Aħjar musulman tajjeb minn nisrani ħażin
Minn żmien għal żmien jibqgħu jinqalgħu fil-gżejjer Maltin kwestjonijiet li jixħtuna l-baħar. Jew aħjar, kwestjonijiet li juru li konna u għadna l-baħar. Għax huma kwestjonijiet li suppost ilna li solvejnihom; kwestjonijiet li l-karattru ċivilizzat li mingħalina għandna mhu suppost li jara ebda kwestjoni fihom. Il-kwestjoni tat-tagħlim tar-reliġjon Musulmana fl-iskejjel tal-Knisja Kattolika hi waħda minnhom. Suppożizzjonijiet F’dan kollu qed nitkellmu fuq dak li hu suppost, jiġifieri fuq suppożizzjoniet li nagħmlu biex nidhru jew inħossuna aħjar. Waħda minn dawn is-suppożizzjonijiet hija li aħna s’issa, bħala poplu, rabbejna spirtu hekk ċivilizzat li l-prinċipji repubblikani jidħlu u joħorġu minn imnifsejna bħall-arja li nieħdu l-ħin kollu. Bħal ħafna suppożizzjonijiet, din ukoll hija tidher li hi fittizzja. Ħafna minna jagħmluha u jilagħbuha ta’ ċivilizzati u repubblikani u saħansitra ta’ liberali, imma mbagħad, meta niġu għas-si u n-no, issib li għandhom mentalità qadima u ma...