwa atteġġjament anti-politikantiżmu, jekk trid issejjaħlu hekk. Huwa atteġġjame

Proprjetà pubblika ssir privata

Image
Jekk tgħaddi max-xatt ta’ diversi nħawi f’Malta u f’Għawdex issib li spazji li minnhom kont tista’ qabel tgħaddi minnhom m’għadhomx aċċessibbli għax okkupahom xi ħadd għalih innifsu. Ħafna minna ma jagħtux kas. Jew iduru ma’ dawn l-ispazji jew jgħaddu minn xi mkien ieħor. Mingħajr ma nintebħu jkun sar serq taħt imneħirna. Ikun ukoll inkiser wieħed mill-aktar prinċipji importanti tal-umanità ċivilizzata. Serq sfaċċat Għala serq? Għax dak li hu propretà pubblika m’għandu qatt isir proprjetà privata. Meta x-xatt ta’ xi post hu aċċessibbli għal kulħadd, dan ikun proprjetà pubblika; għax il-pubbliku kollu jista’ jużah u jgawdih. Imma meta xi biċċa minn dik il-proprjetà ma tibqax aċċessibbli aktar għal kulħadd, imma jkun jista’ jużaha wieħed biss kif irid hu, dik tkun insterqet mill-pubbliku u saret proprjetà privata. L-ispazji misruqa minn max-xtut ta’ ħafna nħawi⸻il-Gżira, Tas-Sliema, Malsalforn, il-Belt, Birżebbuġa, ix-Xlendi, Marsaxlokk, u l-bqija⸻dawn m’għandhomx tal-pubbliku imma

Waslet tal-Amerika!

Image
Saflaħħar, l-elezzjoni tant mistennija tal-Istati Uniti tal-Amerika waslet. Trump għar-Repubblikani u Biden għad-Demokratiċi nhar it-Tlieta, 3 ta’ Novembru, se se jmorru għall-verdett tal-poplu. Bħal kull elezzjoni oħra qabilha u warajha, din hi waħda li għandha tiddeċiedi ħafna affarijiet fil-ħajja politika tal-Amerika. Imma tista’ wkoll ma tbiddel assolutament xejn. Trump jirbaħ Ħafna qed jixtiequ, u għandu mnejn ukoll iħebbru, li Trump se jitlef l-elezzjoni. Jien ma naħsibx. Ix-xewqat qatt ma kienu fatta. Ukoll jekk jien, għas-saħħa tal-argument, nixtieq li Trump jitlef l-elezzjoni, dan ma jfissirx li hekk se jiġri. Anzi, minkejja li nista’ nixtieq hekk, jien jidhirli li Trump se jerġa’ jirbaħ. Minn erba’ snin ilu ’l hawn ili nsegwi lil Trump f’dak kollu li għamel. Dan ma kienx faċli għax kien ifisser li kelli nisgiċċa l-biċċa l-kbira tal-medja Amerikana, li kienet maħlufa konrih. L-aħbarijiet fuq Trump⸻u dan narah fil-fehmiet ta’ ħafna nies li nitkellem magħhom⸻kienu valenużi