Posts

Showing posts with the label arkivju

Ir-riċerka

Image
Dil-kelma tfakkar lil ħafna fil-ħidma ta’ xi nutar qabel xi kuntratt. U tagħmel tajjeb. Imma m’għandhiex tfakkar fin-nutara biss. Ir-riċerka hija l-ħobża ta’ kuljum ta’ ħafna kategoriji oħra ta’ nies, u wkoll qasam meħtieġ ħafna ta’ kull ħidma kummerċjali. Min ifittex Kulħadd jagħmel xi riċerka mingħajr ma jagħtih dan l-isem. Min jipprova jitkixxef fuq xi ħaġa jew xi ħadd, riċerka jkun qed jagħmel. Dil-kelma tiġi mil-Latin ‘circum’, li tfisser ‘iddur’; bħalma jagħmel xi ħadd meta jrid isib xi ħaġa. U hekk jagħmel kull riċerkatur ta’ kull tip: iħuf u jgħarrex ħalli jara jitkixxifx fuq xi ħaġa. Kull studjuż huwa xi ftit jew wisq riċerkatur. Għax ifittex dak li qal dan u l-ieħor, jew inkella jfittex dokumenti miżmuma f’libreriji u arkivji ’l hawn u ’l hemm. Jien personalment nagħmel ħafna xogħol bħal dan tal-aħħar, kemm f’Malta u Għawdex kif ukoll f’pajjiżi oħrajn. Huwa parti mill-istudju li nagħmel u li jien imħarreġ għalih. Ir-riċerka titlob ħafna paċenzja u attenzjoni. Tqalle...

Librerija qatt mitmuma?

Image
Bieb il-belt Valletta, li tlesta aktar minn sena ilu, igawdih kulħadd, inkluż il-mijiet ta’ turisti li jgħaddu minnu ta’ kuljum. Id-disinn ta’ Renzo Piano fih dehra, bla dubju, anki jekk xi wħud s’issa nsew il-miljuni li ntefqu minn flus il-poplu ħalli dan isir. Iżda hemm biċċa mill-proġett li baqa’ ma tlestiex. Anzi, qatt ma nbeda. Din hi l-librerija tal-Parlament. Kif jgħidu, bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb. Dokumenti rari, uniċi u prezzjużi Il-librerija hija bogħod mill-għajn għax il-post fejn suppost li xi darba tiġi ma jidher minn inkien. Tidher biss il-mina ta’ wieħed mit-truf tagħha, hemmhekk, fil-foss ta’ Bieb il-Belt int u dieħel fuq il-lemin, minfejn qabel, sa l-1929, kienet taħdem il-ferrovija. Il-post intuża bħala xelter fl-aħħar gwerra. Minn dak iż-żmien lil hawn, il-mina baqgħet vojta, qisha ġerha li ma titfieqx. Fil-proġett ta’ Piano, li tlesta bejn l-2011 u l-2015, il-librerija tal-Parlament kellha tiġi eżatt fejn illum naraw il-Parlament ta’ Malta. Għalkemm...