Posts

Showing posts from July, 2016

Mintoff ta’ 100 sena

Image
Nhar is-Sibt li ġej, 6 ta’ Awwissu, festa tas-Salvatur, il-Perit Dom Mintoff jagħlaq 100 sena minn twelidu. Bosta attivitajiet din il-ġimgħa se jfakkru dan l-anniversarju speċjali. L-iskop ewlieni ta’ dawn l-attivitajiet huwa, nobsor jien, li jagħtu opportunità ħalli nagħarfu lil Mintoff xi ftit aħjar, niċċelebraw ħajtu u ħidmietu, u nifhmu aktar is-sehem li kellu fil-bidla għall-aħjar li kiseb il-poplu Malti permezz tiegħu. Iċ-ċappa t’intietef Jista’ jkun hemm skop ieħor ma’ dawn, forsi anqas popolari llum. Jiġifieri dak li nisiltu l-prinċipji ewlenin tal-ħsieb u l-ħidma tiegħu li nagħarfuhom bħala tajba u nagħmlu ħilitna biex napplikawhom għaċ-ċirkustanzi l-ġodda ta’ żmienna. Nifhem li għal bosta llum dan ma jagħmilx sens. Jemmnu li Mintoff kien bniedem ta’ żmienu u llum m’għadx għandu post għax id-dinja u l-politika tbiddlu għal kollox. Li dawn tbiddlu m’għandix dubju. Li Mintoff m’għandux post aktar illum, għandi. Jidhirli li hemm ħwejjeġ fil-filosofija politika tiegħu li j

Il-massa tar-riċevituri

Image
Huwa evidenti li l-gvern jaħdem fuq diversi oqsma ta’ livelli. Jagħti lil kull waħda minnhom priorità, importanza, investiment ta’ ħin u enerġija differenti skont il-ħtieġa u skont il-politika tiegħu. Spiss, qasam jitlob impenn akbar ta’ attenzjoni fuq l-oħrajn. Wieħed mix-xogħlijiet tal-gvern huwa li jsib bilanċ bejn l-oqsma u ma jħallix li jinxtorob minn waħda għad-detriment tal-oħrajn. Jekk jiġri hekk, ikun ta’ detriment kemm għalih u kemm għall-interess nazzjonali. Ħidma differenti Jidhirli li hemm erba’ oqsma ewlenin li fuqhom jaħdem il-gvern fuq livelli differenti. Se nsemmihom mhux f’ordni ta’ importanza iżda biss f’ordni ta’ konvenjenza. Hemm il-qasam Ewropew u internazzjonali (tal-Unjoni Ewropea u ta’ pajjiżi oħrajn). Hemm il-qasam tal-relazzjoni mal-kummerċjanti lokali (l-aktar tal-privat). Hemm il-qasam politiku (f’relazzjoni mal-amministrazzjoni ġenerali u mal-oppożizzjoni). Hemm imbagħad ukoll il-qasam tal-biċċa l-kbira tan-nies riċevituri (li m’għandhomx x’jaqsmu di

“Ħaqq #$*@§!”

Image
Jgħidu li aħna l-Maltin u l-Għawdxin famużi għad-dagħa. Għallanqas, jgħidu xi wħud, aħna famużi għal xi ħaġa, mhux xejn. Imma nistgħu nibqgħu ċerti, bħalma jixhed kulmin siefer jew għex f’pajjiż ieħor, li mhux il-Maltin biss jidgħu. Għala jsir dan mhuwiex magħruf bl-eżatt. Iżda studji reċenti wrew li d-dagħa fih xi vantaġġi marbutin mal-fasla psikoloġika tan-nies. Dagħa sajfi? Fis-sajf in-nies aktar jagħtuha biex joħorġu u jitħalltu ma’ ħaddieħor, speċjalment wara nżul ix-xemx, meta l-arja tiffriska u ġewwa hemm sħana wisq. F’dan iż-żmien, ersaq kulfejn trid fejn hemm ġemgħa ta’ nies u ibqa’ ċert li tisma’ lil min iżarrat. Jekk ma tismax millanqas dagħwa waħda kull minuta, obżoqli f’wiċċi! Ftit hawn Maltin u Għawdxin—tabilħaqq, ftit hawn nies fid-dinja kollha—li jistgħu jgħidu li qatt ma qalu dagħwa jew tkellmu ħażin. Fil-fatt, in-nies jgħidu l-ereżijiet anki meta jkunu weħidhom. Imma, imbagħad, speċjalment meta jkunu ma’ ħaddieħor. Min jgħid kliem oxxen, pastaż, ħażin jew baxx

Corbyn fis-sod?

Image
Jeremy Corbyn ħareġ bil-qawwa kontra li l-Gran Britannja tħalli l-Unjoni Ewropea. Issa li r-referendum ħareġ bil-qawwa favur li l-Gran Britannja tħalli l-Unjoni, il-qagħda ta’ Corbyn tinsab fi kriżi serja. Mat-80% tal-Membri Laburisti tal-Parlament lesti jqumu kontrih. Għal bosta minnhom jidher li ġiethom ix-xoqqa f’moxtha biex jeħilsu minnu, kif dejjem xtaqu sa mill-bidu tal-ħatra tiegħu bħala kap tal-partit. Determinat li jirbaħ Jumejn oħra, nhar it-Tlieta, millanqas 172—jew 80%—tal-Membri tal-Parlament li jagħmlu parti mill-Partit Laburisti Britanniku lesti jivvutaw favur sigriet vot ta’ sfiduċja fil-kap tal-partit tagħhom, Jeremy Corbyn. L-iskuża? Għax intilef referendum li Corbyn kien favurih. Iżda l-vot ma hu se jkollu ebda validità legali jew tassattiva fi ħdan il-partit u Corbyn diġà qal li se jinjorah. Din għalih hi opportunità oħra biex ikompli jnaddaf il-partit. Imma l-affarijiet mhumiex sempliċi daqshekk. Il-Partit Laburista Britanniku jinsab fi kriżi serja li tista