Posts

Showing posts from October, 2009

Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (7)

IS-SEBA' PARTI Mill-Indipendenza ’il quddiem, l-istat civili beda jkejjel ir-responsabbiltajiet tieghu ma’ stati civili ohrajn barranin li, fir-rigward tal-harsien tad-drittijiet tal-bniedem, inkluz dawk religjuzi. F’dan ir-rigward, dawn l-istati aktarx dejjem kienu―u forsi ghadhom―ferm aktar avvanzati minna. L-istat civili kellu issa d-dmir li jirregola ruhu, mhux max-xewqat u l-pressjonijiet ta’ xi religjon partikulari, imma mal-ligi internazzjonali. Relazzjoni Knisja-Stat Dan kollu biddel ir-relazzjoni tal-istat civili Malti mal-Knisja Kattolika. Apparti li xejjen is-superjorità kulturali li l-Knisja Kattolika kellha qabel (u halla biss il-prezunzjoni taghha), holoq pressjonijiet fuqha biex tirtira dejjem aktar minn oqsma li ma kellhiex ghalfejn tibqa’ prezenti fihom, ghallanqas mhux bl-istess qawwa ta’ qabel. Bhalma wiehed jista’ jobsor, dan ma naqasx li johloq tensjonijiet bejn l-istat civili u l-Knisja Kattolika. Infatti, fis-snin ta’ wara hekk ghamel f’zewg oqsma essenz

Fehma filosofika dwar ir-relazzjoni ta’ bejn il-Fidi u r-Raguni

Image
Il-kwestjoni filosofika klassika tar-relazzjoni ta’ bejn il-Fidi u r-Raguni tistharreg jekk, fl-ahhar mill-ahhar, hemmx kontradizzjoni jew kompatibbiltà bejn il-konkluzjonijiet li kull wahda tasal ghalihom separatament. Fi kliem iehor, tistharreg jekk il-verità tal-Fidi u l-verità tar-Raguni humiex l-istess verità jew xi veritajiet differenti. Ovvjament, kemm il-Fidi u kemm ir-Raguni isostnu li jistghu jaslu ghall-verità, jew ghallanqas ghal xi veritajiet. Dan millanqas jimplika, l-ewwelnett, li huma certi minn dak li jsostnu li jafu, jigifieri jafuh b’certezza; u t-tieni, li ghandhom mod kif jaslu ghal dak li jsostnu li jafu. Izda qabel ma nistharrgu kemm dan li jsostnu l-Fidi u r-Raguni jaghmel sens, jidhirli li hu mehtieg li naghmlu xi riflessjonijiet dwar dik li kemm il-Fidi u kemm ir-Raguni jsejjhu ‘verità’. Veritajiet reali u irreali Biex xi haga tissejjah ‘vera’ jew ‘falza’, l-ewwelnett jehtieg li tezisti b’xi mod. Huwa twemmin qadim hafna, rikonoxxut millanqas sa minn zmie

Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (6)

IS-SITT PARTI Ir-rezistenza ghal dawk li kienu jitqiesu bhala l-instigaturi politici ewlenin tal-hajra ghall-helsien nazzjonali―Dom Mintoff u Giorgio Borg Olivier (fi grad u kwalità differenti)―akarx bdiet tigi interpretata bhala rezistenza ghat-titjib innifsu tal-qaghda ekonomika tal-Maltin. Bil-mod il-mod, jidher li bdiet tinholoq l-impressjoni li l-istituzzjoni ufficjali li tirrapprezenta l-Kattolici Maltin u Ghawdxin kienet qieghda titlef il-pass minn maz-zminijiet moderni li xirfu fuq in-nazzjon Malti. Supremezija kulturali Minn hawn setghet bdiet fil-prattika l-aljenazzjoni tal-Kattolici Maltin u Ghawdxin mill-Knisja taghhom. Din l-aljenazzjoni kompliet tigber bl-influwenzi li f’dak iz-zmien bdew jixkulaw minghajr wisq storbju fil-mentalità Maltija permezz tal-fatturi li semmejna qabel. Ghaldaqstant, filwaqt li jidher li kien hemm bidu ta’ bidla profonda fil-valuri tal-bicca l-kbira tal-poplu, din il-bidla ma kinetx qieghda tigi riflessa fl-istituzzjoni predomanti li kienet

Il-kuncett filosofiku tal-evoluzzjoni biologika

Image
U l-kompatibbiltà tieghu mat-twemmin monoteista “Il-holqien qisu ktieb. Filwaqt li ahna ‘naqraw’ l-istorja tieghu, l-evoluzzjoni tieghu, il-‘kitba’ u t-tifsira tieghu skond il-perspettivi differenti tax-xjenzi, nagharfu li l-Kittieb tieghu hu dejjem prezenti bhala s-sies tieghu, li permezz tieghu xtaq juri lilu nnifsu lilna.” ― PAPA BENEDITTU XVI, 31 ta’ Ottubru tal-2008 GABRA: It-twemmin f’Alla wiehed, hallieq tas-sema u l-art, ma jeskludix it-teorija ta’ l-evoluzzjoni biologika. Naturalment, issib estremisti f’kull kamp li jghidu li wahda necessarjament teskludi lill-ohra, imma t-taghlim Kattoliku hu ta’ xejra konciljatorja: il-kuncett filosofiku u l-fenomenu ta’ l-evoluzzjoni biologika huma perfettament kompatibbli mat-twemmin monoteista taghna. Din il-kitba, taghmel tliet hwejjeg ewlenin: l-ewwel, tfittex li ticcara xi realtajiet dwar it-teorija ta’ l-evoluzzjoni biologika; it-tieni, tistharreg ftit sfidi li generalment isiru lil din it-teorija fuq livell filosofiku; u t-tielet

Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (5)

IL-HAMES PARTI Illum hafna minna huma mdorrijin bil-mobajls, l-Internet, l-ipods, l-ifons u hafna ‘mirakli’ elettronici ohra. Imma sa ghoxrin sena ilu (biss) dawn l-affarijiet ma kinux jezistu u sa ftit qabel it-televizjoni u r-radijiet kienu xi haga skarsa. Din l-ispluzjoni elettronika fuq bazi popolari esponiet lill-Maltin ghal enormità ta’ informazzjoni gdida u holqot invazjoni giganteska ta’ miljuni ta’ ideat godda u alternattivi li naturalment inkludew spiritwalitajiet, religjozitajiet u forom ta’ ghajxien li fil-gzejjer Maltin ftit li xejn kienu semghu bihom qabel. Dan affettwa mhux ftit ir-religjon predominanti tal-Maltin―jigifieri dik Kattolika. Drittijiet u turizmu It-tieni, minn nofs is-seklu l-iehor lil hawn kiber il-kuncett tal-harsien tad-drittijiet tal-bniedem. Apparti l-hafna aspetti interessanti u importanti ta’ dan il-kuncett relattivament gdid, kien hemm ukoll dak tar-rispett lejn il-libertà religjuza tal-individwi. Dan kien ifisser, ghallanqas f’socjetajiet imfa