Posts

Showing posts from July, 2009

Ghaliex il-Knisja hija kontra d-divorzju?

Image
Il-mistoqsija semplici tieghi hawnhekk se tkun din: Ghaliex il-Knisja Kattolika hija kontra d-divorzju meta Gesù nnifsu kien FAVUR id-divorzju? Nixtieq noffri ftit hsibijiet dwar ghaliex u kif tista’ tigi mwiegba din il-mistoqsija. Naghmel dan fl-ispirtu ta’ diskussjoni u qsim ta’ ideat u b’ebda mod assolutista jew dommatistiku. Id-diskussjoni rispettabbli u intelligenti, dwar id-divorzju jew dwar hwejjeg delikati ohra, hija sabiha u sana, u ghandha tqis l-aspetti kollha tal-kwestjonijiet diskussi. Ghaldaqstant, ma nahsibx li din it-tema li nixtieq nittratta fil-qosor hawnhekk inghatat s’issa l-attenzjoni li jixirqilha jew is-siwi li ghandu jkollha. Il-Knisja u Gesù Jiena jidhirli li kull argument iehor―socjologiku, psikologiku, ekonomiku, politiku u l-bqija―li l-Knisja Kattolika tista’ ggib kontra d-divorzju ma jista’ qatt jinghata siwi, ghallanqas mill-punto di vista tal-Knisja Kattolika, aktar minn dak li qal u ghamel Gesù. Ovvjament, dan ma jfissirx li l-argumenti socjolog

L-inzul fuq il-qamar

Tghid gidba hoxna!? It-Tnejn li ghadda, 20 tax-xahar, gie mfakkar l-40 anniversarju mill-inzul tal-ewwel bniedem fuq il-qamar. Dan jinghad li sehh fl-1969 mill-astronawt Amerikan Neil Armstrong. Dak il-hin stess, l-inzul storiku tieghu ixxandar dirett fuq it-televizjoni lil madwar 500 miljun ruh, fosthom bosta f’Malta. Imma xi whud izommu li dan l-inzul fuq il-qamar fil-fatt MA SEHH QATT! Tghid possibbli? Il-missjonijiet lunari B’kollox, l-Amerikani jsostnu li nizlu sitt darbiet fuq il-qamar f’missjonijiet spazjali differenti. Tnejn jinghad li sehhew fl-1969 (Lulju u Novembru), tnejn fl-1971 (Frar u Lulju) u tnejn ohra fl-1972 (April u Dicembru). Dawn il-missjonijiet jinghad li wasslu b’kollox 12-il ruh fuq wicc il-qamar u lura ghad-dinja. Fl-ewwel missjoni, dik ta’ Apollo 11 f’Lulju tal-1969, jinghad li l-kabina lunari damet fuq il-qamar saghtejn u nofs biss, biz-zewg astronawti ’il barra minnha 21 minuta u nofs biss. Fis-sitt missjonijiet kollha, l-Amerikani jsostnu li l-kabin

Pietru Caxaru u l-Kantilena tieghu

Image
Il-familja Caxaru kienet wahda qadima f’Malta fis-sekli 15 u 16. Pietru Caxaru, membru ta’ din il-familja, kiteb dik li s’issa hija maghrufa li hija l-eqdem poezija bil-Malti, maghrufa bhala “Il-Kantilena” jew “Xidew il-Qada”. Bejn wiehed u l-iehor, din il-poezija nkitbet madwar l-1450. Pietru Caxaru, il-kittieb famuz taghha, miet fl-1485. Dan l-ahhar, bhal meta wiehed jistenbah minn raqda twila, il-“Kantilena” regghet gibdet interess tal-ghageb. X’siwi ghandu dan l-interess imgedded? Interess personali Qabel xejn, nixtieq nghid ghala Pietru Caxaru u l-“Kantilena” tieghu ghandha tinteressanti mill-qrib. Hemm tliet ragunijiet ewlenin: l-ewwel, Pietru Caxaru hu midfun fil-knisja taghna tad-Dumnikani tar-Rabat. Infatti, Pietru ndifen f’kappella li l-bini taghha (meta kienet qed tinbena l-knisja) hallas ghalih minn butu stess. Pietru kien habib ta’ diversi Dumnikani eruditi li kellna f’dak iz-zmien. It-tieni raguni hija li dak li ‘skopra’ l-“Kantilena” kien Dumnikan ukoll: il-habib

Il-pjanijiet ta’ Piano

Jien ma nistax nifhem! Skond il-gazzetti tista’ tghid kollha, ta’ kull naha, Nazzjonalisti u Laburisti, l-ammirazzjoni, il-fohrija u s-sodisfazzjon kbir ghal dak li hazzilna l-Arkitett Renzo Piano ghad-dhul tal-belt Valletta (li ghalihom dahhal fil-but kemxa flus gmielha!) huma universali. Il-pjanijiet tieghu ghogbu lil kulhadd. Ingibed lejhom kulhadd. Habbhom kulhadd. Iridhom kulhadd. Jien ma nistax nifhem, nerga’ nghid. Mela dan-nies kollha ghajnejhom mhux f’wicchom qeghdin!? Il-krizi spiccat? Ibda biex, mela issa m’ghadniex fi zmien ta’ recensjoni serja!? Sa din il-gimgha stess li fiha l-gvern wera r-rieda tieghu li jberbaq miljuni ta’ Ewro fuq dan Piano u fuq it-twettiq tal-pjanijiet tal-ghageb tieghu, il-Ministru tal-Finanzi ghadu kemm stqarr ma’ Brussell li huwa impossibbli li sas-sena d-diehla nnaqqsu d-deficit b’mod sodisfacenti u accettabbli. Allura qed niggennu, x’qed naghmlu!? Jew qed niggennen jien!? Donnu kulhadd nesa li dat-tberbiq mhuwiex mehtieg. Huwa kapricc li l