Posts

Showing posts with the label Ewropa

Dizunjoni Ewropea

Image
Waqt li qegħdin ilkoll għall-kenn ġewwa nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa kontra l-Coronavirus, madwarna fl-Unjoni Ewropea (EU) qed iseħħ avveniment ieħor li aktarx bosta ntebħu bih u li oħrajn għażlu li jinjorawh: id-diżintegrazzjoni tal-EU. Ir-retorika kollha tat-tisħiħ politiku ta’ kontinent magħqud aktarx kienet l-ewwel vittmi tal-Coronavirus. Kulħadd għal rasu Malli faqqgħet il-Coronavirus, fl-UE bdiet tiġri xi ħaġa sorprendenti. Waqt li kulħadd beda jiffoka fuq l-imxija u l-qerda li bdiet iġġib, tista’ tgħid li ħadd ma ntebaħ li l-UE kien implodiet. F’daqqa waħda, dik li suppost kienet ħaġa waħda saret biċċiet. Kull pajjiż fl-UE beda jaħseb għal rasu. Aktar minn hekk, meta pajjiżi bħall-Italja u Spanja, aktarx l-aktar milqutin mill-virus, espliċitament talbu l-għajnuna tal-UE, din sa ċaħditilhom din l-għajnuna. Bejn il-ħbieb, jew aħjar, bejn l-aħwa, meta jinqala’ xi saram arahom jingħaqdu qaqoċċa. Aktarx kulħadd għadda minn dan fil-familja tiegħu. L-imkwiet li jaħb...

Il-provinċjaliżmu Ewropew

Image
Ftit jiem ilu saru l-ħatriet għall-aqwa ħames uffiċċji tal-Unjoni Ewropea. Il-proċess li wassal għall-ħatriet suppost kellhom mill-anqas juru bil-qawwa kollha mhux biss x’għaqda kien hemm f’din l-imbierka Unjoni, imma wkoll kemm kiber u saħħaħ il-kunċett u l-ideal Ewropew innifsu. Imma l-proċess la wera l-waħda u lanqas l-oħra. Anzi, wera x’firda kerha hemm fost l-imsieħba tal-Unjoni kif ukoll x’provinċjaliżmu ikreh jsaltan f’moħħhom u f’qalbhom. Biża’ li sparixxa Il-gvernijiet Ewropej għamlu minn kollox biex l-estremisti politiċi fl-Ewropa ma jirkbux ir-riħ fl-elezzjonijiet għall-parlament Ewropew li saru ftit tal-ġimgħat ilu. Il-biża’ kbir tagħhom kien li dawn l-estremisti se jagħmlu kisbiet kbar kullimkien fl-Ewropa, u l-parlament ikun hekk mimli bil-kandidati tagħhom li jqajmu fl-Ewropa t-theddida faxxista. Għalkemm il-biża’ kien kemm għall-estrem xellugi daqskemm għall-estrem lemini, kien l-aktar minn dan tal-aħħar li l-gvernijiet Ewropej riedu jilqgħu. Huma basru li r-reb...

Ewropa mingħajr xellug

Image
Darba niftakar li kellna mejda d-dar tgħidx kemm kienet bis-sens. Kienet magħmula fi tnejn biex, jekk wieħed ried itawwalha, kemm jiġbed iż-żewġ t’iġnub minn xulxin u jdaħħal biċċa żejda f’nofshom. Ħuti u jien, ta’ tfal li konna, darba qgħadna nilagħbu ma’ dil-mejda biex intawluha. Mingħajr ma neħħejna xejn minn fuqha, ġbidniha u, f’daqqa waħda, il-ġnub għolew, in-nofs niżel u kollox tkaxkar u tkisser fiċ-ċentru! Il-valur Dil-istorja tibqa’ tiġini f’moħħi meta nilmaħ Ewropa li fiha kull politika, il-lemin daqskemm ix-xellug, ikomplu jsiru parti mill-istess ċentru. Kollox jitkaxkar għan-nofs; mingħajr ġnub. L-għażla donnha qed issir waħda dejjem aktar omoġenea, indistingwibbli u insipida. X’jiġifieri dan? Ifisser li ċ-ċentru hu biered kemm jista’ jkun biex moħħu jkun biss fir-riżultati konkreti tal-prosperità. Darba Einstein kien qal: Tfittixx li tkun bniedem ta’ suċċess, imma bniedem ta’ valur. U għandu mnejn l-istess jista’ jingħad fuq il-filosofija politika tal-Ewropa tal-lum...

Is-Sirja tissawwat

Image
Tistaqsini: ‘Għandek tant fuqiex titkellem dil-ġimgħa—bl-elezzjonijiet Ewropej u tal-Kunsilli Lokali—u tiġi tikteb fuq is-Sirja?’ Inwieġbek: ‘Iva, għax għandu mnejn ninsew li, waqt li aħna qed nehdew bl-elezzjonijiet, hemm poplu tant qrib tagħna li qed jissawwat u jinqered.’ Inħalli ’l ħaddieħor għalissa jikteb fuq ir-rebħiet u t-telfiet elettorali; jien xtaqt li, ma’ dawn, lanqas ma tinsa l-karba ġejja mil-lvant. Poplu miġrugħ Dil-ġimgħa, il-gvern tas-Sirja ħrax kontra l-aħħar fortizza tar-ribelli filwaqt li ’l dawn kważi kulħadd abbandunahom. Il-Ġnus Magħquda wissiet bl-aħrax lill-pajjiżi tad-dinja li m’huma qed jagħmlu xejn biex jevitaw jew irażżnu l-massakru tal-poplu Sirjan. Dil-ġimgħa, laħaq il-quċċata tiegħu l-attakk feroċi fuq in-nies ċivili mill-gvern ta’ Assad u l-qawwiet Russi. L-attakk l-aktar qed jikkonċentra madwar Idlib u Hama fil-grigal tal-pajjiż. L-attakk mill-ajru kien bla qtugħ u mill-agħar, bil-qerda ta’ mijiet ta’ djar taċ-ċivili, il-ħruq ta’ wesgħat kbar ...

Ir-rebħa tax-xellug

Image
L-elezzjonijiet Ewropej li saru l-bieraħ taw tweġiba ċara lil dawk kollha li bassru li x-xellug kien dieħel għal daqqa ta’ ħarta kbira. Did-daqqa ta’ ħarta ma ħadiex. Seta’ mar aħjar, tabilħaqq, imma b’daqshekk ma jfissirx li għamel xi disfatta. Bil-kontra ngħid. Ngħid li x-xellug għamel rebħa fuq il-kruha tal-lemin estrem li hedded liċ-ċiviltà Ewropea kollha. L-agħar theddida Dawn kienu elezzjonijiet li aktarx, għall-ewwel darba minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, il-lemin estrem—jew, biex insejħulu b’ismu, il-faxxiżmu—reġa’ għolla rasu tant li donnu stħajjel li għandu s-sopravent. Il-faxxiżmu f’kull pajjiż ippretendih dan, inkluż fil-Gżejjer Maltin. Minkejja din l-arja li rabba f’dawn l-aħħar snin, arja li biha ried li jbeżża’ lil kulħadd, il-faxxiżmu xorta waħda wera li m’għandux l-appoġġ tal-popli Ewropej. Dawk li jagħtuh appoġġ jaraw fih xi għamla ta’ soluzzjoni salvaġġa għall-problemi li jeżistu, imma das-soluzzjonijiet ma jemminx fihom min jara aktar fit-tul. Il-...

Artiklu 50

Image
Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona, it-trattat li jagħti l-bażi kostituzzjonali lill-Unjoni Ewropea, jagħti d-dritt lil kull pajjiż imsieħeb fl-Unjoni li jħalli l-istess Unjoni minn rajh. Dal-Artiklu jispeċifika l-proċedura li biha pajjiż imsieħeb iħalli l-Unjoni. Meta Artiklu 50 jiġi mqiegħed fil-prattika, il-pajjiż li jkun se jħalli jkollu sentejn biex jinnegozja ftehim għall-ħruġ. Imħawda sew S’issa qatt ma kien li Artiklu 50 ġie mqiegħed fil-prattika minn xi pajjiż imsieħeb tal-Unjoni Ewropea. Ir-Renju Unit huwa l-ewwel wieħed. Għall-ħabta ta’ nofsinhar tad-29 ta’ Marzu tal-2017, Theresa May, il-Prim Ministru tar-Renju Unit, skattat dal-Artiklu biex l-arloġġ għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea beda jtektek. Iż-żmien jeskadi għaxar ġimgħat oħra, fid-29 ta’ Marzu li ġej. Il-Prim Ministru Britanniku skattat Artiklu 50 minħabba ordni u mandat li ngħatat biex tagħmel dan mill-poplu tar-Renju Unit. Dan ivvota f’referedum li sar fit-23 ta’ Ġunju tal-2016 li fih 52% talbu...

L-Ewropa mqanqla

Image
L-Ewropa ma setgħetx tibda aħjar is-sena l-ġdida. Għandha ma’ wiċċha f’Pariġi l-akbar irvellijiet mill-aħħar gwerra ’l hawn. Għandha ma’ wiċċha d-dejn kważi devastanti tal-Italja. Għandha ma’ wiċċha l-imigrazzjoni illegali mill-Mediterran, il-Lvant u l-Punent. Għandha ma’ wiċċha l-irvellijiet fl-Ungerija. Għandha ma’ wiċċha l-qawmien politiku tax-Xellug estrem. Għandha ma’ wiċċha l-ħruġ tal-Gran Brittanja mill-Unjoni Ewropea. Lanqas l-aqwa artist ma seta’ jkun imnebbaħ biex ipitter kwadru daqstant sabiħ! Xejn għajr ċajta Dan kollu jista’ jagħti l-impressjoni—fil-fehma tiegħi żbaljata—li l-Ewropa tinsab fi stadju ta’ xi bidla radikali jew qawwija. Il-problemi li bihom bdiet l-2019 ma jidhirlix li jindikaw dan. Jindikaw, ċertament, tqanqil serju u xi minn daqqiet perikoluż, iżda mhux ta’ xi bidla fl-għamla istituzzjonali jew strutturali tal-Ewropa. L-Ewropa hija b’saħħitha biżżejjed biex tilqa’ għal għawġ bħal dan u anki akbar. Dan ma jfissirx li kollox huwa sew. Il-fatt li l-ist...

L-UE armata

Image
L-ewwel kienu qalulna li l-Unjoni Ewropea (UE) twaqqfet għall-paċi dejjiema. Imbagħad qalulna li se jkollha armata għal każijiet umanitarji. Issa qed jgħidulna li se jkollha armata tagħha. Malta m’għandhiex toqgħod tilgħab mal-bżallu f’dil-ħaġa: għandha tagħmilha ċara MINN ISSA li ħaġa bħal din mhijiex aċċettabbli għaliha; u li, jekk l-UE tiddeċiedi li jkollha armata tagħha, Malta tħalli l-UE. Armata għall-ġlied Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, reġgħet għamlitha ċara f’diskors lill-Parlament Ewropew li hija temmen bis-sħiħ li wasal iż-żmien li l-UE jkollha l-armata tagħha. Bosta qablu magħha; oħrajn opponew. L-idea, fil-fatt, mhijiex ġdida. Ilha tinstama’ ’l hawn u ’l hinn f’diversi laqgħat għoljin tal-UE. Din tal-armata kien ħareġ biha René Pleven fl-1950. Dan kien il-President tal-Kunsill tal-Ministri Franċiżi u l-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali Franċiża. Imma leħnu fuq din il-biċċa ma kienx l-uniku wieħed. Diversi politiċi jerġgħu kull darba j...

Europa admirabilis

Image
Meta snin ilu kellna l-kampanji tar-referendum għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, ma jidhirlix li ħadd qatt ma kien semma l-vantaġġ li qed naraw illum bis-sħubija tagħna. Huwa l-vantaġġ li, fil-Parlament Ewropew, dejjem tista’ ssib nies onorabbli li jpatptu skont kif tgħidilhom u jingħaqdu miegħek ħalli flimkien jagħmlu kampanja fuq xiex jitwebblu. L-Ewropa tan-negattività hi tassew ammirevoli! Front għall-ġustizzja Tiftakarha t-tixbiha tal-Ewropa ta’ Abel u l-Ewropa ta’ Kajin? Antika issa, veru. Għandha ’l fuq minn erbgħin sena żgur. Imma għandu mnejn li qatt daqs illum m’aħna naraw is-sens sħiħ tagħha. Kajin u l-imxierka tiegħu donnhom dejjem bil-ħakk biex jaraw ma’ min se jaqbdu. Kulma jridu hu tfesfisa fil-widnejn ... u arahom jikkakkmaw flimkien biex joħolqu front għall-ġustizzja. Dawn iriduha ta’ nies serji; nies tal-affari tagħhom. Kollhom ingravajjed u bagalji, kollhom karti u ġlekkijin, u erħilhom itellgħu mill-istonku tagħhom u jobżqu s-semm. Addio verifiki. Addio...

Libera nos, Domine!

Image
Il-kampanja sistematika, organizzata, insidjuża, traditorja, li qed issir kontra pajjiżna—aktarx orkestrata minn barra; għandu mnejn minn xi kmamar f’Brussell—qed tmiss kull rokna tal-istabbilità nazzjonali. Il-ħsieb ewlieni tagħha hija li tkabbar kemm jista’ jkun is-suspett populesk biex forsi—min jaf?—xi darba jirnexxielha tikseb xi mandat elettorali. Imn’alla l-amministrazzjoni governattiva qed iżżomm rasha bierda. Imn’alla. Riħ ivenven Li ’l din il-kampanja djabolika taqtgħalha l-għatx bil-perżuta għandha mnejn hi l-aħjar mod kif tħalliha tifga f’demmha. Għax tifga f’demmha se jkollha tagħmel ladarba m’għandhiex suriet oħra—aktar onorabbli—ta’ kif tikseb xi ftit tal-art fil-proċess demokratiku. L-isfiduċja tal-poplu fl-għadd kbir tiegħu, mhux darba, imma darbtejn, ħareġ lil min jistaħba wara dil-kampanja ta’ mażetta; u jerġa’ joħorġu. Għax għalkemm il-poplu tagħna hu wieħed paċenzjuż—u dan urieh ħafna drabi fl-imgħoddi—huwa poplu deċenti li l-għajb jaf jarah meta jilmħu. Għ...

Il-kbir Luteru

Image
Nhar it-Tlieta, il-31 t’Ottubru tal-2017, miljuni ta’ nies madwar id-dinja kollha se jfakkru flimkien avveniment li ġrat 500 sena ilu. F’dan il-jum fl-1517, patri Agostinjan ta’ 33 sena, weħħel mal-bibien tal-knejjes f’raħal ċkejken fil-Ġermanja, Wittenberg, stedina għal diskussjoni bbażata fuq 95 punt duttrinali. Dan kien il-bidu umli ta’ riforma ġiganteska li kellha theżżeż id-dinja sal-lum. Il-patri żagħżugħ kien Martin Luteru. Eretiku min jagħmlu Ebda ġrajja, waħedha waħedha, u ebda bniedem, waħdu waħdu, ma jistgħu qatt ibiddlu l-istorja. Dan jistgħu jidhru li jagħmluh jekk wieħed jinjora il-qtajja bla qies ta’ ċirkustanzi, ġrajjiet u nies oħra li jkunu taw lil dik il-ġrajja jew lil dak il-bniedem appoġġ, sosten u sustanza. Hekk ukoll il-31 t’Ottubru tal-1517. U hekk ukoll Luteru. Kemm x’kien ġara dak in-nhar, kif ukoll x’seħħlu jagħmel Luteru, ħadu t-tifsira sħiħa tagħhom b’dak kollu li ġara wara fuq medda ta’ bosta snin, inkluż fatturi li juru li Luteru inzerta kien bnied...

Il-G20 u s-suq ħieles

Image
Il-laqgħa għolja tal-G20 li saret f’Ħamburg, il-Ġermanja, ġimgħa ilu, fis-7 u t-8 li għadda, għandha mnejn ma tantx interessant lil ħafna minna. Ovvjament, Malta ma kinetx rappreżentata. Minkejja li dawn il-laqgħa spiss ma joħroġx wisq minnhom, xi kultant, bħal din id-darba, jista’ jkollhom affarijiet interessanti li jiddistingwuhom. Żewġ okkażjonijiet Il-laqgħa kienet biss għall-mexxejja tal-aqwa għoxrin ekonomiji tad-dinja (għadna ma wasalniex s’hemm!) u xi rappreżentanti ta’ banek ċentrali. Jekk xejn, din il-laqgħa partikulari se tibqa’ magħrufa minħabba li fiha ltaqgħu għall-ewwel darba wiċċ imb’wiċċ il-President tal-Istati Uniti tal-Amerika, Donald Trump, u l-President tar-Russja, Vladimir Putin. Fil-jiem ta’ qabel il-laqgħa kien hemm żewġ okkażjonijiet oħra li taw xejra partikulari lil-laqgħa ta’ Ħamburg. Waħda kienet fl-1 ta’ Ġunju ta’ qabel, meta Trump ħabbar li kien se jirtira ’l pajjiżu mil-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015 fuq it-tnaqqis tat-tniġġis tal-ambjent. Dan, skont ...

Mingħajr preċedenti fl-Olanda

Image
Dak li qed jiġri fl-Olanda bħalissa għandu mnejn hu mingħajr preċedenti. Anzi, jista’ joħloq preċedent liema bħalu. Il-gvern Olandiż jinsab f’kwestjoni mat-Turkija fuq xi ħaġa li għandha mnejn tiftaħ it-triq għal sitwazzjonijiet simili fl-Ewropa jew ukoll f’inħawi oħra tad-dinja. X’jista’ jirriżulta minn dan kollu? Dixxendenzi barranin Il-ġimgħa li għaddiet, eżattament nhar il-Ħamis li għadda, fit-Turkija sar referendum fuq is-setgħat effettivi tal-president tal-pajjiż. B’daqshekk ma fiha xejn. Il-problema qamet meta l-ministri tal-gvern Tork riedu jagħmlu ‘meetings’ ġol-Olanda għat-Torok li jgħixu hemmhekk jew għandhom ċittadinanza Olandiża. Skont l-istatistiċi Olandiżi, hemm madwar 500,000 ċittadin Olandiż ta’ dixxendenza Torka ġo l-Olanda. Dawn jagħmlu mat-2.5 fil-mija tal-popolazzjoni kollha Olandiża. Kien għal dawn li l-ministri Torok riedu jagħmlu l-‘meetings’, mhux ġo pajjiżhom, iżda f’pajjiż ħaddieħor! Id-demostrazzjonijiet Torok waqt il-kampanja referendjali tat-Turk...

600 sena mill-ħruq ta’ Jan Hus

Image
Ma xtaqtx li jgħaddi dan l-anniversarju mingħajr ma nsemmi u nsellem li Jan Hus. Ridt li dan nagħmlu qabel, iżda ċ-ċirkustanzi ma ppermettewlix. Jan Hus jistħoqqlu t-tifkira ta’ kulmin iħobb is-sewwa u l-ħaqq mhux biss minħabba l-mod traġiku u intolleranti ta’ kif temm ħajtu iżda fuq kollox minħabba l-mod sabiħ ta’ kif għexha. Ħajja sabiħa Ħajja ta’ bniedem hi sabiħa meta dan jgħixha f’armonija mal-kuxjenza tiegħu. L-agħar ħaġa li jista’ jagħmel huwa dak li jagħmel kulħadd. Dan hu sinjal ċar li bniedem tilef it-triq u ma jafx fejn hu sejjer. Meta bniedem jibda jisma’ dak li jisma’ ħaddieħor, jgħid dak li jgħid ħaddieħor, iġib ruħu bħalma jġib ruħu ħaddieħor u jaħseb bħalma jaħseb ħaddieħor, nistgħu nibqgħu ċerti li ħajtu tkun tilfet is-sbuħija li seta’ jkollha, għax ruħu tkun tħammġet u ntremiet. Il-bniedem li jċedi l-ħsieb u r-rieda tiegħu lil ħaddieħor ikun qisu rikeb waħda minn dawk il-mekkaniżmi ċatti (bħalma jkun hemm fl-ajruporti) li jmexxuk mingħajr ma timxi. Jieħdok fej...

L-‘iskandlu’ ta’ Palmira

Image
Fi tmiem Mejju li għadda, aġenziji tal-aħbarijiet fil-Gran Britannja, l-Istati Uniti tal-Amerika u fl-Unjoni Ewropea (UE) lkoll qamu ħuġġieġa waħda biex jitkażaw bl-Istat Iżlamiku tal-Irak u l-Lvant (magħruf għala ISIS) għax militanti tiegħu daħlu fir-raħal ta’ Palmira (fid-deżert tas-Sirja) u għamlu l-ħsarat f’monumenti tal-qedem. Issa biex titkaża trid tkun pur. Iżda la l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, la l-Amerika u wisq anqas il-Gran Britannja ma huma puri biex jitkażaw. Il-ħarsien ta’ Palmira Palmira fis-Sirja hija belt li l-istorja tagħha tmur lura erba’ millennji. Tul il-medda taż-żminijiet, il-pożizzjoni ġeografika tagħha għamlitha possibbli li tkun post fejn kienu jaqsmu diversi rotot tal-kummerċ bejn il-lvant u l-punent u bejn it-tramuntana u nofsinhar. Kienet ċentru Griek u Ruman, kif ukoll ċentru Persjan, imbagħad ċentru Musulman. Il-fdalijiet arkeoloġiċi u l-monumenti artistiċi li llum għadhom jeżistu ġo Palmira huma impressjonanti u imprezzabbli. Skont il-UNESC...

Helsinki 40

Image
Għaddew 40 sena mill-għeluq tal-Konferenza famuża ta’ Ħelsinki, il-Filandja, li fiha Malta, permezz tal-kontribut li kien ta Dom Mintoff, kienet tat sehem siewi ferm. Illum, erbgħin sena wara, huwa aktar minn xieraq li naraw jekk il-wegħdiet li kienu saru dak in-nhar inżammux u jekk il-ftehimijiet li ntlaħqu għadhomx jgħoddu għal-lum. Sehem Mintoff Il-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa kienet għalqet fl-1 ta’ Awwissu tal-1975. Il-bidu tagħha kien fl-1973. L-ewwel u t-tielet fażijiet tagħha kienu saru Ħelsinki u t-tieni waħda f’Ġinevra. Mintoff kien ħa sehem fl-ewwel fażi li fiha għamel proposti ambizzjużi li spiċċaw biex ġew aċċettati mill-pajjiżi parteċipanti, inkluż (u l-aktar importanti) mill-Istati Uniti tal-Amerika u mir-Russja (li f’dak iż-żmien kienet l-Unjoni Sovjetika). Il-Konferenza ġabet flimkien tlieta u tletin pajjiż tal-Ewropa, inkluż Malta, kif ukoll l-Amerika u l-Kanada. Dawn flimkien impenjaw irwieħhom biex jibdew itemmu l-Gwerra l-Bierda...

Abel għosfor mill-Ukrajna

Image
Elf mil ’l bogħod minna lejn il-grigal, lil hinn mill-Baħar l-Iswed, pajjiż Ewropew darbtejn akbar mill-Italja, b’popolazzjoni ta’ 45 miljun ruħ, jinsab bejn in-nar u l-ilma; ma jafx għandux idendel kusu ma’ Kajin jew ... ma’ Kajin. Wara tliet xhur ta’ ġlied fit-toroq, l-aktar fil-belt kapitali (Kiev), il-pajjiż jinsab fuq l-għatba ta’ gwerra ċivili. Abel donnu għosfor. Ġlied fit-toroq Mar-Russja jew mal-Unjoni Ewropea (UE)? Din hi l-għażla li l-Ukrajna tidher li għandha quddiemha bħalissa. Ir-rabtiet qawwija storiċi tal-Ukrajna mar-Russja huma ċentinarji. Saħansitra 17% tal-popolazzjoni, l-aktar fil-lvant u n-nofsinhar tal-pajjiż, jitkellmu r-Russu, mhux l-Ukrajnjan, bħall-biċċa l-kbira tal-bqija tal-popolazzjoni. Il-Knisja Ortodossa Russa nnifisha twieledet, mhux ir-Russja, imma ġol-Ukrajna. Biċċa kbira tal-Ukrajnjani, kif ukoll ir-Russi, lanqas biss jistgħu jimmaġinaw Ukrajna mingħajr ir-Russja jew Russja mingħajr l-Ukrajna. Iżda biċċa kbira oħra tal-Ukrajnjani, l-aktar fil-...

Dwar spjuni u spjunaġġi

Image
Jekk inti qatt ħsibt li l-era tal-ispjuni u l-ispjunaġġi kien intemm mal-ħajt ta’ Berlin u l-gwerra l-bierda, kont sejjer żball bi kbir. Ix-xahar l-ieħor tar m’għola s-saqaf l-għatu minn fuq borma li kienet ilha tagħli: l-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali Amerikana (NSA) inkixfet li kienet qed tispjuna fuq il-biċċa l-bkira tal-mexxejja Ewropej. Iżda wara inqabdu jispjunaw fuq xulxin il-mexxejja Ewropej stess. Spjuni fuq xulxin “Il-ħbieb ma jispjunawx fuq il-ħbieb,” qalet mill-ewwel il-Kanċillier Ġermaniż Merkel, u ċemplet lil Obama biex tagħtih tgħajjira. L-istorja faqqgħet meta kixef għadd ta’ dokumenti ż-żagħżugħ ta’ 30 sena Edward Snowden. Dan hu speċjalist Amerikan tal-komputer, li kien ħaddiem mas-CIA, kuntrattur mal-NSA, u li issa jinsab maħrub ir-Russja taħt ażil temporanju. Jista’ jkun li hu l-aktar bniedem mibgħud fl-Amerika bħalissa. Id-dokumenti li kixef Snowden ix-xahar l-ieħor juru spjunaġġ bla rażan mill-NSA, iżda wkoll minn Israel, Franza, il-Ġermanja, Spanja u l-G...

Il-gustizzja skont Cameron

Image
Il-Qorti Ewropea ghall-Harsien tad-Drittjiet tal-Bniedem fi Strasburgu (tal-Kunsill tal-Ewropa) m’ghandhiex toqghod tahli z-zmien taghha billi tghasses fuq pajjizi li fihom il-Konvenzjoni Ewropea ghall-Harsien tad-Drittijiet tal-Bniedem digà taghmel parti mil-ligijiet nazzjonali taghhom. Minflok ghandha tuza hinha ahjar u tiffoka fuq pajjizi Ewropej fejn il-Konvenzjoni ma taghmilx parti mil-ligijiet taghhom. Qorti ghall-ohrajn Dan kien l-argument ewlieni li ghamel nhar l-Erbgha li ghadda, 25 ta’ Jannar, l-Prim Ministru tal-Gran Britannja, David Cameron. Huwa qal dan fi Strasburgu fil-ftuh tas-sitt xhur li pajjizu ghandu fil-presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa (sa Mejju). Huwa sahaq li mhuwiex sew li pajjizi maghrufa sew ghall-harsien tad-drittijiet tal-bniedem―bhalma hi l-Gran Britannja―isirilhom indhil zejjed mill-Qorti ta’ Strasburgu. Il-Qorti, qal Cameron, ghandu jkollha sistema ta’ prijoritajiet biex b’hekk tkun tista’ tiffoka fuq pajjizi fejn l-aktar li hemm bzonn li tiffoka...