Posts

Showing posts from April, 2010

Il-gurnalizmu mill-qrati

Wiehed ghandu dejjem japprezza hafna s-servizz gurnalistiku. B’mod partikulari, hawnhekk nixtieq nirreferi ghall-gurnalizmu li jsir mill-Qrati tal-Gustizzja. Prattikament, il-gazzetti kollha llum ghandhom xi pagna jew aktar iddedikati ghal dan it-tip ta’ gurnalizmu. Ghalina, il-qarrejja, dan hu servizz li jzommna f’kuntatt mal-amministrazzjoni tal-Gustizzja u jitma’ s-sens ta’ sigurtà li lkoll nghozzu f’hajjitna. Rwol importanti Shabi u jien, il ilna nahdmu fil-qasam tal-Gustizzja Kriminali ghal dawn l-ahhar hmistax-il sena, ninsabu specjalment sensittivi ghal dan il-qasam gurnalistiku. L-organizzazzjoni taghna – Mid-Dlam ghad-Dawl – twaqqfet mill-prigunieri fil-Habs ta’ Kordin fl-10 ta’ April tal-1995 u ilha minn dak iz-zmien taghti servizz lis-socjetà billi thares fuq id-drittijiet tal-prigunieri, l-eks-prigunieri u l-familji taghhom. Jinteressana daqshekk dan il-qasam ghax jinfluwixxi hafna fuq il-hidmiet u r-responsabbiltajiet taghna. Mhux biss ghax ghandu rabta diretta fuq i

150 sena mit-twelid ta' Manwel Dimech

Is-Sibt li gej, 17 ta’ April, jahbat id-89 sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech (†1921). Imma din is-sena hija sinifikattiva ghalih ghal raguni ohra. Ghax din is-sena tahbat il-150 sena mit-twelid tieghu, li sehh fil-25 ta’ Dicembru tal-1860. Bhalma hu xieraq, it-tifkira ta’ dan il-bniedem kbir ghandha tghinna biex nibqghu nagharfu ahjar, mhux biss minn kien, f’liema zmien ghex u x’ghamel, imma fuq kollox il-messagg li l-filosofija tieghu tibqa’ taghtina. Filosofija ta’ helsien Il-qalba tal-filosofija tieghu kienet din: li ebda bniedem m’ghandu qatt jigi michud b’ebda mod mill-possibbiltà shiha li jkun sid ta’ hajtu. Din il-possibbiltà ma tinkludix biss strutturi u ordinamenti socjali, ekonomici u politici, imma wkoll mentalitajiet personali u formazzjonijiet edukattivi. Ic-cahda, kbira jew zghira, ta’ din il-possibbiltà hija realtà llum daqskemm kienet fi zmienu. Ahna lkoll dipendenti fuq dak li jbellghulna l-politici, l-hekk imsejha ‘policy makers’ u ‘opinion makers’, l-edukaturi t

Il-kaz ta' Monday Iseki

Xahar ilu, gie fit-tmiem parzjali tieghu l-kaz tan-Nigerjan ta’ 33 sena, Monday Iseki, wara 23 jum ta’ qatiegh il-qalb. Dan il-kaz kien wiehed ordinarju u relattivament semplici, imma aktarx tipiku tat-trattament li jircievu diversi nies minn idejn il-Gustizzja. Jidhirli li jixraq ftit riflessjonijiet. L-istorja Il-kaz beda fl-10 ta’ Frar li ghadda. Iseki kien go hanut tax-xorb fil-Qawra. Fuq il-bazi tar-registrazzjoni tas-CCTV li kellhom, is-sidien tal-hanut hasbu inkorrettement li dak kien il-bniedem li, tliet ijiem qabel, ipprova jidhlilhom fil-hanut billejl biex jisraqhom. Dak il-hin, fil-hanut inzertat pulizija frank bla uniformi li kienet habiba taghhom, u qalulha bis-suspett li kellhom. Meta din rat lil Iseki hiereg mill-hanut biex jerhilha lejn daru, il-pulizija talbet lil habibitha biex tehodha bil-karozza privata taghha ghal warajh waqt li hi cemplet lil pulizija ohra halli jigbruh. Iseki ntebah bil-karozza miexja warajh u beza’ li xi hadd iddecieda li jaghmillu l-hsara