L-inzul fuq il-qamar

Tghid gidba hoxna!?

It-Tnejn li ghadda, 20 tax-xahar, gie mfakkar l-40 anniversarju mill-inzul tal-ewwel bniedem fuq il-qamar. Dan jinghad li sehh fl-1969 mill-astronawt Amerikan Neil Armstrong. Dak il-hin stess, l-inzul storiku tieghu ixxandar dirett fuq it-televizjoni lil madwar 500 miljun ruh, fosthom bosta f’Malta. Imma xi whud izommu li dan l-inzul fuq il-qamar fil-fatt MA SEHH QATT! Tghid possibbli?

Il-missjonijiet lunari

B’kollox, l-Amerikani jsostnu li nizlu sitt darbiet fuq il-qamar f’missjonijiet spazjali differenti. Tnejn jinghad li sehhew fl-1969 (Lulju u Novembru), tnejn fl-1971 (Frar u Lulju) u tnejn ohra fl-1972 (April u Dicembru). Dawn il-missjonijiet jinghad li wasslu b’kollox 12-il ruh fuq wicc il-qamar u lura ghad-dinja.

Fl-ewwel missjoni, dik ta’ Apollo 11 f’Lulju tal-1969, jinghad li l-kabina lunari damet fuq il-qamar saghtejn u nofs biss, biz-zewg astronawti ’il barra minnha 21 minuta u nofs biss. Fis-sitt missjonijiet kollha, l-Amerikani jsostnu li l-kabini lunari taghhom damu fuq il-qamar 10 ijiem, 22 siegha u 30 sekonda, bl-astronawti taghhom ’il barra mill-kabini lunari tliet ijiem u siegha u nofs.

Fiz-zmien li jinghad li sehh l-ewwel inzul storiku fuq wicc il-qamar, l-avveniment gie milqugh b’entuzjazmu enormi mid-dinja civilizzata kollha. Jien stess niftakar meta l-astronawti ta’ dik il-missjoni kienu gew Malta u, ta’ tfal li kont, haduna fit-triq b’bandieri ckejknin Amerikani u Maltin inxejru waqt li l-astronawti ghaddew jghagglu f’karozza (jidhirli mikxufa).

Kollha gideb?

Xi whud li huma esperti fix-xjenza spazjali ― inkluz xi astronawti tal-NASA stess, l-agenzija spazzjoni Amerikana ― isostni bil-qawwa li, fil-fatt, la sehh l-ewwel inzul fuq il-qamar u lanqas il-hamsa ta’ warajh. Isostnu li l-Amerikani QATT ma nizlu fuq il-qamar u li x-xbihat kollha li xandru, televizivi u mhux, ingibdu kollha go studjos televizivi fid-dezert ta’ Nevada, l-Amerika stess. Possibbli!?

Dawn l-esperti jgibu hafna argumenti differenti biex isostnu din l-akkuza klamoruza. Il-bicca l-kbira ta’ dawn l-argumenti huma bbazati fuq il-filmati, ir-ritratti u r-registrazzjonijiet li pprovdew in-NASA stess tal-missjonijiet lunari. Jekk wiehed jezamina ftit x’jinghad f’dawn l-argumenti ― kif wiehed jista’ jaghmel facilment fuq l-Internet ― jekk ma jikkonvincix ruhu mill-verità taghhom, zgur li jitnissel f’mohhu dubju serju jekk l-inzulijiet fuq il-qamar sehhewx tabilhaqq.

Fost l-argumenti wiehed isib dawn: Kif tista’ bandiera fuq il-qamar tperper meta mhemmx atmosfera? Kif jista’ jkun li r-riglejn tal-kabini spazjali qatt m’ghandhom traba wahda fuqhom? Ghala s-sema dejjem jidher bla kwiekeb? Kif panorami lunari li n-NASA tghid li huma differenti, jidhru ezatt l-istess? Kif il-waqa’ ta’ dellijiet fuq il-qamar mhumiex fl-istess direzzjoni? Kif fl-evidenzi mahruga minn-NASA gie jinstemghu ilhna jew jidhru jdejn li mhumiex tal-awtronawti? … u hafna u hafna mistoqsijiet bhal dawn.

Possibbli jew le!?

Hu possibbli li l-Amerikani gidbu fuq l-inzul taghhom fuq il-qamar? Ir-risposta hi wahda semplici: IVA, POSSIBBLI! Tliet ragunijiet qawwija huma bizzejjed. Qabel xejn, l-inzulijiet lunari sehhew KOLLHA fi zmien il-presidenza ta’ bniedem giddieb patologiku, Richard Nixon. It-tieni, il-bicca l-kbira tal-argumenti li jsostnu li l-inzulijiet kienu sempliciment rexta huma KOLLHA konvincenti hafna (u n-NASA qatt ma xejnithom ghal kollox).

It-tielet, kien hemm MOTIV qawwi hafna sabiex l-Amerikani jigdbu fuq l-inzulijiet: ghax f’dak iz-zmien ― zmien il-‘Gwerra l-Bierda’ ― ir-Russi kienu qed juru rwiehhom evidentement superjuri ghall-Amerikani fix-xjenza spazjali u kienu konkretament qed jirbhu t-tellieqa tal-iskoperta spazjali.

Hemm argument wiehed qawwi KONTRA l-akkuza li l-inzulijiet qatt ma sehhew: jekk l-ewwel inzul kien gidba, allura ghala zzid mieghu hames inzulijiet ohra? Gidba wahda mhux bizzejjed? Aktar ma tigdeb, mhux aktar tista’ tinqabad?

Il-fatt jibqa’ li huwa difficli hafna tghid huwa veru jew le li l-bniedem nizel fuq il-qamar. Id-dubju hemm qieghed u mhuwiex zghir. Tghid din gidba ohra Amerikana? Ghad insiru nafu x’gara tassew?

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?