Posts

Showing posts from September, 2012

Ic-cajta tan-non-allineament

Image
“Malta hija stat newtrali li jrid attivament jilhaq il-paci, is-sigurtà u l-progress socjali fost in-nazzjonijiet kollha billi jhaddan politika ta’ non-allineament u jirrofta li jippartecipa f’kull alleanza militari.” Dan huwa kliem mislut minn Artiklu 1, sub-artiklu 3, tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, kliem li dahal f’dan id-dokument bl-emendi li saru fi Frar tal-1987. Fuq kollox, huma kliem li, jekk kienu jitwemmnu hamsa u ghoxrin sena ilu (kif fil-fatt kienu), illum aktarx li ma tantx baqghu jitwemmnu wisq. Vapuri tan-NATO It-twemmin fin-non-allineament ta’ Malta ilu bosta snin imajna. Hekk kif inbidel il-gvern ftit xhur biss wara li din l-emenda kienet saret parti mill-Kostituzzjoni taghna, mill-ewwel deher car li xi whud fil-gvern kienu accettaw li ssir din l-emenda ghax ma setghux jaghmlu mod iehor. Twemmin fiha ma kienx hemm. Infatti, kwazi immedjatament bdejna repetittivament naraw il-vapuri tal-gwerra fil-portijiet Maltin bi ksur car tal-Kostituzzjoni. Dan ghaliex f’parti

Garrab is-sigar

Image
Hija weggha ta’ qalb kull darba li, kif tkun ghaddej minn hawn jew minn hemm f’pajjizna, kemm Malta kif ukoll Ghawdex, tintebah li sigar li kienu ilhom hemm ghexieren, jekk mhux mijiet, ta’ snin sparixxew u saru vittmi tal-‘progress’. Sirt niehu qatgha malli nara l-ingenji tal-kostrutturi jiehdu l-pozizzjonijiet taghhom f’xi qasam jew iehor. Minnufih inhares madwarhom halli nara liema se jkunu s-sigar vittmi li jmiss. Ghax, bil-maghmul, l-ewwel ‘fazi’ ta’ kull pjan ta’ kostruzzjoni pubblika ― ohrog il-ghageb ― donnha hija: Qaccat is-sigar kollha li ssib! Tqaccit tas-sigar Xi whud jahsbu li s-sigar jistghu jigu maqlugha mill-gheruq u mizrugha xi mkien iehor. Din hija impressjoni mifruxa hafna. Anzi, xi whud jemmnu li, meta jintebhu li xi sigar sparixxew, jassumu li, fl-ghaqal kollu taghhom, il-kostrutturi privati u l-gvern pubbliku li qabbadhom, hekk ikunu ghamlu: zerghu s-sigar xi mkien iehor. Ghall-anqas, hekk inghataw l-impressjoni mill-propaganda pubblika li ssir. Din hija i

L-imhabba intima

Image
Kull imhabba tinbena mill-aktar intimu ’l fuq. Inkella isem biss ikollha. Filwaqt li l-imhabba spiss tislef isimha lil hafna sentimenti li ma huma xejn bhalha u li m’ghandhom xejn minnha, xi kultant, biex tghix, lanqas biss tazzarda tghid isimha. Bhal fomm ta’ xmara kbira li tghajjex l-ixtut li tmiss b’suritha, l-imhabba tahbi l-ghajn li tibdilha l-girja taghha u li taghtiha hajja biex trodd. Il-ferh u s-sliem L-imhabba kollox thaddan, m’ghandiex ferqiet, ma tharisx lejn l-ucuh, ma taghzilx bejn il-hlejjaq. L-imhabba lil hadd ma taqdi, ghajr lilha nnifisha. Hadd m’hu sidha, hadd m’hu qaddej taghha. L-imhabba kollox tghozz, kollox tfahhar, kollox twiezen. L-imhabba kollox ghaziz ghaliha. Hu fl-intimità ta’ ruhna, ta’ qalbna, tal-ispirtu taghna li l-imhabba ghandha l-bidu taghha. Hemmhekk biss nistghu nsibuha u niltaqghu maghha. Minn hemmhekk biss nistghu nhalluha taghti l-grazzja taghha. Fejn tibda hi, jibda wkoll il-ferh. Fejn tibda hi, jibda wkoll is-sliem. Hafna nies jigru

Mitejn sena lura

Image
Minflok kelmtejn tieghi, illum hsibt li jkun aktar xieraq li ngib minghajr kumment l-intervista qasira li saret mill-mibki KARDINAL CARLO MARTINI fit-8 ta’ Awwissu li ghadda. It-test li jidher hawnhekk huwa shih, tradott mit-Taljan hekk kif deher fil- Corriere della Sera tal-1 ta’ Settembru li ghadda. Il-versjoni originali ta’ dan it-test giet personalment approvata mill-kardinal innifsu. L-intervista, li kienet saret minn Georg Sporschill SJ e Federica Radice, hija din: Int kif tara l-qaghda tal-Knisja llum? Il-Knisja hi ghajjiena, kemm fl-Ewropa bil-gid taghha u kemm fl-Amerika. Il-kultura taghna xjahet, il-knejjes taghna kbar wisq, id-djar tal-patrijiet u s-sorijiet huma vojta, l-apparat burokratiku tal-Knisja jizdied, ir-riti taghna u dak li nilbsu huma pompuzi. Dawn l-affarijiet juru dak li sirna llum. Il-gid qed jaghfas fuqna. Sirna qisna dak iz-zaghzugh ghani li telaq minn quddiem Gesù b’qalbu sewda meta dan sejjahlu biex jimxi warajh. Jien naf li nistghu nhallu kollox

Mintoff u l-fazijiet ta’ hajtu

Image
Kienet sensazzjoni stramba hafna ghalija li niehu sehem f’funeral ta’ bniedem li ma jista’ jmut qatt. Filwaqt li ninsab profondament grat lejn uliedu, Anne u Yana, li stednuni nissieheb mal-familji taghhom f’mument hekk emozzjonali u memorabbli, lanqas naf kif nibda nirringrazzja lill-ghexieren ta’ nies li, fit-toroq jew b’kull mod li sabu biex jikkomunikaw mieghi, wrew l-apprezzament taghhom ghall-biss prezenza tieghi, flimkien ma’ dik ta’ Dun Gordon Refalo, tul il-manifestazzjonjiet li saru tul it-tliet ijiem tal-funeral. Ghalija din il-prezenza kienet privilegg u unur. ‘Persona’ kumplessa u ghanja Intqal u ghadu jintqal hafna dwar Mintoff. Il-bicca l-kbira tal-kontribuzzjonijiet kienu mmarkati minn emozzjonijiet qawwija marbuta ma’ esperjenzi personali li l-valur taghhom huwa siewi daqskemm limitat. Ohrajn ippruvaw jaghmlu apprezzamenti tieghu aktar mifruxa. Il-valur ta’ dawn huwa siewi wkoll ghalkemm generali wisq. Mintoff kellu hafna fazijiet f’hajtu li evolvew tul il-medd