Posts

Showing posts from January, 2010

Filosofija u Drittijiet Maltin

Bejn l-aħħar ġimgħa ta’ Frar u l-aħħar ġimgħa ta’ April se nkun qed nagħti żewġ korsijiet li nixtieq nistiednek għalihom. Wieħed se jittratta dwar il-filosofija f’Malta u l-ieħor id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin. Huma suġġetti li għandhom jinteressaw lil kulħadd għaliex fihom se nistħarrġu flimkien oqsma interessanti ferm tal-ħsieb Malti u tal-ħajja tagħna l-Maltin. Il-korsijiet Il-korsijiet qegħdin jiġu organizzati mid-Direttorjat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, fi ħdan iċ-Ċentru għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Ikollhom għaxar lezzjonijiet biss kull wieħed. Kull lezzjoni tibda fis-6.00 ta’ filgħaxija u tintemm fit-8.00. Kull kors ikollu n-noti tiegħu ħalli tkun tista’ ssegwi sewwa. Dawn il-korsijiet se jsiru l-Imsida, eżatt ħdejn il-Higher Lyceum, fiċ-Ċentru għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Kulmin jattendi jingħata ċertifikat uffiċjali ta’ attendenza. Fl-aħħar tal-korsijiet, mhemmx eżamijiet u lanqas ma tkun obbligat jew obbligata tikteb xi essej. L-iskop huwa li

Il-kaz ta’ Jean Pierre Abdilla

Iddecidejt li nikteb dwar il-kaz ta’ Jean Pierre Abdilla, pulizija ta’ 34 sena, ghaliex inhoss li huwa kaz xi ftit jew wisq indikattiv ta’ kif bniedem jista’ jibqa’ jigi akkuzat ta’ reat meta l-provi kontrih fil-fatt huma dghajjfa u kontradittorji. Jiena ma rrid lil hadd f’sitwazzjoni bhal din. Imma tigri. Dan hu l-punt. Jean Pierre jista’ jkun wiehed biss fost ohrajn li jinsab f’din il-qaghda. L-istorja X’inhi l-istorja? Jean Pierre iltaqa’ ma’ zewg persuni li talbuh jghinhom ftit bil-karti taghhom konnessi ma’ imigrazzjoni. Ma kien bi hsiebu jaghmel xejn illegali. Ried biss jghin ftit halli jhaffef process burokratiku. B’dan f’mohhu, avvicina persuna ohra, is-Sur X, li qalet li tista’ tghinnu. Izda, minflok, din il-persuna gabitu f’inkwiet kbir. Darba minnhom, Jean Pierre iltaqa’ mas-Sur X biex jaghtih in-numru tat-telefon tal-persuni li ried jghin. Izda jidher li, ghal xi raguni jew ohra, is-Sur X kien qal lill-pulizija li Jean Pierre kien se jghaddilu kilo droga. Infatti, war

The right to legal assistance & political games

Eight years have gone by since Parliament decided that “a person arrested and held in police custody at a police station or other authorised place of detention shall, if he so requests, be allowed as soon as practicable to consult privately with a lawyer or legal procurator, in person or by telephone, for a period not exceeding one hour”. And yet, throughout these years, a little note that says ‘This article is not yet in force’ rested at the foot of Article 355AT of our Criminal Code which granted such a right. Now, because of some political wrestling, the note is to be finally removed. One can surely ask: is this the way by which human rights are made to be respected? Over the years, innumerable abuses have been allegedly committed by the police and their aids thanks to this little note. Of course, none of them can ever be possibly proved. Because it is the word of the ‘bad guy’ against, not one, but many ‘good guys’. I have personally seen, both in the lower and upper courts, such

Meta l-Ġustizzja (u l-pulizija) jirrovinawk (II)

Ezatt xahar ilu, fis-17 ta’ Dicembru, f’Bartow (Florika, l-Amerika), l-imsejken Jamie Bain gie mehlus wara 35 sena l-habs ghalxejn. Kellu 19-il sena biss meta gie misjub hati li hataf tifel ta’ 9 snin u stuprah. Izda testijiet tad-DNA issa wrew bic-car u bic-cert li l-imsejken Bain ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dak id-delitt ikreh. Il-Gustizzja (u l-pulizija) kien ghaxxquha ghal darba ohra! Nies innocenti L-imsejken Bain mhuwiex l-uniku wiehed li gie ppruvat li ghamel habs ghalxejn minhabba l-inkompetenza, l-izballji u, xi kultant, il-pregudizzji tal-Gustizzja u l-pulizija, kif ukoll minhabba xhud foloz u evidenza mbaghbsa. Fl-Amerika biss kien hemm 245 kaz iehor simili ghal dak tal-imsejken Bain! U min jaf kemm hemm aktar! Mhux biss fl-Amerika, imma fid-dinja kollha, inkluz f’pajjizna stess! U tahsibx li l-helsien ta’ dawn il-mijiet ta’ nies kienet xi rigal tal-Gustizzja, tal-pulizija jew tal-prosekuzzjoni fuq xi platt tal-fidda! Xejn minn dan. Dawn in-nies u l-familji taghhom kell

Id-dmir li nitkellem (2)

Jista’ jew ma jistax sacerdot Kattoliku jesrimi fil-pubbliku fehmiet differenti minn dawk tal-awtoritajiet ekklezjastici? It-twegiba tieghi hi din: Mhux biss jista’, izda ghandu . U f’dawn il-ftit paragrafi li gejjin nixtieq nghid ghala l-wahda u ghala l-ohra. Din hija kwestjoni fundamentali, mhux biss ghax tmiss il-qalba ta’ xi jfisser li tkun sacerdot, imma wkoll tan-natura nnifisha tal-Knisja. Qabel xejn, nixtieq naghmel erba’ punti bazici preliminari. L-ewwel, jehtieg li jinghad li, jekk qatt kien jezisti xi nuqqas ta’ qbil bejni u bejn xi awtoritajiet ekklezjastici, dan la qatt kien, u lanqas ma huwa, ta’ natura duttrinali, jigifieri dwar il-fundamenti tal-fidi shiha, vera u Kattolika li ghaddewlna l-Appostli. It-tieni, lanqas ma qatt kien, jew hu, dwar il-legittimità tal-awtoritajiet ekklezjastici―inkluz il-Papa, l-Isqfijiet jew xi awtorità ekklezjastika legittima ohra―jew dwar il-prerogattiva legittima taghhom li jikkmandaw. Jiena nistqarr hawnhekk (anki jekk m’hemmx bzonn)

Id-dmir li nitkellem (1)

Fl-ahhar kwestjoni li nqalghet bejni u bejn l-awtoritajiet religjuzi f’Malta (li mill-1992 ’l hawn ma nafx x’numru hi, ghax tlift l-ghadd), bhal drabi ohra xi whud iddiskutew lili flok wiegbu ghall-fehmiet u l-argumenti li kont qed nipprova naghmel. M’ghandniex xi nghidu, haga bhal din ma nistaghgibx biha; ilni li drajt, mhux biss in-nuqqas ta’ tolleranza, imma, aktar minn hekk, l-inkapacità ta’ xi whud li jiehdu sehem fi djalogu suriet in-nies. Din l-inkapacità turi ruhha b’diversi modi, mhux f’din l-okkazjoni biss. Ahna l-Maltin u l-Ghawdxin ftit gejna mharrga sabiex niddjalogaw fil-veru sens tal-kelma. Nafu nargumentaw (fis-sens popolari li naghtu li din l-espressjoni), nafu niddiskutu, nafu nitghajjru, nafu nikkwestjonaw, nafu niddibattu, u l-bqija, imma ftit nafu niddjalogaw. Ir-raguni ewlenija tidher li hi li fir-realtà ahna ftit ghallmuna nisimghu lil xulxin. Ghaldaqstant, hafna mit-tahdit taghna ma’ xulxin hu aktar argumentazzjoni ‘tat-torox’ milli xi djalogu veru u proprju.