Posts

Showing posts with the label drittijiet

Id-dimensjoni tar-rispett

Image
F’dinja fejn ilkoll kemm aħna niġu mħeġġin naqdfu u nirnexxu, valur bħal dak tal-imħabba jiġi limitat għal ċirkli personali biss. Min-naħa l-oħra, valur bħar-rispett jikseb dimensjonijiet aktar wiesa’ u universali. Fi kliem ieħor, tista’ ma tħossokx komdu jew komda tgħid li tħobb lil ħaddieħor, imma li tirrispettahom iva. Fejn hemm nuqqas t’imħabba għall-anqas għandu jsaltan ir-rispett. Dak li jiswa għalina Nitkellmu fuq valuri meta rridu nirreferu għal affarijiet li għandhom xi siwi għalina. Il-valur hu kemm jiswew l-affarijiet, in-nies, l-azzjonijiet jew is-sentimenti għalina. Dik li spiss tissejjaħ il-lista tal-valuri hija l-iskala li għandna f’moħħna u f’qalbna ta’ x’jiswa aktar jew anqas għalina personalment u bħala soċjetà. Is-soċjetà li aħna ngħixu fiha llum, imdakkra ħafna mill-għajxien tan-nies ta’ barra, l-aktar fl-Ewropa u l-Amerika, żiedet is-siwi li aħna nagħtu lil affarijiet li jorbtu mal-individwalità tagħna. Il-jeddijiet tagħna personali b’mod ġenerali, ngħidu a...

Il-ħares ta’ Hong Kong

Image
Il-ħares ta’ Hong Kong reġa’ tfaċċa dil-ġimgħa. Ħafna drabi jibża’ min-nies. Imma xi kultant jagħmel il-qalb u joħroġ kemxejn rasu. Dejjem jipprova jirkeb. S’issa ma rnexxilux. Imma qatt ma jaqta’ qalbu għal kollox; u qatt m’hu se jaqta’ qalbu. Minn hawn jew minn hemm, se jibqa’ jipprova biex tgħaddi tiegħu. Jiddependi biss min-nies. Ammirevoli In-nies dil-ġimgħa ħarġu bi ħġarhom biex il-ħares li jheddidhom—jiġifieri ċ-Ċina—jerġa’ jidħol f’qoxortu. F’għeluq it-tnejn u għoxrin sena minn mindu l-Britanniċi għaddew liċ-Ċina dil-gżira, id-difensuri tad-drittijiet ħielsa kellhom iqabbdu qrunhom ma’ ta’ dawk li heddewhomlhom. S’issa Hong Kong tidher li m’hix qed iċċedi għall-pressjoni kontinwa taċ-Ċina. Kemm tista’ ddum? Huwa tal-għaġeb kemm in-nies ta’ Hong Kong huma reżistenti. Din tifhimha għax jinsabu mheddijin il-ħin kollu li l-liberajiet li ġew imdorrijin li jgawdu jintemmewlhom ħesrem hekk kif iċ-Ċina timponi r-rieda tagħha fuqhom. Jafu xi jfissru liberajiet u jafu wkoll xi jf...

Grazzi, mara!

Image
Minkejja li ‘Jum il-Mara’ ġie ċċelebrat il-Ġimgħa li għadda, 8 ta’ Marzu, għadu qrib biżżejjed biex nieħu l-okkażjoni ħalli nrodd ħajr minn qalbi lin-nisa kollha tad-dinja; anzi, lill-mara ta’ kull żmien. Fl-istess ħin, però, ma jistax jonqos li dar-radd ta’ ħajr, jiġix minni jew minn xi ħadd ieħor, dejjem irid ikun imsieħeb mas-sens ta’ dak li hu ġust. Traġedja tal-umanità Nibda biex ngħid x’traġedja kienet għall-umanità—waħda mill-akbar traġedji tagħha—meta l-fasliet reliġjużi, soċjali, politiċi u legali, u għalhekk dawk ekonomiċi kollha, bdew isiru bil-ħsieb li jwarrbu ’l mara. Kienet traġedja li baqgħet tissaħħaħ u tippersisti għal għexieren ta’ sekli u, xi ftit jew wisq, għadha teżisti kullimkien. Din nistgħu nsejħulha tabilħaqq traġedja għax ġabet konsegwenzi tant koroh u dannużi fuq l-umanità u fuq id-dinja. Meta l-mara twarrbet u bdiet titqies membru tas-sekonda klassi tal-ġens uman—jew, agħar minn hekk, membru ta’ xejn—l-umanità tfaqqret b’tali mod li nbidlitilha n-nat...

Il-libertà tal-espressjoni

Image
Qatt ma hu biżżejjed li nisħqu fuq il-libertà tal-espressjoni f’soċjetà demokratika. Għax fuq din il-libertà jistrieħ is-sens kollu li għalih soċjetà bħal din teżisti. Bagħbas mal-libertà tal-espressjoni, tkun xi tkun ir-raġuni jew l-iskuża, u tkun bagħbast max-xewka tad-dahar taċ-ċiviltà tagħna. Ebda demokrazija ma tista’ teżisti mingħajr il-libertà tal-espressjoni. Trażżin qatt Qatt m’hemm skuża tajba biżżejjed li għaliha, biha jew minħabba fiha għandha tintmess, jew jingħata l-impressjoni li qed tintmess, il-libertà tal-espressjoni ta’ kull ċittadin membru ta’ soċjetà demokratika. Ebda raġuni jew skuża ma hi jew tista’ tkun suffiċjenti. Qatt, qatt, qatt m’għandu ċittadin, hu min hu, jinżamm milli jesprimi lilu nnifsu kif irid, meta jrid, daqskemm irid u b’liema mod irid. Dan għax l-istat demokratiku hu tiegħu. Mhux bil-kontra. Mhux iċ-ċittadini huwa tal-istat demokratiku. Le. Huwa l-istat demokratiku li hu taċ-ċittadin. U allura kull ċittadin, kull wieħed u waħda minna, għan...

Ħa tintemm il-vjolenza!

Image
Illum, il-25 ta’ Novembru, il-Ġnus Magħquda tfakkar il-Jum Internazzjonali għat-Qerda tal-Vjolenza kontra n-Nisa. Hija tifkira ta’ ċertu tifsir u importanza għax din l-għamla ta’ vjolenza, f’dinja fejn il-jeddijiet tal-bniedem huma hekk meqjuma, diżgrazzjatament għadha sal-lum waħda mill-aktar mifruxa, persistenti u qerrieda. Il-vjolenza bi preġudizzju Meta fl-1993 l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fissret xi trid tgħid b’vjolenza kontra n-nisa hija għarfitha bħala “kull għemil ta’ vjolenza li jsir kontra mara għax hi mara, li jista’ jġibilha ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika, inkluż it-theddida ta’ atti bħal dawn, atti li jġegħluha tagħmel li ma tridx jew atti li jċaħħdulha l-libertà tagħha, kemm jekk isiru fil-pubbliku kif ukoll fil-privat”. Wieħed għandu mnejn jistagħġeb kemm atti bħal dawn, li jsiru kontra mara għax hi mara, huma komuni, mhux biss barra minn pajjiżna, imma f’pajjiżna wkoll. Għadhom jeżistu nies, l-aktar irġiel, li jqisu l-mara bħala xi...

L-ugwaljanza

Image
Il-kelma ‘ugwaljanza’ hija waħda tqila maħluqa, fost ħafna oħrajn, mill-borgeżi, aktarx mill-avukati. Bil-Malti nużaw dil-kelma għax ma jidhirlix li għandna oħra li tista’ toqgħod flokha. Nużawha biex infissru li żewġ persuni jew aktar għandhom jeddijiet indaqs. Hi kelma ta’ siwi, għax fuq il-ħsieb tagħha toqgħod kull ġustizzja, inkluż il-ġustizzja soċjali. Mhux kulħadd xorta Illum il-ġustizzja soċjali hi ħaġa li, għall-anqas fil-Gżejjer Maltin, fost ħafna mkejjen oħrajn, aħna mdorrijin ħafna biha. Dan għaliex, sa mis-snin ħamsin, bdejna u bqajna nistgħu ħafna fuqha, u mbagħad, fil-bidu tas-snin sebgħin, bdejna wkoll narawha titwettaq fil-konkret b’bosta liġijiet li tawha prattika komuni. Meta nitħaddtu fuq il-jeddijiet tal-bniedem jew, xi kultant, fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, dejjem inserrħu l-ħsieb tagħna l-aktar fuq l-ugwaljanza. Dan għaliex il-jeddijiet mhumiex ta’ xi bnedmin u mhux ta’ oħrajn, imma ta’ kulħadd l-istess. Qabel, sal-bidu tas-sebgħinijiet, kien...

Ħelsien u Jeddijiet

Image
Il-bniedem li jitteħdulu l-jeddijiet tiegħu, jitteħidlu wkoll il-ħelsien. Bniedem bla jeddijiet hu bniedem bla ħelsien. Jista’ pajjiżu jkun ħieles; hu ma jkunx. Il-bniedem mingħajr ħelsien hu wieħed misruq, imċekken u umiljat. Illum, meta s-suq ħieles jiġi paxxut saħansitra minn gvernijiet tax-xellug, inkluż soċjalisti, il-bniedem jitteħidlu l-ħelsien għax il-jeddijiet tiegħu mnaqqrin. Suq ħieles akbar ifisser biss ħelsien anqas għal kulħadd. Suq ħalliel Il-ħelsien hu l-jedd li tagħżel. Meta bniedem hu ħieles, jagħżel x’irid ikun, kif jgħaddi ħajtu, x’għamla jagħtiha, x’xogħol jagħmel, kif iqatta’ ħinu, kif għandu jkun il-ferħ tiegħu, u l-bqija. Bniedem bħal dan ma jiġix imġiegħel jagħmel għażliet li ma jridx jew jagħżel affarijiet li ma jħobbx. Bniedem ħieles hu wieħed awtonomu fl-għażliet tiegħu. Is-suq ħieles, imrewwaħ mill-filosofija neoliberali, ma jħalli lil ħadd awtonomu. Irid jiddetta—u fil-fatt hekk jagħmel—lil kulħadd kif jgħix ħajtu, kif iqatta’ ħinu, x’għandu jkun i...

Ix-xemx titla’ għal kulħadd

Image
Il-liġi li għaddiet it-Tnejn li għadda reġgħet ġabet fil-wiċċ (għall-miljun darba) li m’aħniex kapaċi naqblu fuq dak li hu elimentari fir-rigward taċ-ċittadini tagħna. Nies li għandhom sens ta’ emanċipazzjoni u oħrajn li jibqgħu ma jistgħux jieqfu jħarsu sa mneħirhom. Dawn tal-aħħar ma jafux ma jqisux il-preġudizzji tagħhom f’kuntest storiku aktar wiesa’ mill-għadira tal-interessi żgħar tagħhom. Il-pantomina eterna Ir-reazzjonijiet għal-liġi kienu lkoll prevedibbli. Il-Labour favur, il-Knisja kontra u n-Nazzjonalisti gallerija. Kemm-il darba rajniha din il-formazzjoni? U agħar minn hekk: Kemm-il darba se jkollna nibqgħu narawha? Din mhijiex sempliċiment il-ġlieda eterna ta’ bejn min irid jagħfas ’il quddiem u min irid iżomm lura. Jekk inhu hekk, l-analiżi tagħna tkun tabilħaqq superfiċajli. Hija, pjuttost, ġlieda konta t-traġedja ta’ min ma jistax jagħraf sens ta’ storja f’dak li jiddeċiedi u jagħmel. Kemm l-eżempju jrid mill-imgħoddi biex jintebaħ kemm hu iblah? Kemm-il darba ...

Il-mohqrija tal-annimali

Image
Ir-ritratt li jidher hawnhekk hadtu jien stess il-gimgha li ghaddiet. Iz-zwiemel li tara fih quddiem Sant’Iermu, il-Belt, huma tnejn biss minn hafna ohrajn li, waqt il-qadi ta’ xoghlhom, kuljum jghaddu s-sighat kollha tal-imbierka gurnata f’xemx taqli l-ankri. Meta tqis li hi l-aktar haga facli u semplici fid-dinja li tinhadem tinda ghall-kenn ta’ dawn l-imsejkna vittmi taghna, ma tistax ma titmezmizx bil-qalb xierfa ta’ min ihallihom f’din il-qaghda tal-wahx. Nies b’qalb kbira Iz-zwiemel tal-karozzini mhumiex l-unici annimali vittmi tal-insensittività taghna. Kull tip ta’ annimali ‘domestici’ ohra ghandhom ix-xorti wisq hazina li waqghu taht l-inciviltà ta’ xi whud minna li jistmawhom bhallikieku kienu hlejjaq li ma jhossux, ma jitnikktux u ma jweggghux. Ovvjament, mhux ilkoll ahna nies bla qalb. Hawn hafna u hafna nies li jagharfu d-dmir taghhom li jirrispettaw lill-annimali u jfittxu li jaghmlulhom hajjithom wahda hienja u sabiha, kif jixirqilhom. F’kull belt u rahal tal-gze...

Il-gustizzja skont Cameron

Image
Il-Qorti Ewropea ghall-Harsien tad-Drittjiet tal-Bniedem fi Strasburgu (tal-Kunsill tal-Ewropa) m’ghandhiex toqghod tahli z-zmien taghha billi tghasses fuq pajjizi li fihom il-Konvenzjoni Ewropea ghall-Harsien tad-Drittijiet tal-Bniedem digà taghmel parti mil-ligijiet nazzjonali taghhom. Minflok ghandha tuza hinha ahjar u tiffoka fuq pajjizi Ewropej fejn il-Konvenzjoni ma taghmilx parti mil-ligijiet taghhom. Qorti ghall-ohrajn Dan kien l-argument ewlieni li ghamel nhar l-Erbgha li ghadda, 25 ta’ Jannar, l-Prim Ministru tal-Gran Britannja, David Cameron. Huwa qal dan fi Strasburgu fil-ftuh tas-sitt xhur li pajjizu ghandu fil-presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa (sa Mejju). Huwa sahaq li mhuwiex sew li pajjizi maghrufa sew ghall-harsien tad-drittijiet tal-bniedem―bhalma hi l-Gran Britannja―isirilhom indhil zejjed mill-Qorti ta’ Strasburgu. Il-Qorti, qal Cameron, ghandu jkollha sistema ta’ prijoritajiet biex b’hekk tkun tista’ tiffoka fuq pajjizi fejn l-aktar li hemm bzonn li tiffoka...

L-ghagna ta’ civiltà zaghzugha

Image
Dom Mintoff Il-grajja tal-izvilupp modern tac-civilizzazzjoni Maltija mhux dejjem hadet linja dritta. Kien hemm passi ’l quddiem, imma wkoll hafna passi lura. Gieli gew jiem krucjali meta l-mument kien jew ta’ qabza ’l quddiem jew ta’ xehta lura. Il-bierah - id-decizjoni għall-introduzzjoni tad-divorzju - kien jum bhal dawn. Bidu bla tmiem Fil-mument attwali tieghu, l-Istat Malti ghadu ma kisibx dik il-maturità politika u l-emancipazzjoni morali li jixraq lil zmienna. Minkejja s-separazzjoni tal-qawwiet tal-Istat (legislattivi, amministrattivi u gudizzjarji) u anki s-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja, l-Istat Malti ghad ghandu sal-lum diversi elementi procedurali li ma jaghmluhx Stat sekulari jew lajk fil-veru sens tal-kelma. Filwaqt li s-socjetà Maltija hija sekulari, l-Istat Malti mhuwiex. Dak li jista’ jigi mistqarr b’certezza huwa li l-Istat Malti ghandu l-bidu tal-emancipazzjoni politika u morali tieghu, izda certament mhux it-tmiem jew it-twettiq. Jista’ jinghad ukol...

Id-drittijiet legittimi ta’ haddiehor

Image
In-nisrani hu fid-dmir li jhares, jiddefendi u jippromwovi mhux biss id-drittijiet legittimi tieghu nnifsu imma wkoll id-drittijiet legittimi ta’ haddiehor, anki meta ma jaqbilx maghhom. Minn hawn tintwera, ghall-anqas f’dan il-qasam, il-kobor tal-imhabba tieghu. In-nisrani ma jista’ qatt jghid li ma jinportahx jew m’ghandux x’jaqsam mal-harsien, id-difiza u l-promozzjoni tad-drittijiet ta’ haddiehor meta dawn ikunu legittimi u rispettuzi. Il-gid komuni Dan jorbot direttament mad-drittijiet tal-minoranzi fil-qafas tal-gid komuni. In-nisrani ma jista’ qatt jaccetta li dak li nsejhu “gid komuni” jkun biss ekwivalenti ghall-gid tal-maggoranza. Il-gid komuni mhuwiex maghmul biss mill-gid tal-maggoranza, imma mill-gid ta’ kulhadd: maggoranza u minoranzi. Li kieku ma kienx hekk, li kieku l-gid komuni kien biss dak tal-maggoranza, allura f’hafna pajjizi fejn l-insara huma minoranza, l-insara stess lanqas biss ikollhom id-dritt tal-libertà tal-kult. Mentri t-taghlim socjali tal-Knisja Ka...

Paralleli Tunezini

Image
Sa ftit aktar minn gimghatejn ilu, kollox kien jidher sew u trankwill gewwa l-gara taghna, it-Tunezija. Gvern stabbli, jahdem id f’id ma’ hbiebu, lokali u barranin; id tahsel ’il ohra. Istituzzjonijiet sodi fuq saqajhom; komplici mal-gvern. Il-fqir boghod mill-ghajn u boghod mill-qalb; igorr bil-kwiet. Religjon kuntenta bil-privileggi taghha. Imma f’hakka t’ghajn kollox inbidel … fuq zewg kaxxi tal-haxix u l-frott. Mohamed Bouazizi L-isem tal-mibki Mohamed Bouazizi se jibqa’ ghal dejjem marbut mal-qawma tal-poplu Tunezin li waqqa’ r-regim ta’ Zine al-Abidine Ben Ali. Bouazizi kien zaghzugh ta’ 27 sena; bejjiegh tal-frott u l-haxix minn fuq karrettun zghir fit-toroq ta’ Sidi Bousaid. Bouazizi ma kellux possibbiltà ta’ impjieg fiss ghajr li jarma ghal rasu. Mill-ftit flus li kien idahhal kien jghajjex lilu nnifsu u l-familja kollha tieghu. Bl-gharaq ta’ gbinu kien sahansitra rnexxielu jhallas l-università ghal wahda minn hutu. Hadem minn mindu kellu ghaxar snin. Il-pulizija kienu i...

Filosofija u Drittijiet Maltin

Bejn l-aħħar ġimgħa ta’ Frar u l-aħħar ġimgħa ta’ April se nkun qed nagħti żewġ korsijiet li nixtieq nistiednek għalihom. Wieħed se jittratta dwar il-filosofija f’Malta u l-ieħor id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin. Huma suġġetti li għandhom jinteressaw lil kulħadd għaliex fihom se nistħarrġu flimkien oqsma interessanti ferm tal-ħsieb Malti u tal-ħajja tagħna l-Maltin. Il-korsijiet Il-korsijiet qegħdin jiġu organizzati mid-Direttorjat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, fi ħdan iċ-Ċentru għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Ikollhom għaxar lezzjonijiet biss kull wieħed. Kull lezzjoni tibda fis-6.00 ta’ filgħaxija u tintemm fit-8.00. Kull kors ikollu n-noti tiegħu ħalli tkun tista’ ssegwi sewwa. Dawn il-korsijiet se jsiru l-Imsida, eżatt ħdejn il-Higher Lyceum, fiċ-Ċentru għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Kulmin jattendi jingħata ċertifikat uffiċjali ta’ attendenza. Fl-aħħar tal-korsijiet, mhemmx eżamijiet u lanqas ma tkun obbligat jew obbligata tikteb xi essej. L-iskop huwa li ...

In-natura u t-trattament tal-annimali fil-filosofija ta’ San Tumas ta’Akwinu

Mhuwiex okkazjonali jew arbitrarju li gie maghzul San Tumas ta’ Akwinu ghal dan l-istharrig filosofiku f’rabta man-natura u t-trattament ta’ l-annimali. San Tumas huwa meqjus bhala l-hassieb ewlieni li l-kitbiet tieghu huma fost l-aktar li hallew influss qawwi fuq it-teologija nisranija u l-filosofija tal-punent, partikularment fil-mod kif gew mifhuma l-annimali mis-seklu 13 ’l quddiem, u fil-mod kif gew tradizzjonalment ittrattati mill-insara. Dan l-influss mhuwiex meqjus pozittiv, u f’dan is-sens il-filosofija ta’ San Tumas rigward l-annimali oggettivament tipprezentalna problema. Infatti, generalment hu San Tumas li jinghata l-htija kollha ghat-trattament predominantement hazin, u ghac-cahda ta’ drittijiet proprji, li tradizzjonalment inghataw l-annimali min-nies tal-puntent, specjalment dawk ta’ gheruq insara. Aktar minn hekk, hu wkoll San Tumas li jinzamm bhala l-htija ewlenija ghall-imbokk li ghadu jezisti prezentement fil-progress filosofiku u teologiku min-naha ta’ l-insara fir...