Il-Bambin ta’ Dimech
Nhar il-Ġimgħa, jum il-Milied, Manwel Dimech jagħlaq 160 mit-twelid tiegħu. Huwa twieled it-Tlieta, 25 ta’ Diċembru tal-1860. Għalhekk semmewh Manwel jew Emmanuele, kif kiteb fir-reġistru tal-magħmudija l-kappillan tal-parroċċa ta’ San Pawl tal-Belt Valletta. Ommu u missieru, Vanġiela u Karmenu, kellhom bambin f’jum il-bambin! Imma din tal-bambin Dimech ma setax għaliha. Poeżija Fi żmien Dimech kien hemm ħafna affarijiet ta’ natura reliġjuża li fuqhom kienu jikkritikawh. Imma ebda waħda minnhom ma baqgħet tissemma’ daqs dik li fiha qal li “Alla mhux bambin”, l-aktar minħabba l-użu repetut u malizzjuż li sar minnha wara. Din l-espressjoni bdiet tinftiehem eżatt bil-maqlub: li l-bambin mhux Alla! Din kienet saret kapital kbir minnha mill-għedewwa ta’ Dimech biex joskurawh mal-pubbliku. Snin wara, inħolqot ukoll il-ħrafa li madwar l-1921 San Ġorġ Preca kien beda l-purċissjonijiet bil-Bambin fil-lejl tal-Milied propju minħabba din l-espressjoni ta’ Dimech. Dil-ħrafa xandruha l-aktar ...