Il-paternalizmu tal-Bagit
M’iniex se nithaddet dwar xi dettalji tal-Bagit li sar din il-gimgha. Ghalkemm il-kontenut tieghu ghandu jinteressa lil kulhadd, xtaqt li minflok noffri ftit hsibijiet dwar l-attitudni li timplika l-prezentazzjni tal-Bagit kull sena. Hija attitudni li nara fiha riha qawwija ta’ paternalizmu li, kif wiehed ghandu jahseb, ma jixraqx lil nazzjon li suppost hu modern u fi stat evoluttiv zviluppat ta’ civilizzazzjoni (li m’huwiex). Sistema paternalistika Xi kwalitajiet ta’ kif isir u jixxandar il-Bagit jinkludu, fost ohrajn, xi whud bhal dawn li gejjin: il-Bagit jaghmlu l-gvern; jaghmlu fis-sigriet; jikkonsulta ma’ relattivament ftit li xejn persuni jew istituzzjonijiet stabbiliti, specjalment tal-privat; izommu sigriet sakemm jasal il-jum mistenni; u jxandru fost cerimonjal kwazi komiku. Wara, erhi lil kulhadd – inkluz l-esperti u l-istituzzjonijiet privati – joqghod jiddiskutih u jghid kemm kien tajjeb jew hazin. Innota s-sistema kif inhi: qisu ghandek papà li ghandu xi tip ta’ pr...